European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2024/7467

20.12.2024

AVVIŻ TAL-KUMMISSJONI

Linji gwida dwar l-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fl-ambitu tal-Fondi koperti mir-Regolament (UE) 2021/1060 (Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni)

(C/2024/7467)

RINUNZJA:

“Dan huwa dokument ta’ ħidma mħejji mis-servizzi tal-Kummissjoni. Abbażi tal-liġi applikabbli tal-UE, dan jipprovdi gwida teknika għall-kollegi u l-korpi involuti fil-monitoraġġ, il-kontroll jew l-implimentazzjoni tal-Fondi tar-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni. Din il-gwida hija mingħajr preġudizzju għall-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja u tal-Qorti Ġenerali.”

Kontenut

Lista ta’ akronimi 3
Preambolu 3

Kapitolu 1:

Introduzzjoni għal għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 4

1.1.

X’inhuma l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u għaliex jintużaw? 4

1.2.

Fejn l-aħjar li jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 4

1.3.

Użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati f’żewġ livelli ta’ rimborż 5

1.4.

l-użu fakultattiv u obbligatorju tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 7

Kapitolu 2:

Tipi ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 8

2.1.

Ħarsa ġenerali lejn it-tipi differenti ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 8

2.2.

Finanzjament b’rata fissa 9

2.2.1.

Prinċipji ġenerali 9

2.2.2.

Rati fissi għad-determinazzjoni tal-kostijiet indiretti (l-Artikolu 54 tar-RDK) 12

2.2.3.

Rata fissa għad-determinazzjoni tal-kostijiet diretti tal-persunal (l-Artikolu 55(1) tar-RDK) 13

2.2.4.

Rata fissa għad-determinazzjoni tal-kostijiet l-oħra kollha tal-operazzjoni għajr il-kostijiet diretti tal-persunal (l-Artikolu 56 tar-RDK) 13

2.2.5.

Rata fissa għall-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni (l-Artikolu 41(5) tal-Interreg) 15

2.2.6.

Il-każ speċifiku ta’ rati fissi għall-assistenza teknika (l-Artikolu 36(5) tar-RDK) 15

2.2.7.

Speċifiċitajiet tal-appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità 16

2.3.

Kostijiet unitarji 16

2.3.1.

Prinċipji ġenerali 17

2.3.2.

Il-kostijiet tal-persunal ikkalkulati b’rata fis-siegħa (l-Artikolu 55(2) sa (4) tar-RDK) 19

2.4.

Somom f’daqqa 22

2.4.1.

Prinċipji ġenerali 22

2.5.

Kombinazzjoni ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 24

Kapitolu 3:

L-istabbiliment ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 26

3.1.

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jridu jiġu definiti ex ante 26

3.2.

Metodoloġiji 27

3.2.1.

Metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli 27

3.2.2.

Abbozz ta’ baġit 30

3.2.3.

L-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati mill-politiki tal-Unjoni 33

3.2.4.

L-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati minn skemi għal għotjiet iffinanzjati kompletament mill-Istati Membri 33

3.2.5.

L-użu ta’ rati fissi u metodi speċifiċi stabbiliti mir-RDK jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi 34

3.2.6.

L-Użu tal-Għażliet ta’ Kostijiet Issimplifikati minn perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti 34

3.2.7.

L-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fl-istess StatMembru jew minn Stati Membri oħra 35

3.3.

Passi proċedurali lejn l-approvazzjoni tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati fil-programm (il-“livell superjuri”) 35

3.4.

L-adattament tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fiż-żmien (Metodu ta’ Aġġustament) 36

Kapitolu 4:

L-implimentazzjoni tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 36

4.1.

Munita użata għall-SCOs stabbiliti fil-“livell superjuri” 36

4.2.

Applikazzjoni fil-ħin tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati adottati fil-programm 37

4.3.

Kif tiddikjara l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fl-applikazzjonijiet għal pagament 37

4.4.

L-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fl-atti delegati tal-Kummissjoni 38

Kapitolu 5:

Prinċipji orizzontali 38

5.1.

L-akkwist pubbliku u l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 38

5.2.

Il-kompatibbiltà tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat 38

5.3.

Speċifiċi għall-FEŻR u l-FSE+: finanzjament trasversali 41

5.4.

Rekwiżiti relatati mal-ġbir, il-ħżin u l-pubblikazzjoni tad-data 42

5.5.

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u l-perjodu ta’ eliġibbiltà 43

Kapitolu 6:

Verifiki u awditjar tal-ġestjoni 43

6.1.

L-approċċ ġenerali għall-verifiki u l-awditjar tal-ġestjoni 43

6.2.

Il-verifika tal-istabbiliment korrett tal-metodoloġija għall-għażla ta’ kostijiet issimplifikati 44

6.3.

Il-verifika mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-awditu tal-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija matul l-implimentazzjoni 46

6.3.1.

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tar-rati fissi 46

6.3.2.

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-kostijiet unitarji 47

6.3.3.

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta ta’ somom f’daqqa 48

6.4

Il-verifika tan-nuqqas ta’ finanzjament doppju meta jintużaw l-SCOs 48

6.5.

Il-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’każ li jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati bħala forma ta’ rimborż 50

6.6.

Każijiet ta’ frodi u nuqqasijiet serji 51

6.7

L-iżbalji jew l-irregolaritajiet potenzjali marbuta mal-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 51

Anness 1:

Eżempji ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati 54

Anness 2:

Kif għandu jimtela l-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK 58

Anness 3:

Eżempju tal-kompatibbiltà tal-SCOs mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat 66

Lista ta’ akronimi

AA

L-Awtorità tal-Awditjar

AMIF

Il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni

BMVI

L-Istrument għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u għall-Viżi

CLLD

L-Iżvilupp Lokali Mmexxi mill-komunità

RDK

Ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni

KE

Il-Kummissjoni Ewropea

QEA

Il-Qorti tal-Awdituri

FEMSA

Il-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura

FEŻR

Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali

FSE+

Il-Fond Soċjali Ewropew Plus

ISF

Il-Fond għas-Sigurtà Interna

JTF

Il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta

GAL

Il-Grupp ta’ Azzjoni Lokali

MA

L-Awtorità ta’ Ġestjoni

MS

Stat Membru

SCO

L-Għażla ta’ Kostijiet Issimplifikati

SME

Intrapriżi Żgħar u Medji

Preambolu

Dan id-dokument jipprovdi gwida teknika dwar il-kostijiet iddikjarati abbażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u finanzjament b’rata fissa (minn hawn ’il quddiem imsejħa “għażliet ta’ kostijiet issimplifikati” jew “SCOs”, simplified cost options), applikabbli għall-Fondi koperti bir-Regolament (UE) 2021/1060 (1) (ir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni – minn hawn ’il quddiem imsejjaħ “RDK”), u għandu l-għan li jaqsam prattiki tajbin bil-ħsieb li jħeġġeġ lill-Istati Membri jużawhom. Dan ikopri l-possibbiltajiet offruti mill-qafas legali tar-RDK għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, u jqis il-bidliet leġiżlattivi introdotti bir-Regolament (UE) 2021/1060 meta mqabbel mal-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020, b’mod partikolari, il-possibbiltà li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni tiġi rimborżata għal programm fil-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

Wara d-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2021/1060, il-gwida tkopri r-rimborż tal-għotjiet ipprovduti lill-benefiċjarji mill-Istati Membri fil-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jew taħlita ta’ modi differenti ta’ rimborż skont l-Artikolu 53(1)(b), (c), (d) u (e) tar-RDK, kif ukoll ir-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm fil-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jew taħlita ta’ forom differenti skont l-Artikolu 51(c), (d), (e) u (f) tar-RDK.

Din il-gwida tinkludi wkoll aktar kjarifiki bbażati fuq mistoqsijiet magħmula mill-Istati Membri u mill-partijiet ikkonċernati li huma relatati jew li huma rilevanti għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027.

KAPITOLU 1:   INTRODUZZJONI GĦAL GĦAŻLIET TA’ KOSTIJIET ISSIMPLIFIKATI

1.1.   X’inhuma l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u għaliex jintużaw?

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huma ammonti jew perċentwali, definiti ex ante, li jirrappreżentaw l-aħjar approssimazzjoni possibbli tal-kostijiet eliġibbli (reali) attwali mġarrba fil-prattika meta tiġi implimentata operazzjoni partikolari. Għalhekk, dawn huma metodu alternattiv għar-rimborż tal-kostijiet eliġibbli ta’ operazzjoni, għall-kuntrarju tal-metodu tradizzjonali fejn il-kostijiet effettivament imġarrba mill-benefiċjarju li huma mħallsa u ġġustifikati minn fatturi jew dikjarazzjonijiet ta’ pagament (l-Artikolu 53(1)(a) tar-RDK, u li minn hawn ’il quddiem se jissejħu “kostijiet reali”), jiġu rimborżati.

Image 1

Permezz tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, it-traċċar ta’ kull euro ta’ nefqa kofinanzjata għal dokumenti ta’ sostenn individwali, ma għadux meħtieġ; l-użu tal-SCOs itaffi b’mod sinifikanti l-kostijiet u l-piż amministrattivi għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni u għall-benefiċjarji.

Image 2

L-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jfisser li r-riżorsi umani u l-isforzi amministrattivi involuti fil-ġestjoni tal-Fondi tar-RDK jistgħu jiffukaw fuq il-kisba tal-objettivi ta’ politika, peress li huma meħtieġa inqas riżorsi għall-ġbir u l-verifika tad-dokumenti (finanzjarji).

Image 3

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jiffaċilitaw ukoll l-aċċess għall-Fondi għal benefiċjarji żgħar bis-saħħa tas-simplifikazzjoni tal-proċess ta’ ġestjoni. Barra minn hekk, il-benefiċjarji josservaw proċessi ssimplifikati u li jieħdu inqas ħin matul il-ħajja tal-proġetti tagħhom, mill-applikazzjoni għall-finanzjament sar-rimborż tan-nefqa tagħhom (eż. inqas kostijiet u żmien meħtieġa biex titħejja l-applikazzjoni għall-finanzjament, inqas dokumenti ta’ sostenn meħtieġa, riskju aktar baxx li tiġi pprovduta dokumentazzjoni skorretta jew nieqsa, rimborż aktar mgħaġġel tan-nefqa).

Image 4

Fl-aħħar nett, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jikkontribwixxu għal użu aktar effiċjenti u korrett tal-Fondi tar-RDK (rata ta’ żball aktar baxxa). Għal ħafna snin, il-Qorti tal-Awdituri rrakkomandat ripetutament lill-Kummissjoni biex tħeġġeġ u testendi l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, speċjalment peress li huma inqas suxxettibbli għall-iżbalji (2). Id-dokument informattiv u analitiku tal-Qorti tal-Awdituri dwar is-“Simplifikazzjoni fit-twettiq tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020”, tenna dawn il-fehmiet, u rrakkomanda li għandha tiżdied il-possibbiltà li jintużaw l-SCOs anke biex jitnaqqsu l-kostijiet u l-piż amministrattivi (3).

1.2.   Fejn l-aħjar li jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

Lil hinn mill-każijiet fejn l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huwa obbligatorju (ara l-Kapitolu 1.4 iktar ’l isfel), l-użu tal-SCOs huwa rrakkomandat ħafna, speċalment għal operazzjonijiet li għalihom jiġi ssodisfat wieħed, jew aktar, mill-kriterji li ġejjin rigward il-fattibbiltà u r-rilevanza:

—

Għal operazzjonijiet fejn il-kostijiet reali huma diffiċli u/jew ta’ piż biex jiġu vverifikati (ħafna dokumenti ta’ sostenn għal ammonti żgħar bi ftit jew l-ebda impatt singulari fuq l-output mistenni tal-operazzjonijiet, metodi kumplessi ta’ tqassim, eċċ.);

—

Meta data storika jew statistika affidabbli dwar l-implimentazzjoni finanzjarja u kwantitattiva ta’ operazzjonijiet simili tkun faċilment disponibbli bħala bażi biex jinbnew metodi sodi ta’ kalkolu;

—

Għal operazzjonijiet li jappartjenu għal qafas standard, bħal attivitajiet ripetittivi b’termini ta’ kundizzjonijiet stabbli u forom standard ta’ implimentazzjoni;

—

Meta diġà jkunu jeżistu metodi SCO għal tipi simili ta’ operazzjonijiet taħt skema ffinanzjata nazzjonalment, jew skont il-politiki tal-UE.

L-istabbiliment ta’ SCOs jeħtieġ investiment ta’ ħin u riżorsi. Dan jenħtieġ li jitqies meta titfassal metodoloġija ġdida. Jistgħu jkunu aktar xierqa metodi alternattivi ta’ rimborż jekk dan l-investiment jikkontradixxi l-objettivi ta’ simplifikazzjoni tal-SCOs.

1.3.   Użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati f’żewġ livelli ta’ rimborż

F’konformità mal-qafas legali għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jintużaw f’żewġ livelli ta’ rimborż:

—

rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni mill-Kummissjoni għall-programmi tal-Istati Membri (il-“livell superjuri”) u

—

rimborż ta’ għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji (il-“livell inferjuri”).

L-użu ta’ scos fil-“Livell Superjuri”

Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm tista’ tiġi rimborżata fil-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati f’konformità mal-Artikolu 51(c), (d) u (e) tar-RDK.

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jridu jiġu stabbiliti permezz ta’:

1.

id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu (l-Artikolu 94(3) tar-RDK), jew

2.

att delegat adottat mill-Kummissjoni (l-Artikolu 94(4) tar-RDK).

Fl-ewwel każ, jenħtieġ li l-Istati Membri jippreżentaw proposta lill-Kummissjoni f’konformità mal-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK, bħala parti mis-sottomissjoni tal-programm jew ta’ talba għall-emendar tiegħu. L-awtorità tal-awditjar ta’ dak il-programm hija meħtieġa tipprovdi valutazzjoni ex ante pożittiva  (4) tal-metodu ta’ kalkolu u tal-ammonti u tal-arranġamenti biex jiġu żgurati l-verifika, il-kwalità, il-ġbir u l-ħżin tad-data.

L-użu tal-SCOs fil-“livell superjuri” mhuwiex marbut awtomatikament mal-użu tal-SCOs fil-“livell inferjuri”. Jekk ir-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni jkun ibbażat fuq SCOs approvati fil-programm jew f’att delegat, ir-rimborż tal-benefiċjarju jista’ jieħu kwalunkwe forma ta’ appoġġ (l-Artikolu 94(3) tar-RDK).

Image 5

Madankollu, biex tintlaħaq simplifikazzjoni sħiħa, huwa rrakkomandat li l-SCOs użati fil-“livell superjuri” jintużaw ukoll fil-“livell inferjuri”, jiġifieri, meta jiġu rimborżati l-għotjiet lill-benefiċjarji.

L-Istati Membri mhumiex obbligati jużaw l-SCOs fil-“livell superjuri”. Il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm tista’ tkun ibbażata fuq kwalunkwe forma ta’ rimborż ta’ appoġġ ipprovdut lill-benefiċjarji (l-Artikolu 51(b) tar-RDK).

L-użu ta’ scos fil-“Livell Inferjuri”

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jintużaw biss fil-każ ta’ operazzjonijiet iffinanzjati permezz ta’ għotjiet (l-Artikolu 53(1) tar-RDK). L-SCOs ma jistgħux jintużaw għal strumenti finanzjarji u premjijiet. L-SCOs użati għar-rimborż tal-għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji, mhumiex inklużi fil-programm permezz tal-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK, u mhumiex soġġetti għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Image 6

Il-valutazzjoni ex ante mill-awtorità tal-awditjar mhijiex meħtieġa għall-SCOs użati fil-“livell inferjuri”, iżda hija rakkomandata ħafna.

Image 7

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huma forom ta’ għotjiet skont l-Artikolu 53 tar-RDK. Id-dispożizzjonijiet dwar l-għotjiet, inkluż id-dispożizzjonijiet dwar l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, mhumiex applikabbli għall-appoġġ ipprovdut fil-forma ta’ għotjiet ikkombinati f’operazzjoni unika ta’ strument finanzjarju skont l-Artikolu 58(5) tar-RDK; l-appoġġ ikkombinat isegwi r-regoli tal-FI. Madankollu, f’każ li għotja tiġi kkombinata ma’ strument finanzjarju f’żewġ operazzjonijiet separati, jistgħu jintużaw għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għall-parti tal-appoġġ li tiġi pprovduta fil-forma ta’ għotja. L-għażliet ta’ kostijiet isimplifikati ma jistgħux jintużaw f’każ li l-appoġġ għal operazzjoni jiġi pprovdut fil-forma ta’ premju.

Is-similaritajiet ewlenin u d-differenzi bejn l-SCOS użati fil-livell “superjuri” jew fil-livell “inferjuri” biss

 

L-SCOs użati fil-“livell superjuri”

L-SCOs użati biss fil-“livell inferjuri”

It-tip ta’ SCOs użati

Il-kostijiet unitarji, finanzjament b’rata fissa u s-somom f’daqqa

Ir-rwol tal-Kummissjoni fit-twaqqif tal-SCOs

L-SCOs jiġu adottati mill-Kummissjoni:

1)

permezz tad-deċiżjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu abbażi ta’ proposta ppreżentata mill-Istati Membri f’konformità mal-mudell stabbilit fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK (l-Artikolu 94(3) tar-RDK) jew

2)

permezz ta’ att delegat (l-Artikolu 94(4) tar-RDK).

L-SCO u l-metodoloġija huma definiti mill-Istati Membri mingħajr ebda involviment obbligatorju tal-Kummissjoni.

Ir-rwol tal-awtorità tal-awditjar fl-istabbiliment tal-SCOs

Il-valutazzjoni ex ante tal-metodoloġija mill-awtorità tal-awditjar hija obbligatorja għall-SCOs stabbiliti bid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu (l-Artikolu 94(3) tar-RDK u l-Anness V (jew l-Anness VI), l-Appendiċi 1, it-Taqsima C, punt 5 tar-RDK)

Il-valutazzjoni ex ante tal-metodoloġija mill-awtorità tal-awditjar mhijiex obbligatorja, iżda hija rakkomandata ħafna.

Il-metodoloġija permessa

Kalkolu bbażat fuq metodu ġust, ekwu u verifikabbli (eż., data statistika u storika).

Abbozz ta’ baġit.

L-użu ta’ skemi eżistenti tal-UE jew nazzjonali għal tipi simili ta’ operazzjonijiet.

Kalkolu bbażat fuq metodu ġust, ekwu u verifikabbli (eż., data statistika u storika).

Abbozz ta’ baġit (jekk il-kost totali tal-operazzjoni ma jaqbiżx l-EUR 200 000 ).

L-użu ta’ skemi eżistenti tal-UE jew nazzjonali għal tipi simili ta’ operazzjonijiet.

L-użu tar-rati u tal-metodoloġiji stabbiliti mir-RDK jew mir-regolamenti speċifiċi għall-Fondi jew abbażi tagħhom.

Livell ta’ rimborż

L-Istat Membru jiġi rimborżat mill-Kummissjoni (il-“livell superjuri”) abbażi tal-SCO approvat mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu jew dik stabbilita fl-att delegat.

L-Istat Membru jirrimborża lill-benefiċjarju (il-“livell inferjuri”) fil-forma ta’ SCO, u din l-istess nefqa tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni.

Kamp ta’ applikazzjoni tal-verifiki tal-ġestjoni u tal-awditjar

It-twettiq tal-kundizzjonijiet għar-rimborż stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK.

Il-metodoloġija użata biex jiġu stabbiliti l-SCOs (5)u l-applikazzjoni tal-metodoloġija tal-SCO.

Il-verifiki u l-awditjar tal-ġestjoni MA JKOPRUX

Il-kostijiet reali sottostanti (ħlief għall-kostijiet reali użati bħala bażi għall-kalkolu tal-finanzjament b’rata fissa)

Il-metodoloġija użata biex tiġi stabbilita l-SCO, adottata jew permezz tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu, jew permezz ta’ att delegat.

Jekk jogħġbok ara wkoll il-Kapitolu 6.

Il-kostijiet reali sottostanti (ħlief għall-kostijiet reali użati bħala bażi għall-kalkolu tal-finanzjament b’rata fissa).

Il-metodu ta’ kalkolu użat biex jiġu stabbiliti r-rati fissi kummerċjalment disponibbli (ħlief għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(c) tar-RDK).

Jekk jogħġbok ara wkoll il-Kapitolu 6.

1.4.   l-użu fakultattiv u obbligatorju tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

Il-prinċipju: l-użu fakultattiv tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

L-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huwa fakultattiv għall-Istati Membri fil-“livell superjuri” u l-“livell inferjuri”, bl-eċċezzjoni tal-Artikolu 53(2) tar-RDK deskritt iktar ’l isfel f’dan il-kapitolu. Fil-“livell superjuri”, ladarba l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni li tapprova l-SCOs fil-programm, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni lill-Istat Membru tiġi rimborżata f’din il-forma u ma tistax tintalab mill-Istat Membru abbażi tal-Artikolu 51(b) tar-RDK, jiġifieri, abbażi tal-appoġġ imħallas lill-benefiċjarju. Fil-“livell inferjuri”, l-awtorità ta’ ġestjoni, jew il-kumitat ta’ monitoraġġ fil-każ tal-programmi Interreg, jiddeċiedu jekk jużawx l-SCOs jew le f’sejħa għal proposti, billi jiddefinixxu l-kategoriji tal-kostijiet u/jew it-tipi ta’ operazzjonijiet li għalihom japplikaw dawn l-SCOs. Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipji ta’ trasparenza u trattament ugwali tal-benefiċjarji, jenħtieġ li l-kamp ta’ applikazzjoni tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati li għandhom jiġu applikati, jiġifieri, il-kategoriji tal-kostijiet jew it-tipi ta’ operazzjonijiet li għalihom se jkunu disponibbli, jiġi speċifikat u ppubblikat (fis-sejħa għall-proposti, fir-regoli tal-programm jew fir-regoli nazzjonali).

L-eċċezzjoni: każijiet fejn l-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huwa obbligatorju

F’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-RDK, meta l-kost totali ta’ operazzjoni ma jaqbiżx ol-EUR 200 000 , il-kontribuzzjoni pprovduta lill-benefiċjarju mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-JTF, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI, jenħtieġ li tieħu l-forma ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi, bl-eċċezzjonijiet imsemmija iktar ’l isfel. L-għan ta’ din id-dispożizzjoni huwa li tillimita l-kontrolli fuq il-kostijiet reali minħabba li tali kontrolli ma jkunux kosteffiċjenti meta jitqies il-valur baxx ta’ dawn l-operazzjonijiet.

Għal proġetti żgħar iffinanzjati permezz ta’ fondi għal proġetti żgħar fil-programm Interreg (l-Artikolu 25(6) tar-Regolament Interreg (6)), il-kontribuzzjoni mill-FEŻR għandha tieħu l-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fejn il-kontribuzzjoni pubblika lil riċevitur finali li jimplimenta l-proġett żgħir ma taqbiżx EUR 100 000 ħlief għal operazzjonijiet li għalihom l-appoġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat.

