31988D0404



Official Journal L 195 , 23/07/1988 P. 0074 - 0074


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-18 ta' Lulju 1988

dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar riċerka u żvilupp fil-qasam ta' l-injam, inkluż is-sufra, bħala materja prima li hija rinovabbli

(88/404/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunita Ekonomika Ewropea u partikolarment l-Artikolu 235 miġjub fih,

Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni,

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1],

Billi, bid-Deċiżjoni 86/235/KEE [2], il-Kunsill adotta programm ta' riċerka dwar materji (materji primi u materji avvanzat), (1986 sa 1989), li jinkludi subprogramm dwar l-injam, inklu s-sufra, bħala materja prima li tista' tiġġedded; billi l-Artikolu 6 ta' dik id-Deċiżjoni tawtorizza lill-Kummissjoni biex tinnegozja ftehimijiet ma' l-Istati terzi, partikolarment dawk involuti f' koperazzjoni Ewropea fil-qasam ta' riċerka xjentifika u teknika (COST), bil-ħsieb li jiġu assoċjati totalment jew parzjalment ma' dan il-progamm;

Billi, bid-Deċiżjoni 87/117/KEE [3], il-Kunsill approva f' isem il-Komunita Ekonomika Ewropea il-Ftehim Qafas għal koperazzjoni xjentifika u teknika bejn il-Komunitajiet Ewropej u, fost oħrajn, il-Konfederazzjoni Svizzera;

Billi dan il-Ftehim għandu jiġi approvat;

Billi t-Trattat ma pprovdiex il-poteri meħtieġa, għajr dawk ta' l-Artikolu 235,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Ftehim ta' Koperazzjoni bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Konfederazzjoni Svizzera dwar riċerka u żvilupp fil-qasam ta' l-injam, inkluż ix-xogħol, bħala materja prima rinovabbli huwa hawnhekk approvat f' isem il-Komunità.

It-test tal-Ftehim huwa mehmuż ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika pprovduta fl-Artikolu 9 tal-Ftehim [4].

Magħmula fi Brussell, fit-18 ta' Lulju 1988.

Għall-Kunsill

Il-President

Y. Pottakis

[1] ĠU C 167, tas-27.6.1988.

[2] ĠU L 159, ta' l-14.6.1986, p. 36.

[3] ĠU L 71, ta' l-14.3.1987, p. 29.

[4] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim trid tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------