Il-kostijiet li għandhom jiġu kkunsidrati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 53(2) tar-RDK huma dawk ippjanati mal-iffirmar tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni (7). Il-kostijiet effettivament imġarrba fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni jew tal-proġett żgħir mhumiex rilevanti peress li dawn ma għadhomx parti mill-kalkolu tal-kostijiet u mill-metodu ta’ rimborż tal-operazzjoni jew tal-proġett żgħir.

L-użu obbligatorju tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati japplika fil-livell ta’ appoġġ mogħti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji, jiġifieri fil-livell tal-operazzjoni li għandha tiġi kofinanzjata u tkun benefiċjarja, skont it-tifsira tal-Artikolu 2 tar-RDK. Għal fondi ta’ proġetti żgħar fil-programmi Interreg (ara iktar ’il fuq), l-użu obbligatorju ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati japplika fil-livell tal-appoġġ mogħti mill-benefiċjarju li jimmaniġġja l-fond għal proġett żgħir lir-riċevituri finali.

L-użu obbligatorju tal-SCO japplika wkoll f’każijiet ta’ għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji f’operazzjonijiet ta’ assistenza teknika fejn il-kost totali ta’ tali operazzjonijiet ma jaqbiżx l-EUR 200 000. Għalhekk, m’hemm l-ebda eżenzjoni mill-użu obbligatorju tal-SCOs previsti għal operazzjonijiet ta’ assistenza teknika.  (8)

Ir-rekwiżit tal-użu obbligatorju tal-SCOs ma japplikax għal (9):

—

Operazzjonijiet li jirċievu appoġġ li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat. L-għajnuna de minimis ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat u, għalhekk, operazzjonijiet li jirċievu l-għajnuna de minimis biss jaqgħu taħt l-Artikolu 53(2) tar-RDK, jiġifieri l-użu obbligatorju tal-SCOs. Madankollu, fil-każ ta’ kombinazzjoni ta’ għajnuna mill-Istat u għajnuna de minimis fl-istess operazzjoni, l-użu obbligatorju tal-SCOs ma japplikax.

—

L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ taqbel li teżenta xi operazzjonijiet fil-qasam tar-riċerka u l-innovazzjoni mir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-RDK, dment li l-kumitat ta’ monitoraġġ ikun ta approvazzjoni minn qabel għal tali eżenzjoni. Ir-RDK ma jispeċifikax kriterji għal tali eżenzjoni. Għalhekk, huwa f’idejn l-awtorità ta’ ġestjoni li tipproponi tali eżenzjoni u li tiżgura li din tiġi approvata mill-kumitat ta’ monitoraġġ.

Meta japplika l-obbligu li jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, dan ikun relatat mal-kategoriji kollha tal-kostijiet ta’ operazzjoni, b’żewġ eċċezzjonijiet abbażi tal-Artikolu 53(2) tar-RDK:

(1)

Il-kategoriji tal-kostijiet, li għalihom tiġi applikata rata fissa, jistgħu jiġu kkalkulati abbażi tal-kostijiet reali. Pereżempju, f’każ li tintuża r-rata fissa sa 15 % għall-kostijiet indiretti li ġiet stabbilita fl-Artikolu 54(b), l-ewwel paragrafu, tar-RDK (bil-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal bħala bażi li għaliha tiġi applikata rata fissa), il-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal jistgħu jiġu ddikjarati abbażi tal-kostijiet reali (iżda l-kostijiet diretti għajr il-kostijiet diretti tal-persunal iridu jiġu koperti mill-SCOs). F’każ li tintuża r-rata fissa sa 7 % għall-kostijiet indiretti stabbilita fl-Artikolu 54(a), l-ewwel paragrafu, tar-RDK, il-kostijiet diretti eliġibbli jistgħu jiġu ddikjarati abbażi tal-kostijiet reali.

(2)

L-allowances u s-salarji mħallsa lill-parteċipanti jistgħu jiġu rimborżati abbażi tal-kostijiet effettivament imġarrba.

Dawn l-eċċezzjonijiet huma eżawrjenti.

Eżempji possibbli biex tiġi żgurata l-konformità mar-rekwiżiti tal-użu obbligatorju tal-SCOs bl-użu tal-SCOs stabbiliti mir-RDK

L-użu tal-Artikolu 54(a) jew (c), l-ewwel paragrafu, tar-RDK

L-użu tal-Artikolu 54(b), l-ewwel paragrafju, tar-RDK

L-użu tal-Artikolu 56(1) u (2) tar-RDK

Kostijiet indiretti = sa 7 % tal-kostijiet diretti eliġibbli (l-ebda metodu ta’ kalkolu meħtieġ) jew sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli (huwa meħtieġ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli, jew rata fissa stabbilita skont l-Artikolu 67(5)(a) tar-Regolament 1303/2013 għal operazzjoni simili)

Kostijiet diretti = kostijiet reali (10)

Kostijiet indiretti = sa 15 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal (l-ebda metodu ta’ kalkolu meħtieġ)

Kostijiet diretti tal-persunal = kostijiet reali (11)

Il-kostijiet diretti l-oħra kollha (jekk applikabbli) = SCO

Kostijiet diretti tal-persunal = kostijiet reali (12)

Il-kostijiet li jifdal (minbarra s-salarji u l-allowances imħallsa lill-parteċipanti) = sa 40 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal (l-ebda metodu ta’ kalkolu huwa meħtieġ)

Jekk applikabbli, is-salarji u l-allowances imħallsa lill-parteċipanti jistgħu jitħallsu abbażi tal-kostijiet reali (= kostijiet eliġibbli addizzjonali)

KAPITOLU 2:   TIPI TA’ GĦAŻLIET TA’ KOSTIJIET ISSIMPLIFIKATI

2.1.   Ħarsa ġenerali lejn it-tipi differenti ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

L-Artikoli 51 u 53(1) tar-RDK jinkludu tliet tipi ta’ SCOs, li jistgħu jiġu definiti kif ġej:

—

FINANZJAMENT B’RATA FISSA: Kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli identifikati b’mod ċar minn qabel, jiġu kkalkulati billi jiġi applikat perċentwal li jiġi stabbilit minn qabel għal kategorija waħda jew diversi oħrajn tal-kostijiet eliġibbli.

—

KOSTIJIET UNITARJI: Il-kostijiet eliġibbli kollha jew parti minnhom se jiġu kkalkulati abbażi tal-attivitajiet kwantifikati, l-input, l-outputs jew ir-riżultati mmultiplikati bil-kostijiet unitarji stabbiliti minn qabel.

—

SOMOM F’DAQQA: Il-kostijiet eliġibbli kollha jew parti mill-kostijiet eliġibbli jiġu kkalkulati abbażi tal-ammonti, stabbiliti minn qabel, li jitħallsu jekk jitlestew dawk l-attivitajiet u/jew l-outputs predefiniti.

L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħżel li tuża tip wieħed ta’ SCO jew li tikkombina tipi differenti fl-istess operazzjoni dment li kwalunkwe trikkib possibbli bejn il-kostijiet koperti minn SCOs differenti jiġi eskluż biex jiġi evitat finanzjament doppju (ara wkoll il-Kapitolu 2.5 dwar il-kombinazzjoni tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati).

2.2.   Finanzjament b’rata fissa

Ir-rati fissi jistgħu jintużaw fiż-żewġ livelli ta’ rimborż, jiġifieri fil-livell superjuri għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni (l-Artikolu 51(e) tar-RDK) u f’livell aktar baxx għall-għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarju (l-Artikolu 53(1)(d) tar-RDK).

Hemm tipi differenti ta’ rati fissi, b’mod partikolari:

—

Ir-rati fissi kummerċjalment disponibbli, jiġifieri dawk stabbiliti fir-RDK u fir-regolamenti speċifiċi għall-Fond jew, skont il-każ, att delegat adottat skont l-Artikolu 94(4) tar-RDK, u li għalihom l-awtoritajiet ta’ ġestjoni mhumiex meħtieġa jistabbilixxu metodu ta’ kalkolu biex jiddeterminaw ir-rata applikabbli;

—

Rati fissi li għalihom l-awtoritajiet ta’ ġestjoni żviluppaw metodoloġija (inkluż metodu ta’ kalkolu).

2.2.1.   Prinċipji ġenerali

Id-definizzjoni tal-kategoriji tal-kostijiet

F’sistema ta’ finanzjament b’rata fissa, hemm massimu ta’ tliet tipi ta’ kostijiet:

—

TIP 1: il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li abbażi tagħhom għandha tiġi applikata r-rata fissa għall-kalkolu tal-ammonti eliġibbli (l-hekk imsejħa “kost bażi”);

—

TIP 2: il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li se jkunu koperti bl-applikazzjoni tar-rata fissa;

—

TIP 3: fejn rilevanti, il-kategoriji l-oħra ta’ kostijiet eliġibbli (ir-rata ma tiġix applikata għalihom u ma jkunux koperti bl-applikazzjoni tar-rata fissa).

Meta tuża sistema ta’ finanzjament b’rata fissa, l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) trid tiddefinixxi l-kategoriji ta’ kostijiet li jaqgħu taħt kull tip: kwalunkwe kategorija ta’ nefqa għandha tkun inkluża b’mod ċar f’tip wieħed – u wieħed biss – mit-tliet tipi. F’xi każijiet, tip wieħed jista’ jiġi definit b’oppożizzjoni għal tip ieħor jew tipi oħra (pereżempju, f’sistema fejn hemm biss kostijiet diretti (tip 1) u indiretti (tip 2), il-kostijiet indiretti jistgħu jiġu definiti bħala l-kostijiet eliġibbli l-oħra kollha li mhumiex kostijiet diretti. Matul l-għażla tal-operazzjonijiet, jenħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) tivverifika li l-kategoriji tal-kostijiet koperti mir-rata fissa jkunu meħtieġa għall-operazzjoni speċifika, abbażi tal-attivitajiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni, dettaljati fl-applikazzjoni għall-finanzjament.

Ir-RDK ma jqiegħed l-ebda restrizzjoni fuq kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li jistgħu jintużaw għal finanzjament b’rata fissa. Iżda meta wieħed iqis li l-objettiv ewlieni tal-użu ta’ rati fissi huwa s-simplifikazzjoni, ir-rati fissi huma l-aktar adattati għall-kostijiet li huma relattivament baxxi u li għalihom il-verifika tiswa ħafna flus (eż., rata fissa biex tkopri l-kostijiet tal-persunal jew il-kostijiet indiretti).

Image 8

Huwa possibbli li jintużaw rati fissi differenti għal kategoriji differenti ta’ kostijiet applikati għall-istess bażi  (13). Pereżempju, rata fissa ta’ 13 % tal-kostijiet diretti tal-persunal tista’ tintuża biex jiġu kkalkulati l-kostijiet indiretti. L-istess bażi (jiġifieri, kostijiet diretti tal-persunal) tista’ tintuża wkoll biex jiġu kkalkulati l-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni tal-operazzjoni b’rata fissa ta’ 15 %.

Image 9

Huwa possibbli li tiġi kkalkulata rata fissa abbażi tal-kostijiet reali jew tal-kostijiet rimborżati bl-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. (ara l-Kapitolu 2.5)

Sabiex jiġi evitat finanzjament doppju, meta titfassal il-metodoloġija tal-għażla ssimplifikata tal-kostijiet, jenħtieġ li tingħata attenzjoni partikolari biex jiġi żgurat li l-kategoriji tal-kostijiet li se jkunu koperti mir-rata fissa ma jiġux inklużi fil-kostijiet bażi.

Ir-rati fissi speċifiċi biex jiġu kkalkulati l-kategoriji tal-kostijiet dettaljati fir-regolament dwar dispożizzjonijiet komuni u r-regolamenti speċifiċi għall-fondi

Ċerti rati fissi speċifiċi huma definiti fil-qafas legali. Dawn ir-rati fissi jistgħu jintużaw għar-rimborż tal-għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarji (l-Artikolu 53(3)(e) tar-RDK).

Image 10

F’każijiet biss fejn ir-Regolament RDK jiddikjara b’mod espliċitu li jistgħu jintużaw rati fissi mingħajr ma l-awtorità ta’ ġestjoni tkun meħtieġa tistabbilixxi metodu ta’ kalkolu biex tiddetermina r-rata applikabbli (għażliet ta’ kostijiet issimplifikati kummerċjalment disponibbli). Dawn ir-rati fissi jiġu applikati għal ċerta kategorija ta’ kostijiet (jiġifieri, il-kostijiet bażi), biex jiġu kkalkulati kategoriji oħra ta’ kostijiet (koperti mir-rata fissa). L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tuża kwalunkwe rata sar-rata msemmija fl-artikolu rilevanti, u ma jkollhiex għalfejn tiġġustifika għaliex intgħażlet rata taħt ir-rata speċifikata fir-Regolament, sakemm il-kostijiet koperti mir-rata jkunu rilevanti għall-operazzjoni speċifika. Jekk tintgħażel rata aktar baxxa, ma hemm l-ebda rekwiżit biex isir xi kalkolu.

Madankollu, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tistabbilixxi rata ogħla mir-rati stabbiliti fl-Artikoli 54 – 56 tar-RDK (ħlief għall-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(c) tar-RDK) abbażi ta’ waħda mill-metodoloġiji stabbiliti fl-Artikolu 53(3) tar-RDK.

Meta tittieħed deċiżjoni dwar ir-rata fissa li għandha tiġi applikata, il-prinċipju tat-trattament ugwali tal-benefiċjarji jeħtieġ li jiġi rrispettat. Għalhekk, il-benefiċjarji appoġġjati minn ċerta sejħa u f’sitwazzjoni simili ma jistgħux jiġu ttrattati b’mod differenti mingħajr ma jkun hemm ġustifikazzjoni.

Ir-rati fissi kummerċjalment disponibbli huma:

Artikolu

Ir-rati fissi kummerċjalment disponibbli

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(a) tar-RDK

Sa 7 % tal-kostijiet diretti eliġibbli għar-rimborż tal-kostijiet indiretti

L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(b) tar-RDK

Sa 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli għar-rimborż tal-kostijiet indiretti

L-Artikolu 55(1) tar-RDK

Sa 20 % tal-kostijiet diretti (14)[eliġibbli] għar-rimborż tal-kostijiet diretti tal-persunal

L-Artikolu 56(1) tar-RDK

Sa 40 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli biex jiġu rimborżati l-kostijiet li jifdal ta’ operazzjoni (15)

L-Artikolu 39(3)(c) tar-Regolament Interreg

Sa 20 % tal-kostijiet diretti [eliġibbli] għar-rimborż tal-kostijiet diretti tal-persunal

L-Artikolu 41(5) tar-Regolament Interreg

Sa 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal [eliġibbli] għar-rimborż tal-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni

L-Artikolu 22(1)(b) tar-Regolament tal-FSE+

1 % tal-kostijiet imsemmija fil-punt (a) (16)biex ikopru l-kostijiet imġarrba mill-korp tax-xiri relatati mat-trasport tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-imħażen jew lill-benefiċjarji u l-kostijiet tal-ħżin

L-Artikolu 22(1)(c) tar-Regolament tal-FSE+

7 % tal-kostijiet imsemmija fil-punt (a) jew 7 % tal-kostijiet tal-valur tal-ikel mormi f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 biex ikopri l-kostijiet amministrattivi, tat-trasport, tal-ħżin u tal-preparazzjoni mġarrba mill-benefiċjarji involuti fid-distribuzzjoni tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn

L-Artikolu 22(1)(e) tar-Regolament FSE+

7 % tal-kostijiet imsemmija fil-punt (a) biex ikopru l-kostijiet tal-miżuri ta’ akkumpanjament imwettqa mill-benefiċjarji jew f’isimhom u ddikjarati mill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-persuni l-aktar fil-bżonn

Barra minn hekk, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(c) tar-RDK, jistabbilixxi limitu massimu fuq rata fissa għall-kostijiet indiretti ta’ 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, dment li jintuża metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli definit mill-MA skont l-Artikolu 53(3)(a) tar-RDK.

L-użu ta’ kwalunkwe waħda minn dawn l-għażliet jirrikjedi li l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programm Interreg) tiddefinixxi l-kategoriji ta’ kostijiet koperti mir-rata fissa u dawk li għalihom tapplika r-rata fissa, jiġifieri, il-kostijiet diretti u indiretti u l-kostijiet diretti tal-persunal. Hija r-responsabbiltà tal-Istati Membri li jiddefinixxu l-kategoriji differenti ta’ kostijiet b’mod konsistenti, mhux ekwivoku u mhux diskriminatorju u jiżguraw li jiġi evitat il-finanzjament doppju.

Id-definizzjoni tal-kategoriji tal-kostijiet jenħtieġ li tiġi stabbilita b’mod ċar fir-regoli tal-programm jew fis-sejħiet għall-proposti.

Image 11

Bħala gwida ġenerali, il-kategoriji tal-kostijiet jistgħu jiġu definiti kif ġej:

—

Il-kostijiet diretti huma dawk il-kostijiet li huma direttament relatati mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni jew tal-proġett fejn tista’ tintwera r-rabta diretta ma’ din l-operazzjoni jew proġett individwali.

—

Il-kostijiet indiretti huma kostijiet li huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni u li mhumiex jew ma jistgħux ikunu konnessi direttament mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni inkwistjoni jew li huma relatati mal-implimentazzjoni tal-operazzjoni, iżda jirrappreżentaw kostijiet awżiljarji li ma jikkontribwixxux direttament għall-kisba tal-indikaturi/riżultati/objettivi tagħha. Tali kostijiet jistgħu jinkludu, pereżempju, kostijiet amministrattivi/ġenerali, li għalihom huwa diffiċli li jiġi ddeterminat b’mod preċiż l-ammont attribwibbli għal operazzjoni jew proġett speċifiku (nefqa amministrattiva/tal-persunal tipika, bħal: il-kostijiet ta’ ġestjoni, l-ispejjeż ta’ reklutaġġ, il-kostijiet għall-accountant jew għal min inaddaf, eċċ.; il-kostijiet tat-telefown, tal-ilma jew tal-elettriku, u oħrajn).

—

Il-kostijiet tal-persunal huma definiti fir-regoli nazzjonali u normalment huma l-kostijiet li jirriżultaw minn ftehim bejn l-impjegatur u l-impjegat jew kuntratti ta’ servizz għall-persunal estern (sakemm dawn il-kostijiet ikunu identifikabbli b’mod ċar). Normalment, il-kostijiet tal-persunal jinkludu r-remunerazzjoni totali, inkluż il-benefiċċji in natura f’konformità mal-ftehimiet kollettivi, imħallsa lill-persuni bi skambju għal xogħol relatat mal-operazzjoni. Dawn jinkludu wkoll it-taxxi u l-kontribuzzjonijiet tas-sigurtà soċjali tal-impjegati (pereżempju, fil-każ tal-pensjonijiet, l-ewwel u t-tieni pilastru, u t-tielet pilastru jekk stabbilit fi ftehim kollettiv jew fil-ftehim dwar l-impjiegi biss) u kwalunkwe kontribuzzjoni volontarja eliġibbli tal-impjegati, kif ukoll il-kontribuzzjonijiet soċjali obbligatorji u volontarji tal-impjegatur. Il-kostijiet tal-persunal jistgħu jkunu kostijiet diretti jew indiretti, skont analiżi każ b’każ u skont ir-rwol tal-persunal fl-operazzjoni.

Partikolaritajiet tad-definizzjoni tal-kostijiet tal-persunal

Għall-finijiet tal-applikazzjoni tar-rati fissi msemmija fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(b) tar-RDK, fl-Artikolu 56(1) tar-RDK u fl-Artikolu 41(5) tal-Interreg (jew kwalunkwe rata fissa oħra stabbilita mill-awtorità ta’ ġestjoni abbażi tal-Artikolu 53(3) tar-RDK li għandha tiġi applikata għall-kostijiet diretti tal-persunal), il-valur totali tar-remunerazzjoni kif definit mir-regoli nazzjonali jista’ jitqies bħala kostijiet tal-persunal peress li jirrappreżentaw ir-remunerazzjoni reali għax-xogħol ta’ dik il-persuna fl-operazzjoni, u għalhekk jenħtieġ li jitqies għad-determinazzjoni ta’ tipi oħra ta’ kostijiet tal-operazzjoni (li jiġu kkalkolati bl-applikazzjoni ta’ rata fissa għall-kostijiet diretti tal-persunal).

Image 12

Dan japplika wkoll għal każijiet fejn is-salarju jiġi rimborżat (parzjalment) jew iffinanzjat minn partijiet terzi (eż., persunal dirett ġie rreklutat b’sussidju għar-reklutaġġ; ir-rata fissa tiġi applikata għall-valur totali tar-remunerazzjoni anki jekk parti minnha titħallas minn parti terza). Jekk il-kostijiet tal-persunal għall-persunal estern jiġu minn kuntratt ta’ servizz, il-kostijiet tal-persunal iridu jkunu identifikabbli b’mod ċar. Pereżempju, jekk benefiċjarju jikkuntratta s-servizzi ta’ ħarrieġ estern għas-sessjonijiet ta’ taħriġ intern tiegħu, il-fattura għandha tidentifika t-tipi differenti ta’ kostijiet. Is-salarju tal-ħarrieġ se jitqies bħala kost dirett estern tal-persunal. Jekk il-kostijiet tal-persunal tal-ħarrieġ ma jkunux identifikabbli bħala kategorija distinta minn kategoriji oħra ta’ kostijiet, pereżempju materjali tat-tagħlim, dawn ma jistgħux jintużaw bħala l-bażi ta’ rati fissi, pereżempju r-rata fissa ta’ 40 % kif stabbilita fl-Artikolu 56(1) tar-RDK.

Id-definizzjoni ta’ kostijiet diretti tal-persunal mhijiex marbuta ma’ jekk il-kostijiet tal-persunal jiħdux il-forma ta’ nefqa ta’ kontribuzzjoni in natura jew le. Għalhekk, il-valur tax-xogħol volontarju fil-forma ta’ kontribuzzjoni in natura jista’ jiġi inkluż fl-ammont bażi għall-kalkolu tar-rati fissi, dment li jiġi rrispettat l-Artikolu 67(1) tar-RDK.

Image 13

Il-kostijiet tal-ivvjaġġar ma jitqisux bħala kostijiet tal-persunal, minbarra l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn il-post tax-xogħol jekk ir-regoli nazzjonali jiddeterminaw li huma parti mill-kostijiet tal-impjiegi gross.

Lanqas l-allowances jew is-salarji żborżati għall-benefiċċju tal-parteċipanti f’operazzjonijiet appoġġati mill-FEŻR, mill-FSE+, mill-JTF, mill-AMIF, mill-ISF u mill-BMVI ma jitqisux bħala kostijiet tal-persunal (ara l-Artikolu 56(1) u (2) tar-RDK). Pereżempju, f’operazzjoni li għandha l-għan li tirrekluta persuni ġodda, il-pagi ta’ ħaddiema impjegati ġodda ma jitqisux bħala “kostijiet tal-persunal” għall-finijiet tal-Artikolu 56 tar-RDK, peress li dawn il-persuni ma jwettqu l-ebda kompitu għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni – jitqiesu bħala salarji mħallsa għall-benefiċċju tal-parteċipanti. Għalhekk, dawn ma jistgħux jiġu kkalkolati fil-bażi tar-rata fissa definita fl-Artikolu 56(1) tar-RDK.

Image 14

Fil-kuntest tal-Artikolu 56 tar-RDK, it-tifsira tal-allowance għandha tinftiehem bħala appoġġ finanzjarju pprovdut lill-parteċipanti għal kostijiet possibbli relatati mal-objettiv ta’ operazzjoni partikolari.

Pereżempju, il-benefiċċji għat-taħriġ fil-qafas tal-Fond Soċjali Ewropew Plus (FSE+) jirreferu għall-appoġġ finanzjarju pprovdut lil individwi li jipparteċipaw fi programmi ta’ taħriġ. Dawn l-allowances huma maħsuba biex ikopru diversi kostijiet assoċjati mat-taħriġ, bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, u l-kostijiet tas-sussistenza. L-għan huwa li t-taħriġ isir aktar aċċessibbli.

2.2.2.   Rati fissi għad-determinazzjoni tal-kostijiet indiretti (l-Artikolu 54 tar-RDK)

L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54 tar-RDK jiddetermina li meta l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni twassal għal kostijiet indiretti, dawn jistgħu jiġu kkalkulati abbażi ta’ waħda mir-rati fissi stabbiliti fil-punti (a) u (b) tal-ewwel subparagrafu tiegħu. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(a) tar-RDK, jintroduċi rata fissa sa 7 % tal-kostijiet diretti eliġibbli biex jiġu kkalkulati l-kostijiet indiretti. L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(b) tar-RDK fih rata fissa sa 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal biex jiġu kkalkulati l-kostijiet indiretti. Iż-żewġ rati fissi jistgħu jintużaw direttament mill-awtorità ta’ ġestjoni, mingħajr ebda ġustifikazzjoni tal-kalkolu tar-rata, jekk din tkun fil-limitu massimu stabbilit mir-Regolament.

L-Artikolu 54 tar-RDK ma jipprovdix lista eżawrjenti ta’ metodi dwar kif jiġu stabbiliti rati fissi għall-kostijiet indiretti ta’ operazzjoni u jippermetti lill-Istati Membri jużaw rata fissa għall-kostijiet indiretti stabbilita abbażi ta’ metodi oħra, jiġifieri, dawk iddikjarati fl-Artikolu 53(3)(b) sa (e) tar-RDK.

Image 15

Madankollu, rata fissa li tkopri l-kostijiet indiretti stabbilita abbażi ta’ metodu ġust, ekwu u verifikabbli msemmi fl-Artikolu 53(3)(a) tar-RDK, hija soġġetta għal limitu massimu ta’ 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli stabbiliti fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(c) tar-RDK. Rati fissi mhux stabbiliti fuq dik il-bażi iżda pjuttost fuq metodu ieħor fost dawk imsemmija fl-Artikolu 53(3)(b) sa (e) tar-RDK, mhumiex soġġetti għal limitu massimu.

2.2.3.   Rata fissa għad-determinazzjoni tal-kostijiet diretti tal-persunal (l-Artikolu 55(1) tar-RDK)

L-Artikolu 55(1) tar-RDK jiddikjara li l-kostijiet diretti tal-persunal ta’ operazzjoni jistgħu jiġu kkalkulati bħala rata fissa sa 20 % tal-kostijiet diretti għajr il-kostijiet tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li l-Istati Membri jwettqu kalkolu biex jiddeterminaw ir-rata applikabbli.

Image 16

Madankollu, meta l-kostijiet diretti ta’ dik l-operazzjoni jinkludu kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jew kuntratti ta’ provvista jew servizzi li jaqbżu l-limitu stabbilit fid-Direttiva tal-UE dwar l-akkwist pubbliku, b’mod partikolari l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE (17) u l-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE (18), ir-rata fissa kummerċjalment disponibbli fl-Artikolu 55(1) tar-RDK ma tkunx tista’ tiġi applikata, u r-rata fissa għall-kostijiet diretti tal-persunal tkun trid tiġi ddeterminata abbażi ta’ metodu previst fl-Artikolu 53(3)(a) sa (e) tar-RDK.. F’din is-sitwazzjoni, ir-rata fissa sa 20 % ma tistax tiġi applikata għall-operazzjoni partikolari mingħajr ma jsir kalkolu. Dan japplika għall-kuntratti kollha ta’ xogħol/provvista/servizzi ’l fuq mil-limiti li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dawn id-Direttivi, inklużi dawk mogħtija minn entitajiet kontraenti għajr l-awtoritajiet kontraenti fil-każ tad-Direttiva 2014/25/UE. Huwa l-valur kollu tal-akkwist pubbliku li se jitqies meta jiġi ddeterminat jekk inqabżux il-limiti fid-Direttivi, irrispettivament mil-lottijiet li akkwist jista’ jinqasam fihom (19).

Image 17

Speċjalment fir-rigward tal-AMIF, il-BMVI u l-ISF, kwalunkwe kost soġġett għall-akkwist pubbliku (jiġifieri, il-kostijiet sottokuntrattati/esternalizzati) irid jiġi eskluż mill-bażi għall-kalkolu tar-rata fissa, ara t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 55(1) tar-RDK.

Għall-programmi Interreg, il-kostijiet tal-persunal jistgħu jiġu rimborżati abbażi ta’ rata fissa sa 20 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, mingħajr ebda restrizzjoni dwar jekk il-kostijiet diretti jinkludux l-akkwist pubbliku jew le, skont l-Artikolu 39(3)(c) tar-Regolament Interreg.

Il-kostijiet diretti tal-persunal iddeterminati abbażi ta’ rata fissa jistgħu jiffurmaw il-bażi għall-applikazzjoni ta’ rata fissa speċifikata skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(b) tar-RDK (rata fissa sa 15 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal biex jiġu kkalkulati l-kostijiet indiretti). Madankollu, il-kostijiet diretti tal-persunal ikkalkulati abbażi ta’ rata fissa ma jistgħux iservu bħala bażi għar-rata fissa skont l-Artikolu 56(1) tar-RDK (rata fissa sa 40 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal biex jiġu kkalkulati l-kostijiet eliġibbli li jifdal tal-operazzjoni), ara l-Artikolu 56(3) tar-RDK.

2.2.4.   Rata fissa għad-determinazzjoni tal-kostijiet l-oħra kollha tal-operazzjoni għajr il-kostijiet diretti tal-persunal (l-Artikolu 56 tar-RDK)

L-Artikolu 56(1) tar-RDK jippermetti li l-kostijiet diretti tal-persunal jistgħu jintużaw biex jiġu kkalkulati l-kostijiet eliġibbli l-oħra kollha li jifdal tal-operazzjoni, abbażi ta’ rata fissa sa 40 % tal-kostijiet diretti tal-persunal eliġibbli. L-operazzjonijiet li jużaw din ir-rata fissa jistgħu jinkludu biss dan li ġej:

—

Kostijiet diretti tal-persunal – kostijiet bażi għar-rata fissa;

—

u rata fissa ta’ sa 40 % li tkopri l-kostijiet li jifdal tal-operazzjoni;

—

u s-salarji u l-allowances imħallsa lill-parteċipanti.

Għall-FEŻR, il-FSE+, il-JTF, l-AMIF, l-ISF u l-BMVI, is-salarji u l-allowances imħallsa lill-parteċipanti huma esklużi mill-kostijiet koperti minn din ir-rata fissa. [Jistgħu għalhekk ikunu rimborsabbli bl-użu ta’ formola differenti msemmija fl-Artikolu 53(1) tar-RDK]. Rigward id-definizzjoni ta’ allowances u salarji, irreferi għall-Kapitolu 2.2.1.

Image 18

L-użu ta’ din ir-rata fissa huwa xieraq f’operazzjonijiet fejn il-kostijiet diretti tal-persunal jirrappreżentaw sehem sinifikanti tal-baġit. Għalhekk, il-proġetti li jirrikjedu ħafna ħaddiema, ir-riċerka u l-iżvilupp, il-proġetti żgħar (fuq skala) b’ħafna kostijiet ta’ valur baxx u ta’ volum kbir minbarra l-kostijiet tal-persunal, proġetti żgħar ta’ innovazzjoni, proġetti edukattivi u vokazzjonali, u proġetti ta’ attivitajiet mhux vinkolanti huma l-aktar adattati għall-użu tar-rata fissa stabbilita fl-Artikolu 56(1) tar-RDK.

L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tapplika din ir-rata fissa għal tipi ta’ operazzjonijiet li jiddistingwu b’mod ċar bejn il-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin: kostijiet diretti tal-persunal, kostijiet diretti oħra, u kostijiet indiretti. Jenħtieġ li r-rata fissa definita fl-Artikolu 56(1) tar-RDK tkopri kemm il-kostijiet diretti kif ukoll il-kostijiet indiretti l-oħra, u mhux biss il-kostijiet indiretti.

Jekk l-operazzjoni tinkludi biss il-kostijiet indiretti u l-kostijiet diretti tal-persunal, l-awtorità ta’ ġestjoni m’għandhiex tuża r-rata fissa fl-Artikolu 56(1) tar-RDK iżda għandha tuża r-rata fissa definita fl-Artikolu 54(b) tar-RDK.

Ir-rata fissa fl-Artikolu 56(1) tar-RDK ma tistax tiġi kkombinata ma’ rata fissa għall-kostijiet indiretti (eż., l-għażliet fl-Artikolu 54 tar-RDK) billi l-istess kategorija ta’ kostijiet (jiġifieri, il-kostijiet indiretti) tkun koperta darbtejn.

Din ir-rata fissa sa 40 % ma tistax tintuża f’operazzjoni fejn il-kostijiet diretti totali tal-persunal ta’ dik l-operazzjoni jiġu kkalkulati abbażi ta’ rata fissa (pereżempju, ir-rata fissa skont l-Artikolu 55(1) tar-RDK f’konformità mal-Artikolu 56(3) tar-RDK. Madankollu, din ir-rata fissa tista’ tiġi applikata għall-kostijiet diretti tal-persunal li huma stess jitfasslu bħala SCO, dment li din l-SCO ma tkunx rata fissa (ara l-Kapitolu 2.5).

Eżempju 1

Awtorità ta’ ġestjoni tixtieq tkopri l-kostijiet eliġibbli kollha li jifdal ta’ operazzjoni billi tapplika rata fissa għall-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal tal-operazzjoni ta’ EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 56(1) tar-RDK, l-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tapplika rata ta’ 35 %. Dan ifisser li l-kostijiet eliġibbli totali tal-operazzjoni se jkunu EUR 150 000 + (EUR 150 000 x 0,35) = EUR 202 500.

Eżempju 2

Il-kostijiet stmati ta’ kors ta’ taħriġ huma:

Kostijiet Diretti Totali

EUR 52 000

 

Total tal-kostijiet indiretti

EUR 5 000

Kostijiet diretti tal-persunal

EUR 30 000

 

Kostijiet indiretti tal-persunal

EUR 4 000

Kostijiet tal-kamra

EUR 3 000

 

Elettriku, telefown.

EUR 1 000

Kostijiet tal-ivjaġġar

EUR 4 000

 

 

 

Ikliet

EUR 1 000

 

Total tal-kostijiet eliġibbli

EUR 57 000

Informazzjoni / Reklami

EUR 4 000

 

 

 

Allokazzjonijiet imħallsa lit-trainees mill-PES

EUR 10 000

 

 

 

L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tapplika l-Artikolu 56(1) tar-RDK għal dan il-proġett u tistabbilixxi r-rata fissa għar-rimborż tal-kostijiet li jifdal tal-operazzjoni għal 40 %. F’dan il-każ, id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni jkollu bħala allokazzjoni massima:

Il-kostijiet diretti tal-persunal: EUR 30 000

Kostijiet oħra: 30 000 X 40 % = EUR 12 000

Peress li l-allowances imħallsa lit-trainees mis-Servizzi Pubbliċi tal-Impjiegi jistgħu jiġu ddikjarati flimkien mal-kostijeit diretti tal-persunal u r-rata fissa, il-kostijiet eliġibbli totali jkunu:

Total tal-kostijiet eliġibbli: 30 000 (kostijiet diretti tal-persunal) + 12 000 (kostijiet oħra) + 10 000 (allowances imħallsa lit-trainees mill-PES) = EUR 52 000

Image 19

Matul l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet bl-użu tar-rata fissa mill-Artikolu 56(1) tar-RDK, huwa importanti li l-kostijiet tal-persunal jiġu ppjanati bir-reqqa mill-bidu u li l-infiq f’din il-kategorija tal-kostijiet jiġi mmonitorjat mill-qrib u kontinwament. Minħabba n-natura tar-rata fissa ta’ 40 %, kwalunkwe nuqqas ta’ nfiq tal-kostijiet diretti tal-persunal se jfisser awtomatikament inqas flus rimborżati għal kostijiet oħra.

Eżempju

Il-baġit oriġinali tal-operazzjoni alloka EUR 350 000 għall-kategorija tal-kostijiet diretti tal-persunal u EUR 140 000 (40 % x EUR 350 000) għall-kategorija tal-kostijiet li jifdal. Matul l-implimentazzjoni tal-programm, ġew irrappurtati biss EUR 230 000 ta’ kost dirett għall-persunal. Dan ifisser li jiġu rimborżati biss EUR 92 000 (40 % x EUR 230 000) għall-kostijiet l-oħra li jifdal.

2.2.5.   Rata fissa għall-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni (l-Artikolu 41(5) tal-Interreg)

L-Artikolu 41(5) tar-Regolament Interreg jipprevedi rata fissa għall-kostijiet tal-ivvjaġġar u tal-akkomodazzjoni ta’ operazzjoni sa 15 % tal-kostijiet diretti tal-persunal mingħajr ma l-Istati Membri jkollhom jagħmlu kalkolu biex jiddeterminaw ir-rata applikabbli. Din ir-rata fissa għandha tintuża direttament fl-operazzjonijiet Interreg.

2.2.6.   Il-każ speċifiku ta’ rati fissi għall-assistenza teknika (l-Artikolu 36(5) tar-RDK)

Skont l-Artikolu 36(3) tar-RDK, l-ammont tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-assistenza teknika għandu jsir jew bħala rimborż tal-appoġġ ipprovdut lill-benefiċjarji f’konformità mar-regoli applikabbli tar-RDK (l-Artikolu 51(b) tar-RDK) jew bħala rata fissa (l-Artikolu 51(e) tar-RDK) (l-użu tar-rata fissa huwa obbligatorju f’ċerti sitwazzjonijiet – ara iktar ’l isfel f’dan il-kapitolu).

Kamp ta’ applikazzjoni

L-għażla tal-użu tal-finanzjament b’rata fissa hija fid-diskrezzjoni tal-Istati Membri. F’konformità mat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-RDK, l-għażla tapplika għall-programmi kollha fl-Istat Membru kkonċernat għall-perjodu ta’ programmazzjoni kollu u ma tistax tiġi modifikata sussegwentement. Jenħtieġ li l-Istati Membri jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-għażla tagħhom tal-forma tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-assistenza teknika fil-Ftehim ta’ Sħubija f’konformità mal-Anness II tar-RDK.

F’konformità mat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 36(3) tar-RDK, għall-programmi appoġġjati mill-AMIF, l-ISF u l-BMVI u għall-programmi Interreg, il-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-assistenza teknika ssir biss fil-forma ta’ rata fissa.

Ir-rati fissi għall-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-assistenza teknika huma stabbiliti fl-Artikolu 36(5) tar-RDK għal kull Fond u fl-Artikolu 27 tar-Regolament Interreg għall-programmi Interreg.

Kif l-Istat Membru juża l-pagamenti b’rata fissa għall-assistenza teknika huwa r-responsabbiltà tal-Istat Membru; mhux se jkun hemm kontrolli tal-kostijiet sottostanti tal-ammonti rimborżati abbażi tar-rata fissa fil-livell tal-UE.

L-applikazzjonijiet għall-ħlas

Jekk Stat Membru jew programm Interreg juża l-finanzjament b’rata fissa għall-assistenza teknika, il-perċentwal b’rata fissa rilevanti għall-Fond ikkonċernat previst fl-Artikolu 36(5)(b) tar-RDK u fl-Artikolu 27(3) tar-Regolament Interreg se jiġi applikat awtomatikament għall-ammont totali tan-nefqa eliġibbli jew l-ammont totali tan-nefqa pubblika, kif xieraq, inkluż f’kull applikazzjoni għal pagament ippreżentata lill-Kummissjoni. L-ammont tal-assistenza teknika b’rata fissa fil-kolonna D (il-kolonna C għall-AMIF, il-BMVI u l-ISF) fit-tabella “Nefqa diżaggregata skont il-prijorità” tal-Anness XXIII tar-RDK għandu jiġi kkalkolat awtomatikament fl-SFC2021 abbażi tad-data pprovduta fl-applikazzjoni għall-pagament.

L-ammont tal-assistenza teknika b’rata fissa ma għandux jiġi rrapportat fl-Appendiċi 2 tal-Anness XXIII tar-RDK u, għall-programmi tal-AMIF, il-BMVI u l-ISF, fl-Appendiċi 3 tal-Anness XXIII tar-RDK, jiġifieri għal objettivi speċifiċi li għalihom il-kundizzjonijiet abilitanti mhumiex issodisfati.

2.2.7.   Speċifiċitajiet tal-appoġġ għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità

Skont l-Artikolu 34(1)(c) tar-RDK, l-appoġġ mill-Fondi għall-iżvilupp lokali mmexxi mill-komunità (CLLD) ikopri l-kost tal-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija u l-animazzjoni tagħha, inkluż il-faċilitazzjoni tal-iskambji bejn il-partijiet ikkonċernati. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) tar-RDK, dawn il-kostijiet huma soġġetti għal limitu massimu ta’ 25 % tal-kontribuzzjoni pubblika totali għall-istrateġija.

L-eżempju li ġej juri kif huwa possibbli li dawn il-kostijiet jiġu rimborżati abbażi ta’ rata fissa applikata għal kostijiet oħra ta’ implimentazzjoni:

Eżempju

L-awtorità ta’ ġestjoni vvalutat, abbażi tal-esperjenza tal-passat, is-sehem tipiku tal-kostijiet operazzjonali u tal-animazzjoni ta’ grupp ta’ azzjoni lokali (GAL) partikolari meta mqabbel man-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet lokali skont l-istrateġija tas-CLLD, u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-GAL. Għalkemm l-appoġġ mill-Fondi tar-RDK għall-kostijiet operazzjonali u tal-animazzjoni ma jistax jaqbeż il-limitu massimu ta’ 25 % tan-nefqa pubblika totali mġarrba fl-istrateġija tas-CLLD skont l-Artikolu 34(2) tar-RDK, l-esperjenza turi li dan il-perċentwal huwa fil-fatt aktar baxx fil-biċċa l-kbira tal-każijiet.

L-awtorità ta’ ġestjoni tistabbilixxi rata fissa ta’ 17 % tal-kostijiet tal-implimentazzjoni (abbażi ta’ metodoloġija ġusta, ekwa u verifikabbli f’konformità mal-Artikolu 53(1)(d) u 53(3)(a) tar-RDK tan-nefqa mġarrba għall-implimentazzjoni ta’ operazzjonijiet skont l-istrateġija tas-CLLD u t-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-GAL, biex jiġu koperti l-kostijiet li ġejjin:

—

Il-kostijiet operazzjonali (kostijiet marbuta mal-ġestjoni, il-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tal-istrateġija, ara l-Artikolu 34(1)(c) tar-RDK);

—

Il-kostijiet marbuta mal-animazzjoni tal-istrateġija tas-CLLD (sabiex jiġi ffaċilitat l-iskambju bejn il-partijiet ikkonċernati biex tiġi pprovduta informazzjoni, tiġi promossa l-istrateġija u jiġu appoġġjati benefiċjarji potenzjali bl-għan li jiġu żviluppati l-operazzjonijiet u jitħejjew l-applikazzjonijiet, ara l-Artikolu 34(1)(c) tar-RDK).

Għalhekk, jekk il-baġit allokat lill-GAL għall-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet skont l-istrateġija tas-CLLD u għat-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-attivitajiet ta’ kooperazzjoni tal-GAL ikun ta’ EUR 1,5 miljun (tip 1), il-baġit massimu li jikkorrispondi għall-kostijiet operazzjonali u tal-animazzjoni jkun ta’ EUR 1,5 miljun x 17 % = EUR 255 000 (tip 2). B’konsegwenza ta’ dan, l-allokazzjoni totali tal-baġit lill-GAL hija ta’ EUR 1,755 miljun.

Fil-fażi ta’ implimentazzjoni, dan ifisser li kull meta benefiċjarju jitlob rimborż tan-nefqa mġarrba fuq proġett, il-GAL ikun jista’ jitlob ukoll 17 % ta’ dik is-somma għall-kostijiet operazzjonali u tal-animazzjoni tiegħu.

Pereżempju, jekk in-nefqa mġarrba ta’ proġett tkun ekwivalenti għal EUR 1 000 (tip 1), il-GAL jista’ jiddikjara lill-awtorità ta’ ġestjoni EUR 1 000 x 17 % = EUR 170 (tip 2) għall-kostijiet operazzjonali u tal-animazzjoni tiegħu.

Il-GAL mhux se jkollu bżonn jipprovdi dokumenti ta’ sostenn għall-kostijiet operazzjonali u tal-animazzjoni tiegħu ddikjarati abbażi tar-rata fissa, iżda l-metodoloġija għad-determinazzjoni tas-17 % għandha tkun verifikabbli.

N.B.

Il-metodoloġija biex tiġi stabbilita r-rata fissa ma għandhiex neċessarjament tirriżulta fl-applikazzjoni ta’ rata ta’ 25 %. Madankollu, tkun xi tkun il-metodoloġija użata biex tiġi stabbilita r-rata fissa, id-dispożizzjonijiet dwar il-limitu massimu tal-kostijiet operatorji u l-animazzjoni previsti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 34(2) tar-RDK għandhom jiġu rrispettati.

2.3.   Kostijiet unitarji

Il-kostijiet unitarji jistgħu jintużaw fiż-żewġ livelli ta’ rimborż, jiġifieri fil-“livell superjuri” għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni (l-Artikolu 51(c) tar-RDK) u fil-“livell inferjuri” għall-għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarju (l-Artikolu 53(1)(b) tar-RDK).

2.3.1.   Prinċipji ġenerali

Image 20

Fil-każ ta’ kostijiet unitarji, il-kostijiet eliġibbli kollha jew parti minnhom ta’ operazzjoni se jiġu kkalkulati abbażi tal-attivitajiet ikkwantifikati, tal-input, tal-outputs jew tar-riżultati mmultiplikati bil-kostijiet unitarji stabbiliti minn qabel. Din il-possibbiltà tista’ tintuża għal kwalunkwe tip ta’ operazzjoni, proġett jew parti minn proġett, meta jkun possibbli li jiġu definiti l-kwantitajiet relatati ma’ attività u l-kostijiet unitarji relatati. Il-kostijiet unitarji tipikament japplikaw għal kwantitajiet faċilment identifikabbli.

Il-kostijiet unitarji jistgħu jkunu:

—

Ibbażati fuq il-proċess, jiġifieri marbuta ma’ inputs (eż., kost unitarju fis-siegħa għal ħarrieġ) jew outputs (eż., kost unitarju fis-siegħa għal kull trainee);

—

Abbażi tar-riżultati jew tal-eżitu (eż., kost unitarju għal kull persuna li tikseb ċertifikat ta’ taħriġ).

L-għan tal-użu tal-SCOs f’operazzjoni huwa li jiġu ssimplifikati l-proċessi għall-partijiet ikkonċernati kollha involuti. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistabbilixxu l-inputs, l-outputs, ir-riżultati jew l-eżiti li jġibu s-simplifikazzjoni u li huma faċli biex jiġu rreġistrati, traċċati eċċ. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jenħtieġ li jqisu r-rendikont tal-entrati meta jagħżlu bejn il-kostijiet unitarji bbażati fuq il-proċess u dawk ibbażati fuq l-output.

Eżempju 1 (FSE+)

a)

Abbażi tal-proċess: Għal taħriġ tal-IT avvanzat ta’ 1 000 siegħa pprovdut għal 20 trainee, il-kostijiet eliġibbli jistgħu jiġu kkalkulati abbażi ta’ kost għal kull siegħa ta’ taħriġ x l-għadd ta’ trainees. Il-kost fis-siegħa jkun ġie definit minn qabel mill-awtorità ta’ ġestjoni bl-użu tal-metodu ġust, ekwu u verifikabbli u dan jintwera fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni.

Jekk wieħed jassumi, pereżempju, li l-awtorità ta’ ġestjoni tistabbilixxi l-kost tat-taħriġ għal EUR 7 fis-siegħa ta’ taħriġ għal kull trainee, l-għotja massima allokata għall-proġett tkun limitata għal 1 000 siegħa x 20 trainee x EUR 7 fis-siegħa / għal kull trainee = EUR 140 000.

Fi tmiem l-operazzjoni, il-kostijiet eliġibbli finali se jiġu stabbiliti abbażi tal-għadd reali ta’ sigħat għal kull trainee (li jista’ jinkludi xi assenzi ġġustifikati), skont il-parteċipazzjoni attwali ta’ trainees u l-korsijiet mogħtija. Xorta waħda se jkun hemm bżonn ta’ dokumenti ta’ attendenza preċiżi għat-trainees. Jekk, fl-aħħar nett, 18-il persuna biss ikunu pparteċipaw fit-taħriġ, 6 minnhom għal 900 siegħa, 5 minnhom għal 950 siegħa, 5 minnhom għal 980 siegħa u t-2 li jifdal għal 1 000 siegħa, l-għadd ta’ sigħat totali x trainees se jkun ugwali għal:

900x6 + 950x5 + 980x5 + 1 000x2 = 17 050 siegħa totali ta’ taħriġ.

In-nefqa eliġibbli se tkun: 17 050 siegħa ta’ taħriġ x EUR 7 = EUR 119 350.

b)

Abbażi tar-riżultati: It-taħriġ avvanzat tal-IT ta’ 1 000 siegħa jikkonsisti f’5 moduli ta’ 200 siegħa kull wieħed. Intuża metodu ġust, ekwu u verifikabbli skont l-Artikolu 53(3)(a) tar-RDK biex jiġu stabbiliti l-kostijiet totali tal-għoti ta’ dan it-taħriġ tal-IT għal 25 parteċipant. Imbagħad, il-kostijiet totali, jiġifieri l-EUR 140 000, jiġu attribwiti lill-parteċipanti rebbieħa. Meta titqies rata ta’ falliment storiku ta’ 20 % (jiġifieri, 5 parteċipanti), il-kostijiet unitarji għal kull parteċipant u l-modulu kkompletat b’suċċess ikunu ta’ EUR 140 000 / 20 participant / 5 moduli = EUR 1 400 (kost unitarju għal kull parteċipant u għal kull modulu kkompletat b’suċċess).

Ir-rekord tal-awditjar ikun jeħtieġ li jinkludi dokument li juri l-eliġibbiltà tal-parteċipant u, għal kull parteċipant eliġibbli, ċertifikat ta’ modulu komplut b’suċċess jew kors komplut. L-ebda skeda ta’ żmien ma tkun meħtieġa.

Eżempju 2 (abbażi tal-output tal-FEŻR)

Il-benefiċjarju, Kamra reġjonali, jorganizza servizz ta’ konsulenza għall-SMEs tar-reġjun. Dan is-servizz jiġi pprovdut mill-konsulenti tal-Kamra reġjonali. Abbażi tal-kontijiet tal-passat tad-dipartiment “konsultattiv” tal-Kamra, jum ta’ parir huwa stmat għal EUR 350 kull jum. L-assistenza se tiġi kkalkulata abbażi tal-formula li ġejja: għadd ta’ jiem x EUR 350. Xorta waħda se jkun hemm bżonn ta’ skedi ta’ żmien preċiżi li jispjegaw fid-dettall l-attività konsultattiva u l-preżenza ta’ konsulenti.

Eżempju 3 (abbażi tar-riżultati tal-FSE+)

Programm ta’ għajnuna għat-tfittix ta’ impjieg li jdum 6 xhur (“l-operazzjoni”), jista’ jiġi ffinanzjat abbażi ta’ kostijiet unitarji (pereżempju, EUR 2 000 għal kull persuna) għal kull wieħed mill-20 parteċipant fl-operazzjoni li jiksbu impjieg u jżommuh għal perjodu stabbilit minn qabel, pereżempju, għal sitt xhur. Il-kost unitarju ta’ EUR 2 000 għal kull parteċipant rebbieħ ġie stabbilit filwaqt li tqiesu l-kostijiet għall-parteċipanti kollha. L-ammont għalhekk ikopri wkoll il-kostijiet għall-parteċipanti li ma rnexxewx.

Kalkolu tal-għotja massima allokata lill-operazzjoni: 20 persuna x EUR 2 000 / prattika tax-xogħol = EUR 40 000.

Il-kostijiet eliġibbli finali jiġu kkalkulati abbażi tal-output reali tal-operazzjoni: jekk 17-il persuna biss tqiegħdu fis-suq tax-xogħol u żammew l-impjiegi tagħhom għall-perjodu mitlub, il-kostijiet eliġibbli finali li abbażi tagħhom se titħallas l-għotja lill-benefiċjarju jkunu ta’ 17 x EUR 2 000 = EUR 34 000.

Ir-rekord tal-awditjar ikun jeħtieġ li jinkludi dokumenti li juru li l-parteċipant tqiegħed fis-suq tax-xogħol u żamm l-impjieg tiegħu/tagħha għall-perjodu mitlub.

Eżempju 4 (abbażi tal-proċess tal-FEMSA)

Ir-rati ta’ kuljum għall-użu tal-bastimenti jiġu kkalkulati abbażi ta’ data storika (valuri medji mis-snin ta’ qabel). L-għadd ta’ jiem allokati għall-proġett imbagħad jiġi evidenzjat permezz ta’ ġurnali.

Eżempju 5 (AMIF): Finanzjament ta’ proġetti differenti li jiffurmaw parti mill-istess operazzjoni – użu ta’ żewġ kostijiet unitarji differenti

L-awtorità ta’ ġestjoni tipprovdi għotja ta’ EUR 1 600 000 lil aġenzija pubblika li tittratta mal-applikanti għall-ażil, għal operazzjoni li tkopri żewġ tipi ta’ attivitajiet: 1) l-ewwel appoġġ ta’ akkoljenza ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi wara l-wasla tagħhom fi Stat Membru (massimu ta’ EUR 1 000 000), 2) taħriġ lingwistiku għal dawk li jfittxu l-ażil (massimu ta’ EUR 600 000).

Għall-ewwel appoġġ ta’ akkoljenza, l-awtorità ta’ ġestjoni żviluppat (abbażi tad-data storika) kost unitarju ta’ EUR 50 kuljum u persuna biex tkopri l-kost ta’ jum wieħed ta’ assistenza pprovduta lil ċittadin ta’ pajjiż terz matul il-perjodu ta’ akkoljenza tagħhom fil-pajjiż ospitanti. Il-kategoriji tal-kostijiet inklużi fl-ammont tal-kost unitarju, ikopru l-elementi kollha tal-akkoljenza (bħall-akkomodazzjoni, il-forniment ta’ oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel, l-eżamijiet mediċi, l-interpretazzjoni, it-tutela għal minorenni li mhumiex akkumpanjati, l-informazzjoni u l-konsulenza). L-allokazzjoni massima tal-għotja hija limitata għal jum (1) x EUR 50 x 20 000 ċittadini ta’ pajjiżi terzi = EUR 1 000 000.

L-elementi obbligatorji tar-rekord tal-awditjar għal dan il-kost unitarju jikkonsistu f’lista ffirmata u datata ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi appoġġjati u t-tul tas-soġġorn tagħhom (f’jiem), flimkien mal-identifikazzjoni uffiċjali (jekk disponibbli) u/jew unika tagħhom (kwalunkwe dokument li jikkonferma l-identità tal-persuna), u prova tal-appoġġ ipprovdut (eż., lista ffirmata u datata ta’ oġġetti tal-ikel u mhux tal-ikel ipprovduti, skeda ta’ attendenza ta’ konsulenza ffirmata u datata, nota ffirmata u datata maħruġa minn professjonist awtorizzat tal-kura tas-saħħa).

In-nefqa eliġibbli tiġi kkalkulata abbażi tal-ġranet attwali tal-ewwel appoġġ ta’ akkoljenza u l-għadd ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi appoġġjati. Dan ifisser li jekk pereżempju 1 000 ċittadin ta’ pajjiżi terzi ġew appoġġjati, 500 minnhom għal 20 jum u 500 għal 10 jum, l-għadd ta’ jiem/persuni totali jkun ugwali għal: 500 X 20 + 500 x 10 = 15 000 jum/persuna ta’ appoġġ. In-nefqa eliġibbli se tkun = 15 000 x EUR 50 = EUR 750 000.

Għat-taħriġ fil-lingwa, l-awtorità ta’ ġestjoni żviluppat (abbażi tad-data storika) kost unitarju ta’ EUR 10 fis-siegħa u persuna biex tkopri l-kostijiet ta’ siegħa lezzjoni (it-tul ta’ lezzjoni huwa ta’ 60 minuta) għal trainee wieħed/persuna waħda li qed tfittex l-ażil biex jattendu kors tal-lingwa ta’ sa 60 siegħa fi gruppi ta’ daqs adegwat (sa 15-il trainee f’kull grupp). Il-kategoriji tal-kostijiet inklużi fl-ammont tal-kost unitarju, ikopru l-kostijiet kollha tat-taħriġ tal-lingwa (bħall-kostijiet tal-persunal, il-kostijiet tal-kiri tal-bini tat-taħriġ, il-materjali tat-taħriġ). L-allokazzjoni massima tal-għotja għall-proġett hija limitata għal 60 siegħa x 1 000 trainee x EUR 10 fis-siegħa / għal kull trainee = EUR 600 000.

Ir-rekord tal-awditjar biex jappoġġja n-nefqa jeħtieġ li jinkludi prova/dokument(i) li jimmonitorja(w) l-attendenza attwali (għadd ta’ sigħat) tat-trainees u t-tul tal-kors, dokumenti li jikkonfermaw l-identità tat-trainees/persuni li qed jfittxu l-ażil u dokumenti li jirregolaw it-twaqqit u l-kontenut tal-kors tal-lingwa, id-daqs tal-grupp (massimu ta’ 15) u t-tul standard ta’ lezzjoni (60 minuta).

In-nefqa eliġibbli hija kkalkulata abbażi tal-għadd reali ta’ sigħat ta’ taħriġ mogħtija lil kull persuna li qed tfittex l-ażil/trainee. Dan ifisser li jekk pereżempju 900 applikant li qed iffittex l-ażil/trainee biss ipparteċipaw fit-taħriġ, 750 minnhom għal 60 siegħa, 50 minnhom għal 55 siegħa, 100 minnhom għal 50 siegħa, l-għadd totali ta’ sigħat x trainees se jkun ugwali għal: 750 x 60 + 50 x 55 + 100 x 50 = 52 750 siegħa totali ta’ taħriġ x trainees. In-nefqa eliġibbli se tkun = 52 750 x EUR 10 = EUR 527 500.

Minħabba li hemm żewġ proġetti/attivitajiet differenti li jiffurmaw parti separata mill-istess operazzjoni u li jkopru kostijiet differenti tal-operazzjoni, ma hemm l-ebda riskju ta’ finanzjament doppju peress li kull kost tal-proġett/tal-attività huwa sseparat b’mod ċar.

2.3.2.   Il-kostijiet tal-persunal ikkalkulati b’rata fis-siegħa (l-Artikolu 55(2) sa (4) tar-RDK)

L-Artikolu 55(2) tar-RDK jipprevedi żewġ metodi speċifiċi għall-kalkolu tal-kostijiet diretti tal-persunal (20). Iż-żewġ għażliet jistgħu jintużaw biex tiġi kkalkulata rata fis-siegħa sabiex jiġu ddeterminati l-kostijiet diretti tal-persunal.

Iż-żewġ metodi huma dawn li ġejjin:

—

il-kalkolu tar-rata fis-siegħa billi l-kostijiet tal-impjiegi gross annwali jiġu diviżi b’1 720, l-Artikolu 55(2)(a) tar-RDK;

—

il-kalkolu tar-rata fis-siegħa billi l-kostijiet tal-impjiegi gross ta’ kull xahar jiġu diviżi bil-medja tal-ħin tax-xogħol fix-xahar, l-Artikolu 55(2)(b) tar-RDK.

Huwa f’idejn l-awtorità ta’ ġestjoni li tiddeċiedi dwar il-metodu li għandu jintuża. L-għażla introdotta fl-Artikolu 55(2)(b) tar-RDK tista’ tintuża wkoll fil-każ fejn id-data dwar il-kostijiet tal-impjiegi gross annwali tkun disponibbli. Il-kostijiet tal-persunal diretti kkalkulati huma relatati mal-implimentazzjoni ta’ operazzjoni. “Implimentazzjoni ta’ operazzjoni” għandha tinftiehem bħala waħda li tkopri l-passi kollha ta’ operazzjoni.

Eżempju

Ta’ spiss, ċerti tipi ta’ proġetti mmirati lejn l-SMEs fil-qasam tar-riċerka u l-iżvilupp (R&Ż) u l-innovazzjoni jkunu jinvolvu l-kostijiet tal-persunal bħala element prinċipali. L-applikazzjoni tal-kostijiet unitarji bħala għażla hija simplifikazzjoni pożittiva għal dawn l-SMEs. F’dan il-każ, il-kost unitarju għall-attivitajiet hija espressa bħala r-rata fis-siegħa applikata għas-sigħat effettivament maħduma mill-persunal. Hija definita minn qabel fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni li tiffissa l-ammont massimu ta’ assistenza finanzjarja bħala s-sigħat massimi maħduma permessi mmultiplikati bil-kost unitarju (il-kostijiet ikkalkulati tal-persunal involut).

Bl-għan li jiġu koperti l-kostijiet reali permezz tal-aħjar approssimazzjoni u sabiex jitqiesu d-distinzjonijiet fost ir-reġjuni u l-fergħat, il-kost għal unità standard huwa definit bħala kost tal-persunal fis-siegħa skont il-formula li ġejja (abbażi tal-Artikolu 55(2)(a) tar-RDK):

Kost tal-persunal fis-siegħa = l-aħħar kostijiet annwali grossi ddokumentati (ara l-Kapitolu 2.2.1 għal dettalji dwar liema kostijiet jistgħu jiġu inklużi) diviżi b’1 720 siegħa.

Pereżempju: Rata fis-siegħa = EUR 60 000 / 1 720 siegħa = EUR 34,88 fis-siegħa.

L-assistenza finanzjarja mogħtija lill-operazzjoni hija kkalkulata bħala r-rata fis-siegħa multiplikata bl-għadd reali u vverifikat ta’ sigħat maħduma. Dan jirrikjedi li l-SMEs iżommu d-dokumenti ta’ sostenn kollha għas-sigħat maħduma mill-persunal (eż., skedi tal-ħin estratti minn sistema tal-IT) fuq il-proġett, u l-awtorità ta’ ġestjoni trid iżżomm id-dokumenti kollha li jiġġustifikaw il-kost tal-persunal fis-siegħa. Fil-prinċipju, tnaqqis fis-sigħat tax-xogħol ivverifikati jirriżulta fi tnaqqis fl-ammont finali li għandu jitħallas.

Eżempju alternattiv: L-istess bħal hawn fuq iżda l-kost tal-persunal fis-siegħa huwa kkalkulat kif ġej.

Kost tal-persunal fis-siegħa = l-aħħar kostijiet annwali grossi dokumentati (ara l-Kapitolu 2.2.1 għal dettalji dwar liema kostijiet jistgħu jiġu inklużi) diviżi bis-sigħat tax-xogħol legali medji (filwaqt li jitqies il-liv annwali).

Pereżempju: Rata fis-siegħa = EUR 60 000/(1 980 siegħa – 190 siegħa ta’ liv annwali) = 60 000/1 790 = EUR 33,52 fis-siegħa.

Kalkolu tar-rata fis-siegħa billi jiġu diviżi l-aħħar kostijiet tal-impjiegi gross annwali dokumentati b’1 720 siegħa, l-Artikolu 55(2)(A) Tar-Rdk

L-ewwel għażla tal-Artikolu 55(2)(a) tar-RDK hija li jiġu determinati l-kostijiet diretti tal-persunal billi tiġi kkalkolata r-rata fis-siegħa kif ġej:

Kost tal-persunal fis-siegħa =

l-aħħar kostijiet tal-impjiegi gross annwali dokumentati

1 720

Id-denominatur, jiġifieri, 1 720 siegħa, huwa “ħin tax-xogħol” annwali standard li jista’ jintuża direttament, mingħajr ma jkun hemm rekwiżit li l-Istati Membri jwettqu xi kalkolu. Din iċ-ċifra hija bbażata fuq l-ammont medju ta’ sigħat ta’ xogħol fil-ġimgħa mmultiplikat bi 52 ġimgħa u li minnu tnaqqsu l-liv annwali bi ħlas u l-medja annwali tal-btajjel pubbliċi. Dan jirrappreżenta l-ekwivalenti wieħed għall-full time (FTE, full-time equivalent) u jista’ jintuża għas-sitwazzjonijiet kollha fejn l-impjegat jaħdem full-time. Dan japplika wkoll jekk, skont il-liġi nazzjonali jew il-ftehim kollettiv applikabbli, il-FTE jikkorrispondi għal inqas minn 40 siegħa fil-ġimgħa.

Għall-persuni li jaħdmu part-time, għandha tintuża pro rata korrispondenti ta’ 1 720 siegħa. Pereżempju, għall-kalkolu tar-rata fis-siegħa għal persuna li taħdem 50 % biss (jiġifieri 0,5 Ekwivalenti għall-Full Time (FTE) għall-benefiċjarju), id-denominatur ikun ta’ 860 siegħa (1 720 x (50/100) = 860). Jenħtieġ li r-referenza għal dan tkun il-ħin tax-xogħol stabbilit fil-kuntratt tax-xogħol jew fid-deċiżjoni tal-ħatra.

Madankollu, in-numeratur jeħtieġ li jiġi ġġustifikat. Ir-RDK jirreferi għall-“kostijiet annwali gross l-aktar reċenti dokumentati tal-kostijiet tal-impjegatur”. Madankollu, l-kostijiet tal-impjiegi gross mhumiex definiti fir-RDK. F’konformità mal-Artikolu 63(1) tar-RDK, ir-regoli tal-eliġibbiltà se jkollhom jiddefinixxu x’inhu kopert mill-kostijiet tal-impjiegi gross annwali, filwaqt li jitqiesu l-prattiki ta’ kontabbiltà normali (ara l-Kapitolu 3.2.1). Pereżempju, ir-regoli applikabbli jistgħu jiddeterminaw li l-ispejjeż għall-ivvjaġġar lejn il-post tax-xogħol huma parti mill-kostijiet tal-impjiegi gross.

Image 21

Ir-Regolament jirreferi għall-kalkolu tar-rata fis-siegħa permezz tal-“aħħar” kostijiet tal-impjiegi gross annwali dokumentati. Dan ifisser li d-data użata jeħtieġ li tkun l-aktar waħda reċentement disponibbli. Għalhekk, metodu ta’ kalkolu bbażat fuq data storika tal-benefiċjarju normalment mhuwiex rilevanti. F’konformità mat-terminu “l-aktar reċenti” fl-Artikolu 55(2) tar-RDK, l-Istati Membri jenħtieġ li jiżguraw li d-data użata tkun dik l-aktar reċenti, u b’hekk tindika l-kostijiet diretti reali tal-persunal.

Il-kostijiet tal-impjiego gross annwali ma għandhomx għalfejn ikunu relatati ma’ sena kalendarja jew finanzjarja (pereżempju, tista’ tkun data relatata mal-perjodu minn Ottubru 2022 sa Settembru 2023). Dak li huwa importanti huwa li l-kost tal-impjiegi gross ikun ikopri perjodu sħiħ ta’ 12-il xahar. Dan jista’ jkun il-perjodu ta’ 12-il xahar qabel it-tmiem ta’ perjodu ta’ rapportar (tal-operazzjoni jew tal-programm), 12-il xahar qabel id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni jew 12-il xahar tas-sena kalendarja preċedenti. F’konformità mal-Artikolu 55(4) tar-RDK, meta d-data għal perjodu sħiħ ta’ 12-il xahar ma tkunx disponibbli, dawn

—

jistgħu jiġu derivati mill-kostijiet tal-impjiegi gross dokumentati disponibbli (pereżempju, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tieħu d-data relatata ma’ impjegat li għalih teżisti data ta’ 4 xhur, u testrapola dan għall-kostijiet tal-impjiegi gross annwali, filwaqt li tqis, fejn rilevanti, kwistjonijiet bħal pagamenti statutorji ta’ vaganzi jew l-hekk imsejħa pagamenti ta’ 13-il xahar).

—

Jistgħu jiġu wkoll derivati mid-dokument ta’ impjieg (jiġifieri l-kuntratt ta’ impjieg jew ta’ xogħol jew deċiżjoni ta’ ħatra).

Il-kostijiet tal-impjiegi gross annwali jistgħu jkunu bbażati fuq il-kostijiet reali tal-impjieg ta’ din il-persuna. Meta l-persuna ma tkunx ħadmet ix-xahar kollu (eż., il-bidu tal-kuntratt ma jseħħx fil-bidu tax-xahar u għalhekk id-data disponibbli ma tkoprix ix-xahar kollu), jistgħu jittieħdu valuri estrapolati biex wieħed jasal għal indikatur tajjeb għall-kostijiet reali ta’ perjodu ta’ 12-il xahar.

Il-kostijiet tal-impjiegi gross annwali jistgħu jkunu bbażati wkoll fuq il-medja tal-kostijiet tal-impjiegi ta’ aggregat akbar ta’ impjegati, pereżempju, dawk tal-istess grad jew xi miżuri simili, li jikkorrelataw mal-livell tal-kost tal-impjiegi.

L-aktar kostijiet reċenti tal-impjiegi gross annwali jeħtieġ li jiġu ddokumentati: dan jista’ jsir permezz ta’ kontijiet, rapporti dwar il-pagi, referenzi għal ftehimiet jew dokumenti disponibbli għall-pubbliku, eċċ. Id-dokumenti ta’ sostenn iridu jkunu awditabbli.

F’sitwazzjonijiet speċifiċi, l-ammont tar-rata fis-siegħa jista’ jiġi stabbilit ukoll wara l-bidu tal-proġett. Dan jista’ jiġi ddeterminat, pereżempju, meta persuna impjegata tkun involuta fil-proġett (firma tal-kuntratt ta’ impjieg jew bidla fl-assenjazzjoni għal impjegat) jew meta l-benefiċjarju jirrapporta l-kostijiet tiegħu lill-awtorità ta’ ġestjoni. Madankollu, fil-każ tal-aħħar, id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni jeħtieġ li jispeċifika l-metodoloġija applikabbli wkoll.

Il-kalkolu tar-rata fis-siegħa billi l-kostijiet tal-impjieg gross fix-xahar jiġu diviżi bil-medja tal-ħin tax-xogħol fix-xahar, l-Artikolu 55(2)(B) Tar-Rdk.

Meta tiġi kkalkolata rata fis-siegħa biex jiġu ddeterminati l-kostijiet diretti tal-persunal abbażi tal-Artikolu 55(2)(b) tar-RDK, huwa f’idejn l-Istat(i) Membru/i li jistabbilixxi/u l-ħin tax-xogħol medju ta’ kull xahar, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli msemmija fid-dokument tal-impjieg.

Id-determinazzjoni tal-kostijiet tal-persunal eliġibbli bl-użu tar-rata fis-siegħa kkalkulata

L-għadd ta’ sigħat maħduma jridu jkunu determinati f’konformità mar-regoli ta’ eliġibbiltà tal-programm rispettiv. F’konformità mal-Artikolu 55(3) tar-RDK, l-għadd totali ta’ sigħat iddikjarati għal kull persuna għal sena jew xahar partikolari ma għandux jaqbeż l-għadd ta’ sigħat użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata fis-siegħa.

Dan ifisser li, fejn 1 720 intużaw bħala d-denominatur, is-sigħat iddikjarati ma jistgħux jaqbżu l-1 720, u dawn tal-aħħar jikkostitwixxu massimu ta’ sigħat li jistgħu jiġu ddikjarati għal xogħol f’operazzjoni għal perjodu ta’ 12-il xahar. Jekk tintuża pro rata ta’ 1 720 bħala d-denominatur, għandu japplika l-istess prinċipju (eż., għall-persunal b’kuntratt part-time ta’ 50 %, id-denominatur ikun ta’ 860 siegħa; għalhekk, it-860 huwa n-numru massimu ta’ sigħat li jistgħu jiġu ddikjarati għall-persunal ikkonċernat fis-sena). Għall-persunal assenjat diversi operazzjonijiet, il-limitu massimu japplika bħala pro rata għal kull operazzjoni, rispettivament, u ma jistax jaqbeż il-massimu ta’ sigħat li jistgħu jiġu ddikjarati għall-persunal speċifiku għal perjodu ta’ 12-il xahar.

Fil-każ tal-Artikolu 55(2)(b) tar-RDK, is-sigħat iddikjarati bħala ħin tax-xogħol medju fix-xahar tal-persuna kkonċernata mhux neċessarjament iridu jkunu l-għadd ta’ sigħat effettivament maħduma; irid jitqies il-ħin tax-xogħol medju fix-xahar kif stabbilit fid-dokument tal-impjieg, f’konformità mar-regoli nazzjonali applikabbli. Madankollu, is-sigħat iddikjarati għall-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli tal-persunal ma jistgħux jaqbżu l-għadd ta’ sigħat fix-xahar użati għall-kalkolu ta’ dik ir-rata fis-siegħa, kif previst fl-Artikolu 55(3) tar-RDK.

Fil-każ li r-rata fis-siegħa tiġi kkalkulata abbażi tal-Artikolu 55(2)(a) tar-RDK, jenħtieġ li jintużaw biss is-sigħat effettivament maħduma għall-kalkolu u d-dikjarazzjoni tal-kostijiet eliġibbli tal-persunal minħabba li d-denominatur standard 1 720 diġà jnaqqas il-liv annwali u l-festi pubbliċi. Il-liv minħabba mard jista’ jiġi ddikjarat bħala kostijiet tal-persunal jekk il-kostijiet relatati jiġġarrbu mill-benefiċjarju (jiġifieri jiġġarrbu mill-benefiċjarju). Jekk il-kostijiet ikunu koperti minn parti terza (eż., liv minħabba mard fit-tul li għalih il-kostijiet ikunu koperti mis-sistema tas-sigurtà soċjali) jew fil-każ ta’ liv bla ħlas jew assenzi (eż., assenzi mhux ġustifikati) li għalihom ma jkun hemm l-ebda kost imġarrab mill-benefiċjarju, is-sigħat/jiem korrispondenti mhux maħduma ma jridux jitqiesu għad-determinazzjoni tal-kostijiet eliġibbli tal-persunal li jistgħu jiġu ddikjarati. Dan għaliex f’dawn il-każijiet, ma hemm l-ebda kost imġarrab mill-benefiċjarju. Madankollu, f’każ li jkun hemm kostijiet tal-persunal għal persunal addizzjonali li jissostitwixxi lill-persuna fuq liv minħabba mard (jew tip ieħor ta’ liv), dawn il-kostijiet tal-persunal huma eliġibbli (jiġifieri, is-sigħat korrispondenti maħduma jingħaddu għall-kalkolu tal-kostijiet tal-persunal eliġibbli).

Image 22

Meta jintużaw il-punti (a) jew (b) tal-Artikolu 55(2) tar-RDK, l-ammont li jirriżulta għar-rata fis-siegħa għandu jitqies bħala kost unitarju. Dan il-kost unitarju jista’ jintuża għar-rimborż tan-nefqa għall-kostijiet tal-persunal, u jista’ jintuża wkoll għall-kalkolu tal-kostijiet diretti tal-persunal bħala kostijiet bażi għall-applikazzjoni ta’ rati fissi (pereżempju billi tiġi applikata r-rata fissa ta’ 15 % f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(b) tar-RDK jew għall-kalkolu tal-kostijiet eliġibbli l-oħra kollha li jifdal bl-applikazzjoni tar-rata fissa ta’ 40 % f’konformità mal-Artikolu 56(1) tar-RDK). Fil-każ ta’ proġett implimentat fuq diversi snin, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħżel li taġġorna r-rata fis-siegħa għall-kostijiet diretti tal-persunal ladarba tkun disponibbli data ġdida jew li tuża l-istess waħda għall-perjodu ta’ implimentazzjoni kollu. Jekk il-perjodu ta’ implimentazzjoni jkun partikolarment twil, tiġi stabbilita prattika tajba fil-passi intermedjarji tal-metodoloġija meta u kif ir-rata fis-siegħa għall-kost tal-persunal tkun tista’ tiġi riveduta (metodu ta’ aġġustament).

Persunal li jaħdem part-time fuq l-operazzjoni b’ħin fiss fix-xahar, l-Artikolu 55(5) Tar-Rdk

Meta l-impjegati jaħdmu part-time fuq kompitu iżda b’perċentwal fiss ta’ ħin fix-xahar, l-Artikolu 55(5) tar-RDK jipprevedi li ma hemm l-ebda obbligu li tiġi stabbilita sistema separata ta’ reġistrazzjoni tal-ħin tax-xogħol. Madankollu, l-impjegatur huwa meħtieġ joħroġ dokument li jistabbilixxi l-perċentwal fiss ta’ ħin maħdum fuq l-operazzjoni kull xahar, u dan il-perċentwal jista’ jintuża biex jiġu kkalkulati l-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal. Dan il-perċentwal jista’ jiġi stabbilit ukoll fil-kuntratt tal-impjieg. Pereżempju, jekk persuna taħdem 60 % tal-ħin tagħha fuq proġett, il-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal għal dik il-persuna jistgħu jiġu kkalkulati billi l-kostijiet tal-impjiegi gross jiġu mmultiplikati (abbażi jew ta’ kostijiet reali jew ta’ kost unitarju kkalkulata) b’60 %.

Eżempju

Jistgħu jiġu stabbiliti kostijiet unitarji differenti għal gruppi differenti ta’ impjegati fil-proġetti, eż., kostijiet unitarji għall-maniġer tal-proġett, għall-impjegati b’funzjonijiet ewlenin u għall-persunal amministrattiv. Id-differenzi jenħtieġ li jkunu marbuta ma’ kunsiderazzjonijiet oġġettivi biex jiġi żgurat li l-kostijiet unitarji jikkostitwixxu indikatur affidabbli tal-kostijiet reali.

Il-kundizzjonijiet dwar il-livell ta’ edukazzjoni jew l-esperjenza tax-xogħol jistgħu jiġu definiti għal kull grupp ta’ persunal. Pereżempju, lawrja ta’ master għal grupp wieħed (grupp 1), lawrja ta’ baċellerat għat-tieni grupp (grupp 2) u kwalifika ta’ taħriġ rilevanti għat-tielet grupp (grupp 3). F’dan il-każ, ir-rimborż ta’ kost unitarju għal grupp speċifiku jeħtieġ li jkun dipendenti fuq l-issodisfar tal-kundizzjoni marbuta ma’ dak il-grupp (eż., biex jiġi rimborżat il-kost unitarju għall-grupp 1, ir-rekord tal-awditjar jeħtieġ li jinkludi l-lawrja ta’ master).

2.4.   Somom f’daqqa

Is-somom f’daqqa jistgħu jintużaw fiż-żewġ livelli ta’ rimborż, jiġifieri fil-“livell superjuri” għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni (l-Artikolu 51(d) tar-RDK) u fil-“livell inferjuri” għall-għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarju (l-Artikolu 53(1)(c) tar-RDK).

2.4.1.   Prinċipji ġenerali

Fil-każ ta’ somom f’daqqa, in-nefqa eliġibbli kollha jew parti min-nefqa eliġibbli ta’ operazzjoni jew proġett jiġu kkalkulati abbażi ta’ ammont stabbilit u debitament ġustifikat minn qabel u jiġu rimborżati jekk jitlestew l-attivitajiet u/jew l-outputs predefiniti.

Is-somom f’daqqa jistgħu jkunu xierqa fil-każ fejn il-kostijiet unitarji ma jkunux soluzzjoni xierqa minħabba li l-kwantitajiet faċilment identifikabbli jkunu neqsin, eż., għall-produzzjoni ta’ sett ta’ għodod, l-organizzazzjoni ta’ avveniment komunitarju miftuħ, seminar, eċċ.

Image 23

F’xi każijiet, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jiġu skoraġġuti milli jużaw somom f’daqqa minħabba l-fatt li r-riżultat normalment jitqies bħala miksub jew mhux miksub, li jista’ jwassal għal sitwazzjoni binarja ta’ pagament jew l-ebda pagament, skont il-kisba sħiħa. Dan jista’ jittaffa billi jiġu inklużi pagamenti fi stadji relatati mal-kisba ta’ ċerti stadji importanti intermedjarji u predefiniti.

Eżempju 1: FEŻR

Sabiex jiġu promossi prodotti lokali, grupp ta’ intrapriżi żgħar jixtieq jipparteċipa b’mod konġunt f’fiera kummerċjali.

L-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tuża somma f’daqqa għall-kalkolu tal-appoġġ pubbliku. Għal dan, il-grupp ta’ intrapriżi huwa mistieden jipproponi baġit għall-kostijiet tal-kiri, l-istabbiliment u t-tmexxija tal-istand. Abbażi ta’ din il-proposta, ġiet stabbilita somma f’daqqa ta’ EUR 20 000. Il-pagament lill-benefiċjarju se jsir abbażi ta’ prova tal-parteċipazzjoni fil-fiera. Il-valutazzjoni tal-abbozz tal-baġit u d-dokumenti ta’ sostenn relatati għall-kalkolu jew il-ġustifikazzjoni tal-kostijiet tal-kategoriji kollha tal-abbozz tal-baġit jenħtieġ li jinżammu għall-awditi.

Eżempju 2: FSE+

NGO li timmaniġġja s-servizzi tal-kura tat-tfal teħtieġ appoġġ biex tniedi attività ġdida. Din tinkludi somma f’daqqa fil-proposta tagħha billi tippreżenta abbozz ta’ baġit dettaljat biex tibda l-attività u tmexxiha fuq perjodu ta’ sena. L-attività tinżamm b’mod indipendenti wara s-sena inizjali. Pereżempju, is-somma f’daqqa tkopri n-nefqa relatata mas-salarju ta’ persuna waħda inkarigata biex tieħu ħsieb it-tfal matul sena waħda, id-deprezzament ta’ tagħmir ġdid, il-kostijiet tal-pubbliċità marbuta ma’ din l-attività ġdida u l-kostijiet indiretti relatati mal-kostijiet tal-ġestjoni u tal-kontabbiltà tagħha, l-ilma, l-elettriku, it-tisħin, il-kostijiet tal-kiri, eċċ.).

Abbażi ta’ abbozz ta’ baġit dettaljat, l-awtorità ta’ ġestjoni tagħti somma f’daqqa ta’ EUR 47 500 li tkopri dawn il-kostijiet kollha. Fi tmiem l-operazzjoni, dan l-ammont jitħallas lill-NGO fuq il-bażi tal-output; jekk għadd konvenzjonali ta’ tfal addizzjonali (10) ikunu ġew indokrati. Għalhekk ma jkunx meħtieġ li jiġu ġġustifikati l-kostijiet reali mġarrba fir-rigward ta’ din l-attività.

Madankollu, dan ifisser li jekk jiġu indokrati 9 itfal biss, il-kostijiet eliġibbli jkunu żero u l-ammont tas-somma f’daqqa ma jitħallasx. Biex dan jittaffa, fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni, jista’ jiġi ddikjarat stadju importanti li jekk jittieħdu ħsieb 5 itfal, jitħallas nofs l-ammont totali (EUR 23 750).

Eżempju 3: FSE+

NGO tfittex li torganizza seminar lokali u li tipproduċi sett ta’ għodod dwar il-kundizzjoni soċjoekonomika tal-komunità Rom f’reġjun ta’ Stat Membru. Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni se jkun fih abbozz ta’ baġit dettaljat u l-objettivi tal-għotja, (1) l-organizzazzjoni tas-seminar u (2) il-produzzjoni ta’ sett ta’ għodod biex tinġibed l-attenzjoni tal-impjegaturi fir-reġjun għall-problemi speċifiċi li jiffaċċjaw ir-Rom.

Minħabba n-natura tal-operazzjoni (operazzjoni b’kostijiet li ma jistgħux jiġu kkwantifikati faċilment permezz ta’ kostijiet unitarji), l-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tuża l-arranġament ta’ somma f’daqqa.

Sabiex jiġi kkalkulat l-ammont tas-somma f’daqqa, l-awtorità ta’ ġestjoni tirrikjedi abbozz ta’ baġit dettaljat għal kull waħda mill-operazzjonijiet: wara negozjati dwar l-abbozz tal-baġit dettaljat, is-somma f’daqqa hija stabbilita fuq: EUR 45 000 maqsuma f’żewġ proġetti li jirrikjedu EUR 25 000 għas-seminar u EUR 20 000 għas-sett ta’ għodod.

Jekk jiġu rispettati l-kundizzjonijiet tad-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni (l-organizzazzjoni tas-seminar, il-produzzjoni tas-sett ta’ għodod), EUR 45 000 se jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli. Se jkunu meħtieġa dokumenti ta’ sostenn bħala prova li s-seminar ġie organizzat u li ġie prodott is-sett ta’ għodod komplut finali.

Jekk jitwettaq proġett wieħed biss (pereżempju s-seminar), l-għotja titnaqqas għal din il-parti (EUR 25 000), skont dak li jkun ġie miftiehem fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni.

Eżempju 4: FEMSA

Appoġġ għat-tħejjija u l-implimentazzjoni ta’ pjanijiet ta’ produzzjoni u ta’ kummerċjalizzazzjoni (PMP, production and marketing plans) tal-Organizzazzjonijiet ta’ Produtturi (OP).

Is-somma f’daqqa (pagabbli meta jiġi approvat ir-rapport annwali dwar l-implimentazzjoni tal-pjan) hija bbażata fuq data storika (is-sottomissjonijiet preċedenti tal-OP tas-sigħat u kostijiet oħra). It-tħejjija u l-implimentazzjoni tal-PMPs jistgħu jinqasmu f’diversi attivitajiet biex jipproduċu kost medju, li mbagħad jiġi mmultiplikat bl-intensità tal-għajnuna applikabbli.

2.5.   Kombinazzjoni ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

L-Artikolu 53(1) tar-RDK joffri lill-awtoritajiet ta’ ġestjoni l-possibbiltà li jagħżlu bejn ħames għażliet għall-ġestjoni tal-għotjiet taħt ir-RDK. F’konformità mal-Artikolu 53(1)(e) tar-RDK, l-ewwel erba’ għażliet (minbarra l-finanzjament li mhux marbut mal-kostijiet) jistgħu jiġu kkombinati fl-istess operazzjoni. Madankollu, dik il-possibbiltà hija soġġetta għall-kundizzjonijiet li ġejjin, biex jiġi evitat kwalunkwe finanzjament doppju tal-istess kategorija ta’ kostijiet:

(1)

kull wieħed minnhom irid ikopri kategoriji differenti ta’ kostijiet eliġibbli; jew

(2)

iridu jintużaw għal proġetti differenti fl-istess operazzjoni; jew

(3)

iridu jintużaw għal fażijiet suċċessivi ta’ operazzjoni.

Għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jintużaw fl-istess operazzjoni flimkien ma’ kostijiet iddikjarati bħala kostijiet reali jew kostijiet rimborżati abbażi ta’ SCO ieħor.

Barra minn hekk, ammont ikkalkulat bħala rata fissa jista’ jintuża bħala bażi għal rata fissa oħra: tista’ tiġi applikata rata fissa sa 15 % għar-rimborż tal-kostijiet indiretti għall-kostijiet diretti tal-persunal, ikkalkulati bħala rata fissa sa massimu ta’ 20 % tal-kostijiet diretti (għajr il-kostijiet diretti tal-persunal).

Eżempju 1: Finanzjament ta’ proġetti differenti li jiffurmaw parti mill-istess operazzjoni (FSE+)

Eżempju ta’ operazzjoni li tinvolvi proġett ta’ taħriġ għaż-żgħażagħ qiegħda, segwit minn seminar għal impjegaturi potenzjali tar-reġjun:

Il-kostijiet relatati mat-taħriġ jistgħu jitħallsu abbażi tal-kostijiet unitarji (pereżempju EUR 1 000 għal kull jum ta’ taħriġ). Is-seminar jitħallas abbażi ta’ somom f’daqqa.

Minħabba li hemm żewġ proġetti differenti li jiffurmaw parti mill-istess operazzjoni, ma hemm l-ebda riskju ta’ finanzjament doppju peress li l-kostijiet ta’ kull proġett huma separati b’mod ċar.

Eżempju 2: Stadji suċċessivi ta’ operazzjoni (FSE+)

Eżempju ta’ operazzjoni diġà mibdija mmexxija abbażi ta’ kostijiet reali li l-awtorità ta’ ġestjoni trid tkompli timmaniġġja abbażi ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. Żewġ stadji tal-operazzjoni jridu jiġu definiti b’mod ċar. L-ewwel stadju jista’ jiġi kkalkulat fuq il-bażi tal-kostijiet reali sa data partikolari. It-tieni stadju, għan-nefqa futura, jista’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ kost unitarju dment li l-kost unitarju ma jkopri l-ebda nefqa appoġġjata preċedentement.

Jekk tiġi applikata tali possibbiltà, jenħtieġ li din tikkonċerna lill-benefiċjarji kollha li jkunu fl-istess sitwazzjoni (it-trasparenza u t-trattament ugwali). Jekk dan ma jkunx antiċipat, jista’ joħloq xi piż amministrattiv minħabba l-ħtieġa li jiġi emendat id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni. Deskrizzjoni dettaljata tal-operazzjoni għandha titfassal b’mod ċar mill-awtoritajiet tal-Istat Membru għal kull stadju. L-operazzjoni jenħtieġ li tinqasam f’mill-inqas żewġ perjodi finanzjarji distinti, identifikabbli u idealment fiżiċi jew ta’ żvilupp li jikkorrispondu għall-istadji kkonċernati. Dan għandu jsir bl-għan li jiġu żgurati implimentazzjoni u monitoraġġ trasparenti u jiġu ffaċilitati l-kontrolli.

Eżempju 3: Il-kategoriji differenti tal-kostijiet eliġibbli (FSE+)

Eżempju ta’ sessjoni ta’ taħriġ li tikkombina:

—

il-kost unitarju għall-pagi tal-ħarrieġa, eż., EUR 450 kuljum;

—

il-kostjiet reali: kamra mikrija = EUR 800 fix-xahar għal kull kuntratt ta’ kiri matul 12-il xahar

—

rata fissa għall-kostijiet indiretti, pereżempju 10 % tal-kostijiet diretti.

Fi tmiem it-taħriġ, jekk ikunu ġew iġġustifikati 200 jum ta’ ħarrieġa, l-għotja se titħallas fuq il-bażi li ġejja:

Kostijiet diretti (tip 1  (21) ):

 

il-pagi tal-ħarrieġa ta’ 200 jum x EUR 450 = EUR 90 000

 

kamra tat-taħriġ: 12-il xahar x EUR 800 = EUR 9 600

 

subtotal tal-kostijiet diretti: EUR 99 600

Kostijiet indiretti (tip 2): 10 % tal-kostijiet diretti = 10 % x EUR 99 600 = EUR 9 960

Nefqa eliġibbli: (EUR 90 000 + EUR 9 600) + EUR 9 960 = EUR 109 560

F’dak il-każ, huma kkonċernati kategoriji differenti ta’ kostijiet: il-pagi tal-ħarrieġa, il-kostijiet tal-kera għall-kamra, il-kostijiet indiretti. Madankollu, sabiex jiġi vverifikat in-nuqqas ta’ finanzjament doppju, l-awtoritajiet iridu jiżguraw li l-kost unitarju ma jkun relatat mal-ebda kost marbut mal-kiri tal-kamra jew mal-kostijiet indiretti (pereżempju, is-salarju tal-persunal amministrattiv jew tal-accountant). L-istess japplika, b’mod reċiproku, għad-definizzjoni ta’ kostijiet indiretti li ma għandhomx ikunu relatati mal-kostijiet koperti mill-kostijiet unitarji jew il-kostijiet reali tal-kiri tal-kamra.

Jekk ikun hemm riskju ta’ duplikazzjoni jew ikun impossibbli li jintwera li ma hemm l-ebda trikkib, l-awtorità ta’ ġestjoni se jkollha tagħżel l-aktar għażla xierqa biex tevita kwalunkwe (riskju ta’) finanzjament doppju.

Eżempji ta’ kombinazzjonijiet ta’ scos Mhux permessi fir-rdk

L-Artikolu 56 u l-Artikolu 55(1) tar-RDK

L-Artikolu 54 u l-Artikolu 56 tar-RDK

Rata fissa sa massimu ta’ 40 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal użati biex ikopru l-kostijiet li jifdal ta’ operazzjoni (l-Artikolu 56 tar-RDK), ma tistax tiġi applikata għall-kostijiet tal-persunal ikkalkulati abbażi ta’ rata fissa sa massimu ta’ 20 % tal-kostijiet diretti għajr il-kostijiet diretti tal-persunal (l-Artikolu 55(1) tar-RDK)

Raġuni: Mhux possibbli minħabba l-Artikolu 56(3) tar-RDK, peress li l-istess kategorija ta’ kostijiet (jiġifieri l-kostijiet tal-persunal) ma tistax tkun il-bażi għall-kalkolu ta’ rata fissa għall-kostijiet kollha li jifdal ta’ operazzjoni u, fl-istess ħin, tiġi kkalkulata bħala rata fissa abbażi ta’ parti mill-kostijiet li kienu jinkludu l-kostijiet li jifdal ta’ operazzjoni (jiġifieri, il-kostijiet diretti).

Rata fissa sa massimu ta’ 7 % tal-kostijiet diretti eliġibbli/sa 15 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal/sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli (l-Artikolu 54 tar-RDK) biex jiġu kkalkulati l-kostijiet indiretti (l-Artikolu 54 tar-RDK) ma tistax tiġi kkombinata ma’ rata fissa sa 40 % tal-kostijiet diretti eliġibbli tal-persunal użati biex ikopru l-kumplament tal-kostijiet ta’ operazzjoni (l-Artikolu 56 tar-RDK)

Raġuni: l-istess kategorija ta’ kostijiet (jiġifieri, il-kostijiet indiretti) tkun koperta darbtejn.

Eżempji ta’ kombinazzjonijiet ta’ SCOS

It-tabella ta’ hawn taħt tagħti ħarsa ġenerali lejn il-kombinazzjonijiet ta’ SCOs li, bħala regola ġenerali, huma possibbli/impossibbli. Madankollu, kull sitwazzjoni għandha tiġi analizzata każ b’każ.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jridu jiddefinixxu b’mod ċar il-kategoriji rilevanti tal-kostijiet (diretti/indiretti) u jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda finanzjament doppju tal-kostijiet koperti.

(I – iva, possibbli, L — le, mhux possibbli)

Kombinazzjonijiet

Sa 20 % tal-kostijiet tal-persunal

Sa 7 % tal-kostijiet indiretti

Sa 15 % tal-kostijiet indiretti

Sa 15 % tal-kostijiet tal-ivvjaġġar

Rata fis-siegħa tal-kostijiet tal-persunal (*1)

Sa 40 % tal-kostijiet l-oħra kollha

Sa 20 % tal-kostijiet tal-persunal

 

I

I

I

L

L

Sa 7 % tal-kostijiet indiretti

I

 

L

I

I

L

Sa 15 % tal-kostijiet indiretti

I

L

 

I

I

L

Sa 15 % tal-kostijiet tal-ivvjaġġar

I

I

I

 

I

L

Rata fis-siegħa tal-kostijiet tal-persunal (*1)

L

I

I

I

 

I

Sa 40 % tal-kostijiet l-oħra kollha

L

L

L

L

I

 

KAPITOLU 3:   L-ISTABBILIMENT TA’ GĦAŻLIET TA’ KOSTIJIET ISSIMPLIFIKATI

3.1.   L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jridu jiġu definiti ex ante

Għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni, l-SCOs jistgħu jintużaw biss wara l-approvazzjoni tagħhom permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu, jew wara l-adozzjoni tagħhom f’att delegat tal-Kummissjoni, f’konformità mal-Artikolu 94(1) tar-RDK.

L-SCOs użati għar-rimborż tal-għotjiet ipprovduti mill-Istati Membri lill-benefiċjarju jridu jiġu definiti wkoll ex ante (jiġifieri, minn qabel). F’konformità mal-Artikolu 73(3) tar-RDK u l-Artikolu 22(6) tar-Regolament Interreg għall-programmi Interreg, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tiżgura li l-benefiċjarju jew is-sieħeb ewlieni ta’ operazzjoni Interreg jiġi pprovdut b’dokument li jistabbilixxi l-kondizzjonijiet għall-appoġġ għal kull operazzjoni. F’dan id-dokument, huwa importanti li jiġu kkomunikati lill-benefiċjarji r-rekwiżiti preċiżi biex tiġi ssostanzjata n-nefqa ddikjarata u l-output jew l-eżitu speċifiku li għandu jintlaħaq.

Image 24

F’konformità mal-Artikolu 73(3) tar-RDK u l-Artikolu 22(6) tar-Regolament Interreg għall-programmi Interreg, il-metodu li għandu jiġi applikat għad-determinazzjoni tal-kostijiet tal-operazzjoni u l-kundizzjonijiet għall-pagament iridu jiġu inklużi mhux aktar tard mid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni. Il-metodi u l-kundizzjonijiet rilevanti jistgħu jiġu inkorporati fir-regoli tal-programm jew fis-sejħiet għall-proposti.

Sabiex jiġi żgurat ir-rispett tal-prinċipju ta’ trasparenza u trattament ugwali, l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għar-rimborż tal-kostijiet jenħtieġ li jissemma fis-sejħiet għal proposti indirizzati lill-benefiċjarji potenzjali. F’każijiet fejn ma titnieda l-ebda sejħa għal proposti, l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet simplifikati jenħtieġ li jissemma fir-regoli tal-programm jew fir-regoli nazzjonali li jkopru l-operazzjonijiet ikkonċernati.

Barra minn hekk, l-applikazzjoni retroattiva għall-operazzjonijiet diġà magħżula u li qed jiġu implimentati abbażi tal-kostijiet reali jenħtieġ li tiġi evitata billi t-trattament ugwali tal-benefiċjarji jista’ ma jkunx żgurat. L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet magħżula wara l-bidu tal-implimentazzjoni tagħhom. Madankollu, l-appoġġ jenħtieġ li jikkonforma mal-Artikolu 63(6) tar-RDK li jipprevedi li l-operazzjonijiet ma għandhomx jintgħażlu għall-appoġġ mill-Fondi meta jkunu tlestew fiżikament jew ġew implimentati bis-sħiħ, qabel ma tiġi ppreżentata l-applikazzjoni għall-finanzjament skont il-programm. L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, li jkopru wkoll in-nefqa eliġibbli mġarrba mill-benefiċjarji qabel ma ntgħażlu l-operazzjonijiet, jistgħu jintużaw f’operazzjonijiet bħal dawn u f’xi każijiet, l-użu tagħhom huwa obbligatorju (ara l-Kapitolu 1.4). Jekk in-nefqa kinitx diġà ġġarrbet mill-benefiċjarji qabel ma tnediet is-sejħa, huwa irrilevanti għall-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, sakemm l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi għar-rimborż jitwettqu fil-perjodu ta’ eliġibbiltà (l-Artikolu 63(2) tar-RDK) u din in-nefqa ma tkunx parti min-nefqa ddikjarata preċedentement lill-Kummissjoni.

Ladarba jiġu stabbiliti l-kost unitarju, ir-rata fissa jew l-ammont (fil-każ ta’ somom f’daqqa), dawn ma jistgħux jinbidlu biex jikkumpensaw għal żieda fil-kostijiet jew għal użu insuffiċjenti tal-baġit disponibbli, la matul u lanqas wara l-implimentazzjoni ta’ operazzjoni. Jekk il-perjodu ta’ implimentazzjoni jkun partikolarment twil, prattika tajba tkun li jiġi stabbilit, minn qabel, metodu ta’ aġġustament li jispeċifika meta u kif il-kost unitarju, ir-rata fissa jew l-ammont ikunu jistgħu jiġu riveduti (dwar il-metodi ta’ aġġustament, irreferi għall-Kapitolu 3.4. ta’ din in-Nota ta’ Gwida) (22). Kwalunkwe bidla fil-kost unitarju, fir-rata fissa jew fl-ammont fin-nuqqas ta’ metodu ta’ aġġustament, titqies bħala għażla ġdida u simplifikata tal-kostijiet.. F’każijiet eċċezzjonali, fil-każ ta’ operazzjonijiet pluriennali, huwa possibbli li l-kontijiet jiġu saldati u li jsiru pagamenti abbażi tal-kost reali tal-attivitajiet korrispondenti tal-operazzjoni, wara li tkun twettqet l-ewwel parti tal-operazzjoni u mbagħad tiġi introdotta l-għażla ta’ finanzjament b’rata fissa, kostijiet unitarji jew somom f’daqqa għall-parti/perjodu li jifdal tal-operazzjoni. F’każijiet bħal dawn, il-perjodu li għalih jiġu ddikjarati l-kostijiet reali jenħtieġ li jiġi sseparat b’mod ċar mill-perjodu li għalih jiġu ddikjarati l-kostijiet abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, sabiex jiġi evitat li l-kostijiet tal-proġett jiġu ddikjarati darbtejn.

3.2.   Metodoloġiji

Il-metodoloġiji għall-istabbiliment tal-SCOs huma stabbiliti fl-Artikolu 53(3) tar-RDK u fl-Artikolu 94(2) tar-RDK. B’mod ġenerali, dawn il-metodoloġiji huma l-istess għall-istabbiliment ta’ SCOs fil-livell inferjuri u superjuri (b’xi eċċezzjonijiet li huma speċifikament indikati f’dan il-Kapitolu).

3.2.1.   Metodu ta’ kalkolu ġust, ekwitabbli u verifikabbli

L-ammonti, ir-rati u l-kostijiet unitarji jistgħu jiġu stabbiliti abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli, kif stabbilit fl-Artikolu 53(3)(a) tar-RDK u fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 94(2)(a) tar-RDK.

Prinċipji ġenerali

Dan irid ikun ġust:

Il-kalkolu għandu jkun raġonevoli, jiġifieri bbażat fuq ir-realtà, mhux eċċessiv jew estrem. Pereżempju, jekk fil-passat kost unitarju partikolari ħadem bejn EUR 1 u EUR 2, il-Kummissjoni ma tistax tistenna li tara skala ta’ EUR 7. Minn din il-perspettiva, il-metodu użat għall-identifikazzjoni tal-kost unitarju, ir-rata fissa, jew is-somma f’daqqa se jkun tal-akbar importanza. L-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) għandha tkun tista’ tispjega u tiġġustifika l-għażliet tagħha. Metodu ta’ kalkolu ġust jista’ jiġġustifika d-differenzi fir-rati/fl-ammonti filwaqt li jitqiesu kundizzjonijiet jew ħtiġijiet speċifiċi. Pereżempju, l-eżekuzzjoni ta’ proġett tista’ tiswa aktar f’reġjun remot milli f’reġjun ċentrali minħabba kostijiet ogħla tat-trasport.

Dan irid jkun ekwitabbli:

Il-kunċett ewlieni li huwa l-bażi tat-terminu “ekwitabbli” huwa li dan ma jiffavorixxix lil xi benefiċjarji jew operazzjonijiet fuq oħrajn. Il-kalkolu tal-kost unitarju, tas-somma f’daqqa jew tar-rata fissa, irid jiżgura trattament ugwali ta’ benefiċjarji simili u/jew operazzjonijiet simili. Kwalunkwe differenza fl-ammonti jew fir-rati jenħtieġ li tkun ibbażata fuq ġustifikazzjonijiet oġġettivi, jiġifieri karatteristiċi oġġettivi tal-benefiċjarji jew tal-operazzjonijiet.

Irid ikun verifikabbli:

Id-determinazzjoni ta’ rati fissi, kostijiet unitarji jew somom f’daqqa jenħtieġ li tkun ibbażata fuq evidenza dokumentarja li tista’ tiġi vverifikata (23). L-awtorità ta’ ġestjoni trid tkun tista’ turi l-bażi li fuqha tkun ġiet stabbilita l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati. Huwa element ewlieni biex tiġi żgurata l-konformità mal-prinċipju ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Il-korp li jiddetermina l-metodu tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati jenħtieġ li jiddokumenta, bħala minimu:

—

Id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ kalkolu, inkluż il-passi ewlenin tal-kalkolu;

—

Is-sorsi tad-data użati għall-analiżi u l-kalkoli, inkluż il-valutazzjoni tar-rilevanza tad-data għall-operazzjonijiet previsti, u valutazzjoni tal-kwalità tad-data;

—

Il-kalkolu nnifsu biex jiġi ddeterminat il-valur tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati.

Sorsi ta’ DATA

Meta jiġu stabbiliti għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, id-data użata jeħtieġ li tkun rilevanti għall-SCO kkunsidrat. Is-sorsi tad-data użati għall-kalkolu – inkluż il-valutazzjoni tar-rilevanza tad-data għall-operazzjonijiet previsti u l-valutazzjoni tal-kwalità tad-data – jenħtieġ li jiġu pprovduti u ddokumentati.

Ma hemm l-ebda sett minimu predefinit ta’ data meħtieġ biex jiġu kkalkulati l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. Dan jiddependi fuq il-karatteristiċi tal-popolazzjoni. Jekk id-data tkun imxerrda ħafna, l-għadd ta’ data jrid ikun għoli. Għall-kuntrarju, jekk id-data tkun omoġenja u rappreżentattiva tal-popolazzjoni, is-sett ta’ data jista’ jkun aktar baxx.

Id-data tista’ tittieħed minn diversi sorsi. L-affidabbiltà tad-data użata se tiddependi mis-sors tad-data użata. Pereżempju, id-data li ġejja mill-uffiċċji nazzjonali tal-istatistika jew mill-EUROSTAT titqies affidabbli. Għal xi sorsi ta’ data, jistgħu jkunu meħtieġa kontrolli aktar dettaljati biex tiġi kkonfermata l-affidabbiltà tad-data. F’xi każijiet, il-ġudizzju professjonali tal-awtorità tal-awditjar jista’ jintuża biex jiġi deċiż jekk għandhomx jitwettqu kontrolli addizzjonali fuq bażi ta’ kampjun jew le (filwaqt li titqies kwalunkwe informazzjoni disponibbli għall-awtorità tal-awditjar dwar it-tip ta’ data, il-mod ta’ kompilazzjoni, il-proċeduri interni tal-korpi għall-approvazzjoni tal-informazzjoni pprovduta eċċ.). Madankollu, il-valutazzjoni ex ante tal-metodoloġija mill-awtorità tal-awditjar mhijiex obbligatorja (iżda rakkomandata) għall-istabbiliment tal-SCOs fil-livell inferjuri.

Meta d-data li tkun ġejja minn sorsi affidabbli (pereżempju, mir-rapporti ppubblikati u mill-bażijiet tad-data uffiċjali tal-internet), ma tintużax direttament bħala tali (jiġifieri, iġġenerata awtomatikament mill-bażi tad-data tas-sors), iżda tiġi kkompilata f’forma unifikata. Hija prattika tajba li wieħed iqabbel (fuq bażi ta’ kampjun) jekk in-numri kkompilati humiex konformi mar-rapporti uffiċjali. Madankollu, billi dan mhux dejjem ikun prattikament faċli biex isir, l-awtorità tal-awditjar, f’każ li tivvaluta l-metodoloġija ex ante, tista’ tuża l-ġudizzju professjonali tagħha biex tiddeċiedi jekk għandhiex titwettaq verifika addizzjonali fuq il-bażi tal-kampjun jew le, filwaqt li tqis kwalunkwe informazzjoni disponibbli għall-awtorità tal-awditjar dwar it-tip ta’ data, il-mod ta’ kompilazzjoni, il-proċeduri interni ta’ korp li jiġbor l-informazzjoni pprovduta, eċċ.).

L-użu ta’ DATA “statistika”, storika verifikata jew prattiki ta’ kontabbiltà tal-kostijiet normali

Meta jistabbilixxu l-SCOs tagħhom, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jużaw data statistika (minn sorsi differenti), data storika vverifikata (dwar proġetti jew operazzjonijiet iffinanzjati minn Fond tar-RDK) (24) jew prattiki ta’ kontabbiltà tal-kostijiet normali.

Meta l-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tuża data storika statistika jew ivverifikata, jenħtieġ li tiddeskrivi:

—

il-kategoriji tal-kostijiet koperti;

—

il-metodu ta’ kalkolu użat;

—

it-tul tas-serje li għandha tinkiseb: jenħtieġ li data fuq perjodu rappreżentattiv ta’ żmien tinkiseb sabiex tiġi identifikata kwalunkwe ċirkostanza eċċezzjonali potenzjali li kienet taffettwa l-kostijiet attwali f’sena speċifika, kif ukoll it-tendenzi fl-ammonti tal-kostijiet. Dan il-perjodu ta’ referenza jenħtieġ li jintuża sabiex jitqiesu l-fluttwazzjonijiet annwali. Pereżempju, perjodu ta’ 3 snin jista’ jitqies bħala rappreżentattiv. Madankollu, jekk l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ turi li l-użu tad-data fuq perjodu ta’ inqas minn 3 snin huwa ġġustifikat, dan jista’ jkun aċċettabbli (eż., fejn ikun ġie stabbilit programm ġdid u tkun disponibbli data għal sentejn biss, dan jista’ jkun biżżejjed; fejn ma teżistix data ta’ 3 snin, skont il-partikolaritajiet tal-każ, tista’ tiġi aċċettata data ta’ sentejn). Dan jeħtieġ li jiġi vvalutat fuq bażi ta’ każ b’każ.

—

L-ammont ta’ referenza li għandu jiġi applikat, pereżempju, il-kostijiet medji matul il-perjodu ta’ referenza jew il-kostijiet kif irreġistrati matul l-aħħar snin;

—

l-adattamenti, jekk ikun hemm, li huma meħtieġa biex jiġi aġġornat l-ammont ta’ referenza. Aġġustament jista’ jiġi applikat biex jiġu aġġornati l-kostijiet mis-snin ta’ qabel għall-prezzijiet attwali.

Skont l-Artikolu 53(3)(a)(ii) u (iii), l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tuża wkoll data speċifika għall-benefiċjarji individwali biex tistabbilixxi l-SCOs applikati għall-benefiċjarji individwali. Minħabba r-rekwiżiti involuti fl-użu ta’ data speċifika għall-benefiċjarji, dawn il-metodoloġiji huma simplifikazzjonijiet, pereżempju għall-benefiċjarji li se jimplimentaw ħafna proġetti matul il-perjodu ta’ programmazzjoni.

Id-data storika vverifikata ta’ benefiċjarji individwali

Dan il-metodu huwa bbażat fuq il-ġbir ta’ data tal-kontabbiltà tal-passat mill-benefiċjarju, għall-kostijiet attwali mġarrba għall-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli koperti mill-għażla ta’ kostijiet issimplifikati definita. Fejn meħtieġ, din id-data jenħtieġ li tkopri biss iċ-ċentru jew id-dipartiment tal-kostijiet tal-benefiċjarju li huma relatati mal-operazzjoni. Dan, fil-fatt, jippresupponi l-eżistenza ta’ sistema ta’ kontabbiltà analitika fil-livell tal-benefiċjarju. Barra minn hekk, dan jimplika li kwalunkwe nefqa ineliġibbli tiġi ffiltrata minn kwalunkwe kalkolu li jappoġġja l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

L-applikazzjoni tal-prattiki tal-kontabbiltà normali tal-kostijiet ta’ benefiċjarji individwali

Il-prattiki tal-kontabbiltà normali huma prattiki li juża l-benefiċjarju biex jieħu rendikont tal-attivitajiet u l-finanzi kollha normali tiegħu ta’ kuljum (inklużi dawk mhux marbuta mal-appoġġ tal-UE). Dawn il-metodi jridu jikkonformaw mar-regoli u l-istandards nazzjonali tal-kontabbiltà. It-tul tal-użu mhuwiex kritiku. Metodu kontabilistiku mhuwiex “normali” jekk ikun ġie ppersonalizzat għal operazzjoni jew għal sett ta’ operazzjonijiet partikolari, pereżempju dawk li jirċievu appoġġ mill-UE, u jvarja mill-metodu/i kontabilistiċi użati f’każijiet oħra.

Huwa importanti li ssir distinzjoni bejn il-kostijiet attwali u l-kostijiet determinati skont il-prattiki tal-kontabbiltà normali tal-kostijiet tal-benefiċjarji individwali.

Għalhekk, il-kostijiet reali jfissru l-kostijiet ikkalkulati b’mod kemm jista’ jkun eżatt (“il-kostijiet eliġibbli effettivament imġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa”) għall-perjodu ta’ żmien tal-operazzjoni. Pereżempju, għall-kostijiet tal-persunal fis-siegħa, l-użu ta’ sigħat standard bħala denominatur huwa aċċettat (ara l-eżempju tal-1 720 siegħa fil-Kapitolu 2.3.2), iżda n-numeratur għall-fini tal-kalkolu tal-“kostijiet reali” huwa l-kostijiet totali eliġibbli tal-persunal għal kull persuna partikolari assenjata għall-azzjoni.

Il-kost fis-siegħa bbażat fuq il-prattiki tal-kontabbiltà tal-kostijiet tal-benefiċjarju jista’ jiġi kkalkulat abbażi ta’ medja tal-kostijiet tar-remunerazzjoni ta’ aggregazzjoni akbar ta’ impjegati. Normalment, din il-medja hija grad jew xi miżura simili, li tikkorrelata mal-kostijiet tal-impjiegi gross, iżda t-tqabbil jista’ jkun ukoll ċentru jew dipartiment tal-kostijiet (relatat mal-operazzjoni) fejn il-kostijiet tal-impjiegi gross jistgħu jvarjaw b’mod konsiderevoli fil-grupp aggregat ta’ impjegati.

Għalhekk, sabiex jiġi żgurat trattament ugwali fost il-benefiċjarji u li l-għotja ma tkoprix kostijiet ineliġibbli, id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni li tawtorizza lill-benefiċjarji jużaw il-prattiki tal-kontabbiltà tal-kostijiet tagħhom irid jipprevedi kundizzjonijiet minimi. Dawk il-kundizzjonijiet minimi għandhom l-għan li jiżguraw li l-prattiki tal-kontabbiltà tal-kostijiet jirriżultaw teoretikament u prattikament f’sistema ġusta u ekwitabbli. Dan jimplika l-eżistenza ta’ sistema kontabilistika analitika fil-livell tal-benefiċjarji. Barra minn hekk, dan jimplika li kwalunkwe nefqa ineliġibbli tiġi ffiltrata mill-kalkolu.

Rekwiżiti komuni għall-użu ta’ data speċifika għall-benefiċjarji individwali

L-awtorità ta’ ġestjoni se jkollha tivverifika data speċifika għall-benefiċjarji individwali permezz ta’ approċċ ta’ każ b’każ. Dan jeħtieġ li jsir mhux aktar tard minn meta l-benefiċjarju jingħata d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni. Skont l-assigurazzjoni miksuba mis-sistema interna ta’ ġestjoni u kontroll tal-benefiċjarju mill-awtorità ta’ ġestjoni, jista’ jkun meħtieġ li d-data speċifika għall-benefiċjarji tiġi ċċertifikata minn awditur estern jew, fil-każ ta’ korpi pubbliċi, minn uffiċjal tal-kontabbiltà kompetenti u indipendenti, biex tiġi żgurata l-affidabbiltà tad-data ta’ referenza użata mill-awtorità ta’ ġestjoni. Iċ-ċertifikazzjoni ta’ data storika tista’ ssir bħala parti minn awditi statutorji jew awditi kuntrattwali. Kwalunkwe ċertifikazzjoni mwettqa b’dan il-mod tkun teħtieġ għarfien profond, mill-awditur estern jew mill-uffiċjal tal-kontijiet indipendenti, tar-RDK u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi fir-rigward ta’, pereżempju, ir-rekord tal-awditjar, l-eliġibbiltà tal-kostijiet sottostanti u l-liġi applikabbli. Għalhekk, l-awtorità tal-awditjar tista’ tiġi mistiedna biex tappoġġja dan il-proċess.

Pereżempju, meta r-riskju ta’ żball jew irregolarità fid-data kontabilistika użata fil-passat jitqies baxx, il-metodu ta’ kalkolu jista’ jkun ibbażat fuq data mhux iċċertifikata minn awditur ex ante. Jeħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni tkun tista’ turi, b’mod oġġettiv, li r-riskju huwa tabilħaqq baxx u għaliex din tqis li s-sistema kontabilistika tal-benefiċjarju hija affidabbli, kompluta u preċiża.

L-użu ta’ informazzjoni oġġettiva oħra jew ġudizzju espert

Informazzjoni oġġettiva oħra tista’, pereżempju, tieħu l-forma ta’:

—

stħarriġ, studji, riċerka dwar is-suq, eċċ. (jeħtieġ li tiġi żgurata dokumentazzjoni xierqa);

—

data dwar ir-remunerazzjoni għal xogħol ekwivalenti.

Il-ġudizzji esperti jenħtieġ li jkunu bbażati fuq sett speċifiku ta’ kriterji u/jew għarfien espert li jkun inkiseb f’qasam speċifiku ta’ għarfien, applikazzjoni jew qasam ta’ prodott, dixxiplina partikolari, industrija, eċċ. Jeħtieġ li jkun iddokumentat sew u jkun speċifiku għaċ-ċirkostanzi partikolari ta’ kull każ. Ir-RDK ma jiddefinixxix il-ġudizzju espert. Se jkun f’idejn l-awtoritajiet ta’ ġestjoni li jispeċifikaw ir-rekwiżiti biex ġudizzju jikkwalifika bħala espert u biex jiżguraw li ma jkun hemm l-ebda kunflitt ta’ interess. Għal kwalunkwe espert magħżul, l-awtorità ta’ ġestjoni jkollha bżonn turi l-għarfien espert tiegħu fil-qasam rilevanti kif ukoll l-indipendenza tiegħu/tagħha.

Il-limiti stabbiliti, il-limiti massimi jew il-valuri massimi oħra stabbiliti fir-regoli nazzjonali jistgħu jitqiesu bħala informazzjoni oġġettiva oħra. Madankollu, dawn jistgħu jiġu applikati biss mill-awtorità ta’ ġestjoni, dment li l-awtorità ta’ ġestjoni tkun tista’ turi li dawn jirrappreżentaw valur ġust u indikatur affidabbli.

L-użu ta’ DATA storika minn perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti

L-użu ta’ data storika vverifikata minn perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti (eż., 2007–2013 u 2014–2020), jista’ jiġi aċċettat jekk jintwera li l-ammonti għadhom rilevanti. Dan ifisser li l-awtoritajiet tal-programm jenħtieġ li jiżguraw li din id-data tkun għadha indikatur affidabbli għall-kostijiet reali u jaġġustawha fejn xieraq.

3.2.2.   Abbozz ta’ baġit

Kif stabbilit fl-Artikoli 53(3)(b) u 94(2)(b) tar-RDK, metodu ieħor biex jiġu stabbiliti l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huwa permezz ta’ abbozz ta’ baġit.

Skont l-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK, għall-SCOs użati fil- “livell inferjuri” (Stat Membru – benefiċjarju), dan japplika biss għal operazzjonijiet li l-kost totali tagħhom ma jaqbiżx il-EUR 200 000 , u li jridu jiġu stabbiliti fuq bażi ta’ każ b’każ u miftiehma minn qabel mill-korp li jagħżel l-operazzjoni. Il-kostijiet totali tal-operazzjoni huma l-kostijiet kollha meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni, kif speċifikat fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni. Skont l-Artikolu 94(2) (b) tar-RDK, ma hemm l-ebda limitazzjoni bħal din għall-istabbiliment ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati użati fil- “livell superjuri” (Kummissjoni – Stat Membru).

Skont l-Artikolu 25(6) tar-Regolament Interreg, fil-każ ta’ proġetti żgħar iffinanzjati mill-programmi Interreg, il-benefiċjarju li jimmaniġġja l-fond għal proġetti żgħar jista’ – fuq bażi ta’ każ b’każ – juża l-abbozz ta’ baġit biex jistabbilixxi għażliet ta’ kostijiet issimplifikati biex jirrimborża lir-riċevituri finali jekk il-kontribuzzjoni pubblika għall-proġett żgħir ma taqbiżx l-EUR 100 000 .

Image 25

Il-possibbiltà li jintuża abbozz ta’ baġit tista’ tiffaċilita l-implimentazzjoni tal-użu obbligatorju ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għal operazzjonijiet żgħar (ara wkoll l-Artikolu 53(2) tar-RDK). Fil-fatt, dan il-metodu jippermetti li jiġu kkalkulati xi kostijiet issimplifikati jekk l-operazzjoni tkun speċifika ħafna.

Għal abbozz ta’ baġit użat fil- “livell inferjuri” , bħala l-ewwel pass, l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) għandha tiddeskrivi l-prinċipji tal-metodu ta’ kalkolu fis-sejħa għal proposti jew flimkien magħha.

Image 26

F’dan ir-rigward, huwa rrakkomandat ħafna li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni (jew il-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) jistabbilixxu parametri jew livelli massimi ta’ kostijiet li jintużaw biex jitqabblu mill-inqas il-kostijiet ibbaġitjati l-aktar importanti ma’ dawn il-parametri. L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tistabbilixxi wkoll parametri referenzjarji minimi dwar il-kwalità tal-eżitu jew tar-riżultati mistennija. In-nuqqas ta’ tali parametri, parametri referenzjarji minimi jew livelli ta’ kostijiet massimi, jista’ jagħmilha diffiċli għal kwalunkwe awtorità ta’ ġestjoni (jew kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) li tiżgura l-ugwaljanza fit-trattament u l-osservanza ta’ ġestjoni finanzjarja tajba.

Abbażi tar-regoli tal-programm, imbagħad ikun f’idejn l-applikanti għall-finanzjament li jħejju u jippreżentaw baġits dettaljati u fattwali u li jipprovdu dokumenti li jiġġustifikaw il-kostijiet kollha fil-baġit. L-SCOs (inkluż l-istadji importanti għas-somom f’daqqa) jenħtieġ li jiġu definiti f’kooperazzjoni mill-qrib mal-applikanti (jew mal-benefiċjarji wara l-għażla tal-operazzjonijiet) sabiex ikunu konxji ta’ dak li għandu jitwassal u tal-informazzjoni/tal-evidenza ta’ sostenn li għandha tiġi pprovduta biex jiġu ġġenerati l-pagamenti.

Sussegwentement, l-abbozzi tal-baġits jiġu vvalutati mill-awtorità ta’ ġestjoni. Anki jekk jiġi rrakkomandat, meta jiġi vvalutat il-baġit, mhux se jkun meħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni tqabbel l-abbozz tal-baġit dettaljat propost mill-benefiċjarju potenzjali ma’ operazzjonijiet komparabbli. Meta jiġi appoġġjat l-istess benefiċjarju diversi drabi, huwa rrakkomandat li l-abbozz ta’ baġit dettaljat jitqabbel ma’ operazzjonijiet appoġġjati qabel.

Fl-aħħar nett, l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) qed tittrasforma l-abbozz tal-baġit f’SCOs (jiġifieri, rati fissi, somom f’daqqa u kostijiet unitarji) qabel jew wara l-għażla tal-operazzjonijiet (iżda qabel ma jinħareġ id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ appoġġ li jeħtieġ li jinkludi l-SCO). Jenħtieġ li l-SCOs definiti (u l-istadji importanti possibbli għal somom f’daqqa) jiġu riflessi fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjoni għall-appoġġ tal-operazzjoni. L-awtorità ta’ ġestjoni/il-kumitat ta’ monitoraġġ ma jistgħux jiddelegaw il-valutazzjoni u t-trasformazzjoni tal-abbozzi ta’ baġits fl-SCOs lill-benefiċjarji. Fir-rigward tal-proġetti żgħar magħżula taħt fondi għal proġetti żgħar għall-programmi Interreg, huwa l-benefiċjarju li jimmaniġġja l-fond għal proġetti żgħar li jivvaluta l-abbozz tal-baġit.

Jenħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) turi u tarkivja l-valutazzjoni tagħha tal-abbozz tal-baġit u d-dokumenti ta’ sostenn relatati għall-kalkolu jew il-ġustifikazzjoni tal-kostijiet tal-kategoriji kollha tal-abbozz tal-baġit. L-abbozz tal-baġit mhuwiex parti mid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni mfassla bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarju. Il-verifiki tal-ġestjoni tal-operazzjoni jew tal-proġett se jkunu bbażati biss fuq it-tip ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati applikati, mhux fuq il-baġit innifsu.

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jkunu bbażati fuq abbozz ta’ baġit fir-rigward tal-baġit kollu jew parti minnu tal-operazzjoni jew tal-proġett. Bħala eżempju, għal operazzjoni magħmula minn 5 attivitajiet differenti:

—

l-attività 1 u 2 tal-operazzjonijiet huma rimborżati fuq il-bażi ta’ kostijiet reali jew fuq il-bażi ta’ għażla oħra ta’ kostijiet issimplifikati;

—

l-attivitajiet 3, 4 u 5 tal-operazzjonijiet huma rimborżati bħala kostijiet unitarji stabbiliti abbażi ta’ abbozz ta’ baġit.

Barra minn hekk, ir-rati fissi minquxa fl-Artikoli 54 sa 56 tar-RDK jistgħu jiġu applikati biex jiġu stabbiliti l-kategoriji rilevanti tal-kostijiet ta’ abbozz ta’ baġit.

Il-prinċipji spjegati hawn fuq huma applikabbli wkoll għal abbozz ta’ baġit użat fil- “livell superjuri” .

Eżempju 1

L-operazzjonijiet jikkonsistu f’somma f’daqqa ta’ inqas minn EUR 100 000 għal proġett preparatorju żgħir (eż., it-tnaqqis tal-impatti ambjentali kkawżati mill-ħamrija tas-sulfat aċiduż).

Fis-sejħa għall-proposti, il-korp intermedju jistabbilixxi (1) l-użu tas-somom f’daqqa u jiddefinixxi b’mod ċar il-kompiti ewlenin biex jinkisbu l-eżitu definit, l-istadji importanti, l-iskeda ta’ żmien tal-attivitajiet, u (2) jistabbilixxi kriterji dettaljati li magħhom jitqabblu l-kostijiet ibbaġitjati l-aktar importanti.

Fl-applikazzjoni tiegħu, il-benefiċjarju jistabbilixxi l-abbozz tal-baġit tiegħu u jipprovdi d-dokumenti neċessarji biex jiġġustifika l-kostijiet kollha fil-baġit. Il-benefiċjarju jipprovdi informazzjoni dettaljata dwar kull linja baġitarja għal kull kompitu tal-proġett. Dawn imbagħad jiġu vvalutati mill-korp intermedju abbażi ta’ (1) l-eliġibbiltà tal-kostijiet, u (2) il-ġustifikazzjonijiet tal-kostijiet. Jekk ikun meħtieġ, il-korp intermedju jitlob xi informazzjoni u data addizzjonali (eż., tqabbil ulterjuri ma’ proġetti simili).

L-abbozz ta’ baġit huwa kif ġej:

Sommarju tal-kostijiet

Total (f’EUR)

1.

Il-kostijiet totali tas-salarji

58 440

2.

Is-servizzi esternalizzati

1 000

3.

L-investimenti f’makkinarji u tagħmir

0

4.

Kostijiet diretti oħra

0

5.

Il-kostijiet indiretti

14 026

Total

73 466

Wara li janalizza l-abbozz tal-baġit, il-korp intermedju japprova l-kostijiet stmati u jistabbilixxi somma f’daqqa ta’ EUR 73 466 li għandha titħallas lill-benefiċjarju ladarba l-proġett jiġi implimentat.

Fil-fażi tal-implimentazzjoni tal-proġett, mhi meħtieġa l-ebda ġustifikazzjoni tal-kost reali. L-għotjiet se jiġu rimborżati abbażi tas-somma f’daqqa stabbilita ex ante u wara li jinkiseb l-eżitu.

Eżempju 2

Benefiċjarju beħsiebu jorganizza seminar għal 50 parteċipant biex jippreżenta għodod ta’ implimentazzjoni ġodda.

Il-persunal iqatta’ ħin fuq l-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-avveniment, jinkera post, xi kelliema jiġu minn barra, u l-minuti tal-avveniment se jkollhom jiġu ppubblikati. Hemm ukoll kostijiet indiretti relatati mal-persunal (il-kostijiet tal-kontabbiltà, id-direttur, eċċ.) u l-elettriku, il-kontijiet tat-telefown, l-appoġġ tal-IT, eċċ.

L-abbozz ta’ baġit huwa kif ġej: (25)

Kostijiet Diretti Totali

45 000

 

Total tal-Kostijiet Indiretti

7 000

Kostijiet diretti tal-persunal

30 000

 

Kostijiet indiretti tal-persunal

4 000

Kostijiet tal-kamra

4 000

 

Elettriku, telefown.

3 000

Kostijiet tal-ivjaġġar

5 000

 

 

 

Ikliet

1 000

 

 

 

Informazzjoni / Reklami

5 000

 

 

 

Dan l-abbozz ta’ baġit huwa diskuss u miftiehem bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarju. Il-kalkolu tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati se jkun ibbażat fuq l-informazzjoni pprovduta lill-awtorità ta’ ġestjoni u vverifikata minnha.

L-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddeċiedi li tikkalkula l-għotja abbażi ta’ kost unitarju, ibbażata fuq l-għadd ta’ parteċipanti fis-seminar: kost unitarju = EUR 52 000/50 = EUR 1 040 għal kull parteċipant.

Id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni mfassla bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarju jrid jispeċifika d-definizzjoni tal-kostijiet unitarji (x’inhu parteċipant), l-għadd massimu (minimu) ta’ parteċipanti, ir-rekord tal-awditjar u l-kost unitarju tiegħu (EUR 1 040).

Għandha ssir referenza għall-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni.

Aktar eżempji dwar kif għandhom jiġu stabbiliti għażliet ta’ kostijiet issimplifikati bbażati fuq abbozz ta’ baġit huma pprovduti fl-Anness 1.

3.2.3.   L-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati mill-politiki tal-Unjoni

Skont l-Artikoli 53(3) (c) u 94(2)(c) tar-RDK, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħmel użu mill-kostijiet unitarji, is-somom f’daqqa u r-rati fissi korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni. L-għan ewlieni ta’ dan il-metodu huwa li jiġu armonizzati r-regoli bejn il-politiki tal-Unjoni. L-intenzjoni hija li jiġi ċċarat li fejn għażliet ta’ kostijiet issimplifikati huma diġà żviluppati għal tip partikolari ta’ operazzjoni taħt politika tal-UE, l-Istat Membru ma għandux għalfejn jidduplika dan l-isforz taħt il-Fondi tar-RDK u jista’ jerġa’ juża l-metodu u r-riżultati tiegħu.

Il-metodi applikabbli kollha skont il-politiki tal-Unjoni jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet simili jekk il-politiki tal-Unjoni jkunu fis-seħħ fiż-żmien tal-istabbiliment tal-metodoloġija. Il-metodi mill-politiki tal-Unjoni jistgħu jintużaw mingħajr kalkoli addizzjonali.

Il-metodu jrid jintuża fl-intier tiegħu: pereżempju, id-definizzjoni ta’ kostijiet diretti/indiretti, in-nefqa eliġibbli, il-kamp ta’ applikazzjoni, l-aġġornamenti u mhux biss ir-riżultat tagħha (ir-rata ta’ X%). Bħala prinċipju ġenerali, jenħtieġ li jitqiesu l-elementi kollha tal-metodu li jista’ jkollhom impatt fuq il-kost unitarju/is-somma f’daqqa/ir-rata fissa. Huwa meħtieġ eżami każ b’każ.

Image 27

Ma hemm l-ebda indikazzjoni fir-RDK ta’ x’inhu mifhum bis-similarità tal-operazzjonijiet. Hija l-awtorità ta’ ġestjoni li għandha tivvaluta fuq bażi ta’ każ b’każ jekk f’każ partikolari l-kundizzjoni ta’ similarità hijiex issodisfata.

Jekk il-metodu skont il-politika tal-Unjoni jiġi mmodifikat matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-istess modifika jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet magħżula taħt sejħiet imnedija wara l-modifika.

Kwalunkwe modifika fir-rigward tal-metodu skont il-politika tal-Unjoni li ntużat biex tiġi stabbilita metodoloġija skont l-Artikolu 94(2)(c) tar-RDK trid tiġi riflessa fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK permezz ta’ talba għal emenda għall-programm li jrid jiġi approvat permezz ta’deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Eżempji ta’ SCOs fil-politiki tal-Unjoni huma:

—

Erasmus+: is-somom f’daqqa u l-kostijiet unitarji (eż., ir-rati għad-distanza tal-ivvjaġġar, l-appoġġ lingwistiku, iż-żjarat preparatorji, it-tariffi tal-korsijiet, l-organizzazzjoni tal-programmi intensivi) jintużaw fil-programm;

—

Il-Programm dwar iċ-Ċittadini, l-Ugwaljanza, id-Drittijiet u l-Valuri (CERV,Citizens, Equality, Rights and Values): is-somom f’daqqa għal kull parteċipant f’avvenimenti in situ u fiżiċi huma definiti fid-deċiżjoni tal-KE li tawtorizza l-użu ta’ somom f’daqqa għal azzjonijiet taħt il-programm CERV (2021–2027);

—

Orizzont Ewropa: 3 tipi ta’ SCOs jistgħu jinstabu minn Orizzont Ewropa (ir-rata fissa, il-kostijiet unitarji, is-somom f’daqqa) u huma stabbiliti fid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni; – eż., il-kostijiet unitarji għas-sidien tal-SMEs, il-kostijiet unitarji għall-mobbiltà tal-persunal, is-somom f’daqqa u l-kostijiet unitarji għall-azzjonijiet Marie Skłodowska-Curie;

—

Il-Korp Ewropew ta’ Solidarjetà: id-Deċiżjoni li tawtorizza l-użu ta’ somom f’daqqa, tal-kostijiet unitarji (eż., il-kostijiet tal-ivvjaġġar, l-appoġġ organizzazzjonali, l-appoġġ għall-ġestjoni tal-proġetti, il-kostijiet tal-persunal, l-appoġġ lingwistiku, il-kostijiet tal-ikkowċjar) u l-finanzjament b’rata fissa għall-volontarjat, it-traineeships, l-impjiegi u l-Proġetti ta’ Solidarjetà.

3.2.4.   L-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati minn skemi għal għotjiet iffinanzjati kompletament mill-Istati Membri

Skont l-Artikoli 53(3)(d) u 94(2)(d) tar-RDK, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tagħmel użu mill-kostijiet unitarji korrispondenti, is-somom f’daqqa u r-rati fissi applikabbli taħt skemi għal għotjiet iffinanzjati kompletament mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni. L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati użati taħt skemi ta’ appoġġ nazzjonali (bħal boroż ta’ studju, allowances ta’ kuljum) jistgħu jintużaw mingħajr kalkoli addizzjonali, jekk l-iskemi nazzjonali jkunu fis-seħħ fiż-żmien tat-tfassil tal-metodoloġija.

Skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 54 tar-RDK, ir-rati fissi għall-kostijiet indiretti kkalkulati skont l-Artikolu 67(5)(a) tar-Regolament (UE) Nru 1303/2013, jiġifieri, abbażi ta’ metodu ġust, ekwu u verifikabbli, jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet simili ffinanzjati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027. Dawn ir-rati fissi jistgħu jintużaw għall-finijiet tal- tal-Artikolu 54(c) tar-RDK, jiġifieri, biex tiġi ġġustifikata r-rata sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli għar-rimborż tal-kostijiet indiretti. Għalhekk, il-limitu massimu sa 25 % stabbilit fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 54(c) tar-RDK japplika għal dawn ir-rati fissi.

Il-metodi nazzjonali applikabbli kollha jistgħu jintużaw għal operazzjonijiet simili appoġġjati mill-Fondi tar-RDK (ara l-Kapitolu 3.2.3 dwar il-kunċett ta’ “similarità”). Pereżempju, operazzjoni li tappoġġja apprendistati ffinanzjati kompletament minn riżorsi nazzjonali/reġjonali, tista’ titqies bħala skema nazzjonali. Jenħtieġ li l-metodu jerġa’ jintuża fl-intier tiegħu u mhux ikun limitat biss għar-riżultat tiegħu. Jistgħu jintużaw ukoll metodi ta’ kalkolu reġjonali jew lokali oħra iżda normalment ikollhom jiġu applikati għaż-żona ġeografika li fiha jkunu qed jintużaw jew għal waħda iżgħar (eż., jekk metodoloġija tiġi applikata f’reġjun wieħed biss, tista’ terġa’ tintuża mir-reġjun ikkonċernat iżda mhux minn reġjun ieħor ta’ dan l-Istat Membru fejn il-metodoloġija nazzjonali ma tkunx applikabbli). Madankollu, jekk il-kundizzjonijiet ikunu komparabbli biżżejjed, metodi applikati oħrajn jistgħu jservu bħala eżempju jew mudell (ara l-Kapitolu 3.2.7).

Jekk il-metodu jiġi modifikat matul il-perjodu ta’ programmazzjoni, l-istess modifika jenħtieġ li tapplika għall-operazzjonijiet magħżula taħt is-sejħiet imnedija wara l-modifika.

Kwalunkwe modifika fir-rigward tal-metodu nazzjonali li ntuża biex tiġi stabbilita metodoloġija skont l-Artikolu 94(2)(d) tar-RDK trid tiġi riflessa fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK permezz ta’ talba għal emenda għall-programm li jeħtieġ li tiġi approvata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni.

3.2.5.   L-użu ta’ rati fissi u metodi speċifiċi stabbiliti mir-RDK jew abbażi tiegħu jew tar-regoli speċifiċi għall-Fondi

Ir-RDK u r-regolamenti speċifiċi għall-Fondi jiddefinixxu diversi rati fissi speċifiċi, jiġifieri rati fissi kummerċjalment disponibbli. Ir-rati fissi stabbiliti fir-RDK u fir-Regolament Interreg huma diskussi iktar ’il fuq, fil-Kapitolu 2.2. L-intenzjoni hija li tingħata ċertezza legali u li jitnaqqas l-ammont ta’ xogħol inizjali jew il-ħtieġa ta’ data disponibbli biex tiġi stabbilita sistema b’rata fissa minħabba li ma hemm l-ebda rekwiżit biex isir kalkolu biex jiġu ddeterminati r-rati applikabbli. Madankollu, dawn il-metodi mhumiex adattati għat-tipi kollha ta’ operazzjonijiet.

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fil-“livell superjuri” minn deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova programm jew emenda ta’ programm kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 94(3) tar-RDK u fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK jistgħu jintużaw fil-“livell inferjuri” abbażi tal-Artikolu 53(3)(e) tar-RDK għall-programm speċifiku. Madankollu, l-SCO tista’ tintuża biss sakemm tkun imfassla biex tkopri l-kostijiet tal-benefiċjarji f’tip xieraq (jew l-istess) ta’ operazzjoni, inkella ma tkunx tikkostitwixxi indikatur affidabbli għall-kostijiet reali. Barra minn hekk, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti abbażi tal-Artikolu 94(3) tar-RDK huma speċifiċi għall-programm u ma jistgħux jintużaw awtomatikament fl-implimentazzjoni ta’ programmi oħra jew fi Stati Membri oħra. Madankollu, dawn jistgħu jintużaw mill-awtoritajiet tal-programm bħala eżempju biex jiżviluppaw l-iskemi speċifiċi għall-programm tagħhom li jeħtieġ li jiġu ppreżentati għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni.

Jistgħu jiġu stabbiliti metodi addizzjonali mir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi (għal aktar informazzjoni, ara t-tabella fil-Kapitolu 2.2.1.).

Partijiet terzi li jiġu rimborżati mill-benefiċjarji ta’ operazzjoni, mhumiex ikkonċernati mill-Artikoli 53 sa 56 tar-RDK. Dan ifisser li ma hemm l-ebda applikazzjoni diretta tad-dispożizzjonijiet tar-RDK jew tar-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi (ħlief fejn issir referenza speċifika għalihom) għal appoġġ sussegwenti mill-benefiċjarji lil partijiet terzi. Fil-każ tal-Fond għal Proġetti Żgħar tal-Interreg, huwa possibbli li l-benefiċjarju li jqassam mill-ġdid l-appoġġ lir-riċevituri finali jistabbilixxi metodoloġija għall-applikazzjoni tal-SCOs li jieħdu ispirazzjoni mir-RDK jew mir-regoli Interreg dwar l-SCOs.

3.2.6.   L-Użu tal-Għażliet ta’ Kostijiet Issimplifikati minn perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti

Huwa possibbli li jintużaw metodoloġiji stabbiliti f’perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti jekk il-kundizzjonijiet fil-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti jibqgħu rilevanti u validi għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027 (it-tip ta’ attivitajiet, il-kategoriji ta’ kostijiet koperti, eċċ.), u d-data oriġinali tkun tista’ tiġi awditjata. F’dan il-każ, l-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) jenħtieġ li tiżgura li l-metodoloġija tiġi adattata għal-leġiżlazzjoni l-ġdida applikabbli għall-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027. Jekk metodoloġija bħal din tiġi proposta fil-“livell superjuri”, l-awtorità tal-awditjar ikollha bżonn tivvalutaha f’dan il-mument (jekk il-metodoloġija tkun ġiet awditjata fil-perjodi ta’ programmazzjoni preċedenti, ix-xogħol tal-awditjar preċedenti jkun affidabbli, dment li jkun disponibbli rekord tal-awditjar adegwat).

3.2.7.   L-użu mill-ġdid/ir-riċiklaġġ tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fl-istess Stat Membru jew minn Stati Membri oħra

Il-metodoloġiji differenti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jeżistu flimkien fi Stat Membru, jiġifieri SCOs stabbiliti f’ċerti programmi nazzjonali/reġjonali jew kollha fil-livell superjuri u/jew inferjuri. Dawn il-metodoloġiji jistgħu jkunu ta’ interess għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni minn programmi oħra jew Stati Membri oħra li jixtiequ jistabbilixxu skemi simili. Madankollu, peress li huma speċifiċi għal programm (jew saħansitra speċifiċi għas-sejħa), dawn l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u l-ammonti/ir-rati korrispondenti tagħhom ma jistgħux jintużaw awtomatikament taħt programmi oħra jew minn Stati Membri oħra. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jeħtieġ li jirrieżaminaw il-metodoloġija u jadattawha, fejn meħtieġ, għall-ispeċifiċitajiet tal-programm tagħhom (it-tip ta’ attivitajiet, il-kategoriji ta’ kostijiet koperti, eċċ.). Barra minn hekk, is-sorsi tad-data, il-kalkoli u l-ammonti jeħtieġ ukoll li jiġu adattati għall-programm li taħtu se jiġu implimentati l-SCOs.

Image 28

Dawn il-kunsiderazzjonijiet jirrappreżentaw l-iżvilupp ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, kemm fil-livelli superjuri kif ukoll f’dawk inferjuri. Fil-“livell superjuri”, l-SCO l-ġdid irid jiġi vvalutat mill-awtorità tal-awditjar qabel is-sottomissjoni tiegħu lill-Kummissjoni. Meta jintuża SCO ġdid fil-livell inferjuri, huwa rrakkomandat ħafna li l-awtorità tal-awditjar tintalab il-valutazzjoni ex ante tagħha.

3.3.   Passi proċedurali lejn l-approvazzjoni tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati fil-programm (il-“livell superjuri”)

Skont l-Artikolu 94(1) tar-RDK, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm jistgħu jkunu bbażati fuq l-ammonti u r-rati stabbiliti f’deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tal-programm. L-Istati Membri jistgħu jużaw ukoll l-SCOs stabbiliti f’att delegat adottat mill-Kummissjoni (ara l-Kapitolu 4.4.)

Skont l-Artikolu 94(2) tar-RDK, l-Istati Membri jridu jippreżentaw proposta lill-Kummissjoni f’konformità mal-mudelli stabbiliti fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V jew VI tar-RDK, bħala parti mis-sottomissjoni tal-programm jew minn talba għall-emendar tiegħu. Għalhekk, tapplika l-proċedura għall-approvazzjoni jew l-emendar ta’ programm.

Image 29

Is-sottomissjoni tal-Appendiċi 1 hija meħtieġa jekk jiġu applikati l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fil-“livell superjuri”, irrispettivament mill-forma ta’ rimborż bejn l-awtorità ta’ ġestjoni u l-benefiċjarju. Is-sottomissjoni tal-Appendiċi 1 mhijiex meħtieġa jekk l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jiġu applikati esklużivament fil-“livell inferjuri” jew għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati minn att delegat. L-ammonti u l-metodi ta’ aġġustament ta’ dawn tal-aħħar huma definiti minn att delegat f’konformità mal-Artikolu 94(4) tar-RDK (ara l-Kapitolu 4.4.).

Image 30

Skambji informali mal-Kummissjoni qabel il-preżentazzjoni ta’ programm jew talba għal emenda huma rakkomandati peress li jiffaċilitaw u jaċċelleraw il-proċess tal-proċedura ta’ approvazzjoni formali.

Meta jippreżentaw l-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK, l-Istat(i) Membru/i jew il-programm Interreg se jkollhom jiddikjaraw is-sors tad-data użata għall-kalkolu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati li jipprovdu informazzjoni dettaljata dwar minn fejn ġejja d-data prodotta, miġbura u rreġistrata, fejn tinħażen, kull data limitu, u kif din tiġi vvalidata. L-awtorità tal-awditjar tivvaluta jekk id-data użata hijiex affidabbli u rilevanti, bħala parti mill-valutazzjoni tal-awditjar tagħha qabel is-sottomissjoni tal-Appendiċi 1 tal-Annessi V jew VI tar-RDK lill-Kummissjoni.

Image 31

Il-valutazzjoni ex ante pożittiva mill-awtorità tal-awditjar tal-proposti magħmula mill-Istati Membri hija prekondizzjoni għas-sottomissjoni tal-Appendiċi 1 għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni.

Id-deċiżjoni li tapprova jew temenda l-programm se tistabbilixxi t-tipi ta’ operazzjonijiet koperti mir-rimborż abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati inklużi fl-Appendiċi 1, id-definizzjoni u l-ammonti koperti minn dawk l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u l-metodi għall-aġġustament tal-ammonti.

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati approvati fi programm isiru obbligatorji u ma jibqax possibbli li l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għat-tipi ta’ operazzjonijiet ikkonċernati tiġi rimborżata f’forma differenti (eż., il-kostijiet effettivament imġarrba)

Għal aktar struzzjonijiet u eżempji dwar kif timla l-Appendiċi 1, ara l-Anness 2.

3.4.   L-adattament tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fiż-żmien (Metodu ta’ Aġġustament)

Il-metodoloġija li tistabbilixxi l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati tista’ tinkludi deskrizzjoni ta’ metodu ta’ aġġustament għall-ammonti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. L-aġġustament tal-ammonti mhuwiex obbligatorju, iżda huwa rrakkomandat ħafna, speċjalment għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati użati fuq perjodu itwal, sabiex jitqiesu l-inflazzjoni jew il-bidliet ekonomiċi (eż., fil-kostijiet tal-enerġija, fil-livelli tas-salarji, eċċ.) u biex jiġi żgurat li l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati tibqa’ indikatur affidabbli tal-kostijiet reali. Barra minn hekk, jekk – għall-SCOs użati fil-“livell superjuri” – il-metodu ta’ aġġustament jiġi inkluż fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK, l-applikazzjoni tal-aġġustament ma titqiesx bħala modifika tal-metodoloġija tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati, u ma teħtieġx emenda tal-programm.

Jenħtieġ li l-metodoloġija li tistabbilixxi l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati tinkludi biżżejjed dettalji dwar il-metodu ta’ aġġustament previst (eż., l-indiċi użat, it-twaqqit u l-frekwenza tal-aġġustament, il-formula għall-aġġustament,...).

Image 32

Prattika tajba hija li l-aġġustament jintrabat mal-indiċi speċifiku għall-kategoriji ewlenin tal-kostijiet koperti mill-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, iżda l-Istati Membri huma liberi li jistabbilixxu metodi oħra ta’ aġġustament, jekk dawn ikunu dokumentati u debitament ġustifikati.

L-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) tista’ tiddeċiedi li ma tinkludix metodu ta’ aġġustament fil-metodoloġija jekk tqis li l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati mhux se jeħtieġu aġġustament matul il-perjodu tal-applikazzjoni tagħha.

KAPITOLU 4:   L-IMPLIMENTAZZJONI TAL-GĦAŻLIET TA’ KOSTIJIET ISSIMPLIFIKATI

4.1.   Munita użata għall-SCOs stabbiliti fil-“livell superjuri”

Skont l-Artikolu 87 tar-RDK, l-ammonti kollha stabbiliti fil-programmi, irrapportati jew iddikjarati lill-Kummissjoni mill-Istati Membri huma meħtieġa li jkunu denominati f’euro. Din id-dispożizzjoni tapplika wkoll għall-Appendiċi 1 tal-Annessi V jew VI tar-RDK peress li l-appendiċi huwa parti mill-programm. Fil-prattika, dan ifisser li:

—

l-ammonti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK għandhom jiġu stabbiliti f’euro;

—

id-Deċiżjoni li tapprova l-programm jew l-emenda għall-programm trid tinkludi l-ammonti stabbiliti f’euro;

—

u l-ammonti tal-għażla tal-kostijiet issimplifikati li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet għall-ħlas għandhom ikunu denominati f’euro wkoll.

Image 33

Irrispettivament mir-riżultat tal-konverżjoni fil-livell nazzjonali, l-ammont li għandu jiġi inkluż f’applikazzjoni għal pagament lill-Kummissjoni ma jistax ikun differenti mill-ammont tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati approvat fid-deċiżjoni tal-Kummissjoni.

Image 34

Fil-każ ta’ Stati Membri li ma adottawx l-euro bħala l-munita tagħhom, dawn ir-rekwiżiti jistgħu jżidu r-riskju ta’ differenzi bejn l-ammonti li għandhom jiġu inklużi fl-applikazzjonijiet għal pagament u l-ammonti rimborżati mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni lill-benefiċjarji fil-munita nazzjonali minħabba varjazzjonijiet fir-rati tal-kambju bejn l-euro u l-munita nazzjonali.

L-Istati Membri jistgħu jimmitigaw din is-sitwazzjoni pereżempju billi jinkludu fl-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK:

—

rata tal-kambju fissa (eż., abbażi ta’ projezzjoni tar-rata tal-kambju);

—

metodu ta’ aġġustament li jipprevjeni li l-ammonti rimborżati mill-Kummissjoni f’euro jkunu differenti mill-ammonti rimborżati mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni lill-benefiċjarji (eż. aġġustament tar-rata tal-kambju użata fl-Appendiċi 1 f’każ ta’ devjazzjoni predefinita – ’il fuq jew ’l isfel – bejn ir-rata ppubblikata fil-paġna InforEuro fuq ċertu perjodu ta’ żmien u r-rata tal-kambju oriġinali fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-Appendiċi 1 lill-Kummissjoni).

4.2.   Applikazzjoni fil-ħin tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati adottati fil-programm

Il-Kummissjoni se tibda tirrimborża lill-Istat Membru abbażi ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati ladarba dawn jiġu approvati fi programm permezz ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-programm jew l-emenda tiegħu. Minn dak il-mument biss, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tinkludi l-ammonti miftiehma f’applikazzjonijiet għal pagament lill-Kummissjoni.

Madankollu, huwa possibbli li l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati diġà jkunu qed jiġu implimentati fil-livell tal-benefiċjarji qabel l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-metodoloġija ppreżentata fl-Appendiċi I tal-Annessi V u VI tar-RDK. Sakemm tiġi adottata deċiżjoni f’konformità mal-Artikolu 94(3) tar-RDK, l-awtorità ta’ ġestjoni tista’ tiddikjara lill-Kummissjoni l-ammonti li jikkorrispondu għall-kostijiet rimborżati lill-benefiċjarji mill-awtorità ta’ ġestjoni (il-“livell inferjuri”). Dan ifisser li l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jistgħu jinkludu n-nefqa tal-operazzjonijiet tal-kostijiet issimplifikati fil-kolonna B tal-applikazzjoni għall-pagament (l-Anness XXIII tar-RDK) f’konformità mal-Artikolu 91(4)(c) tar-RDK (għal aktar informazzjoni dwar l-applikazzjonijiet għall-pagament, ara l-Kapitolu 4.3). Madankollu, in-nefqa ddikjarata fil-kolonna B ma għandhiex terġa’ tiġi inkluża fil-kolonna C tal-applikazzjoni għall-pagament.

Image 35

Sa fejn ikun possibbli, biex tiġi evitata kwalunkwe inkonsistenza potenzjali bejn il-metodoloġiji approvati fiż-żewġ livelli għall-istess għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, huwa rrakkomandat li l-Istati Membri jissottomettu l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati skont l-Artikolu 94 tar-RDK u jiksbu l-approvazzjoni tal-Kummissjoni għal-livell superjuri, qabel ma jużaw l-SCOs ikkonċernati fil-“livell inferjuri”.

Wara li tiġi adottata d-deċiżjoni dwar il-programm jew l-emenda tiegħu, il-Kummissjoni se tibda tirrimborża l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għal programm abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati hawnhekk. L-awtorità ta’ ġestjoni se tinkludi dawn l-ammonti fil-kolonna C tal-applikazzjoni għall-pagament (l-Anness XXIII tar-RDK) f’konformità mal-Artikolu 91(4)(b) tar-RDK (ara wkoll il-Kapitolu 4.3.).

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni li tapprova l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati skont l-Artikolu 94 tar-RDK ma għandha l-ebda impatt fuq l-eliġibbiltà tan-nefqa, jiġifieri, l-ebda nefqa ġdida mhi se ssir eliġibbli bħala riżultat ta’ din id-deċiżjoni. Ir-regoli dwar l-eliġibbiltà tan-nefqa huma stabbiliti fir-regoli nazzjonali u fl-Artikolu 63 tar-RDK. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni għandha impatt biss fuq il-mod ta’ rimborż bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri.

4.3.   Kif tiddikjara l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fl-applikazzjonijiet għal pagament

L-Artikolu 91(3) tar-RDK jipprevedi li l-applikazzjonijiet għal pagament għandhom jiġu ppreżentati f’konformità mal-Anness XXIII tar-RDK, għal kull prijorità (objettiv speċifiku u tip ta’ azzjoni għall-programmi tal-AMIF, il-BMVI u l-ISF) u, fejn applikabbli, skont il-kategorija tar-reġjun.

Għall-SCOs użati fil- “livell superjuri” , l-ammonti kif approvati minn deċiżjoni tal-Kummissjoni msemmija fl-Artikolu 94(3) tar-RDK jew stabbiliti fl-att delegat imsemmi fl-Artikolu 94(4) tar-RDK jeħtieġ li jiġu ddikjarati fil-kolonna C tal-Anness XXIII tar-RDK.

L-ammonti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti mill-Istat Membru f’ “livell inferjuri” għar-rimborż tal-benefiċjarju mill-Istati Membri li mhumiex koperti mill-SCOs użati fil-“livell superjuri” għandhom jiġu inklużi fil-kolonna B tal-Anness XXIII tar-RDK. Skont l-Artikolu 91(4)(c) tar-RDK, għall-għotjiet rimborżati fil-forma ta’ SCOs, l-ammonti inklużi f’applikazzjoni għal pagament huma l-kostijiet ikkalkulati fuq il-bażi applikabbli (jiġifieri, l-SCO).

L-ammonti rimborżati lill-benefiċjarji għall-każijiet koperti mill-Artikolu 91(4)(b) tar-RDK, jiġifieri r-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni fil-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, irrapportati fil-kolonna C ma jistgħux jiġu inklużi fil-kolonna B biex jiġi evitat finanzjament doppju tal-istess nefqa. Hemm differenzi fil-mod kif l-SCOs jiġu ddikjarati fl-applikazzjonijiet ta’ pagament u fil-kontijiet. B’mod partikolari, fil-kontijiet l-ammont totali kollu tan-nefqa eliġibbli ddikjarata għar-rimborż huwa inkluż fil-kolonna A tal-kontijiet (jiġifieri, il-kostijiet reali, il-Finanzjament Mhux Marbut mal-Kostijiet u l-SCOs kollha, irrispettivament minn jekk humiex soġġetti għall-Artikolu 94 tar-RDK jew le).

L-ammonti approvati mid-deċiżjoni tal-Kummissjoni huma vinkolanti u, għalhekk, l-Istati Membri jridu jiddikjaraw lill-Kummissjoni l-ammonti kif approvati, jiġifieri, ma jistgħux jinkludu ammonti fl-applikazzjonijiet għal pagament li jkunu differenti minn dawk fid-deċiżjoni li tapprova l-programm (jew l-emenda tiegħu). Kwalunkwe modifika tal-ammonti li mhumiex koperti mill-metodu ta’ aġġustament fid-deċiżjoni li tapprova l-programm (jew l-emenda tiegħu), tkun teħtieġ emenda tad-deċiżjoni.

Image 36

Skont l-Artikolu 93(5) tar-RDK, l-appoġġ mill-Fondi għal prijorità fil-pagament tal-bilanċ tas-sena kontabilistika finali, ma għandux jaqbeż l-ebda wieħed mill-ammonti li ġejjin:

—

il-kontribuzzjoni pubblika ddikjarata fl-applikazzjonijiet għal pagament;

—

l-appoġġ mill-Fondi mħallsa jew li għandhom jitħallsu lill-benefiċjarji;

—

l-ammont mitlub mill-Istat Membru.

4.4.   L-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fl-atti delegati tal-Kummissjoni

Skont l-Artikolu 94(4) tar-RDK, il-Kummissjoni tista’ tadotta att delegat li jiddefinixxi fil-livell tal-Unjoni l-kostijiet unitarji, is-somom f’daqqa, ir-rati fissi, l-ammonti tagħhom u l-metodi ta’ aġġustament f’konformità mal-metodi ta’ kalkolu tal-Artikolu 94(2) tar-RDK.

Wara l-adozzjoni tal-att delegat, l-Istati Membri jistgħu jitolbu r-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programm billi jużaw l-ammonti u r-rati stabbiliti fl-att (u, jekk applikabbli, aġġustati f’konformità mal-metodi ta’ aġġustament approvati fl-att delegat); dawk l-ammonti jeħtieġ li jiġu ddikjarati fil-kolonna C tal-Anness XXIII tar-RDK. Huwa importanti li fl-implimentazzjoni tal-operazzjoni, ir-regoli tal-att delegat jiġu osservati, inter alia dawk dwar l-attivitajiet eliġibbli u r-rekord tal-awditjar. L-Istati Membri jistgħu jissottomettu l-applikazzjonijiet għall-pagament tagħhom bl-ammont korrispondenti stabbilit fl-att delegat mingħajr approvazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni.

KAPITOLU 5:   PRINĊIPJI ORIZZONTALI

5.1.   L-akkwist pubbliku u l-użu ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

Mill-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jistgħu jintużaw ukoll f’operazzjoni jew proġett li jifforma parti minn operazzjoni li tiġi implimentata mill-benefiċjarju esklużivament permezz tal-akkwist pubbliku.

L-operazzjonijiet soġġetti għal kuntratti ta’ akkwist pubbliku, jitqiesu mill-Kummissjoni bħala operazzjonijiet implimentati permezz tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi skont id-Direttiva 2009/81/KE, id-Direttiva 2014/24/UE u d-Direttiva 2014/25/UE, jew permezz tal-għoti ta’ kuntratti pubbliċi taħt il-limiti tal-istess Direttivi bbażati fuq regoli nazzjonali.

Image 37

Ma hemm l-ebda eċċezzjoni mill-użu obbligatorju tal-għażla ta’ kostijiet issimplifikati għal operazzjonijiet ta’ inqas minn EUR 200 000 li huma implimentati esklużivament permezz tal-akkwist pubbliku. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni (jew il-kumitati ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) se jkollhom jiżguraw il-kompatibbiltà bejn ir-regoli dwar l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u r-regoli tal-Unjoni u dawk nazzjonali dwar l-għoti ta’ kuntratti pubbliċi.

Il-fatt li operazzjoni ma tiġix akkwistata bis-sħiħ, ma għandux ikollu impatt fuq il-metodi ta’ kalkolu stabbiliti fl-Artikoli 53(3) u 94(2) tar-RDK, li huma l-istess għat-tipi kollha ta’ operazzjonijiet, akkwistati bis-sħiħ jew le. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jenħtieġ li jfasslu metodoloġija bbażata fuq data affidabbli suffiċjenti u jipprevedu metodi ta’ aġġustament li jiżguraw li l-ammonti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jibqgħu indikatur tal-kostijiet reali matul l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. L-aġġustament tal-ammont tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati bil-prezzijiet li jirriżultaw minn proċeduri ta’ akkwist pubbliku mogħtija fil-qafas tal-operazzjoni partikolari mhuwiex permess. Barra minn hekk, l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, inkluż kwalunkwe metodu ta’ aġġustament, iridu jiġu stabbiliti ex ante mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni u jenħtieġ li jiġu inklużi fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

5.2.   Il-kompatibbiltà tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

Jenħtieġ li jiġi enfasizzat li r-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat stabbiliti fit-Trattat huma ta’ applikazzjoni ġenerali. Dawn ir-regoli jridu jiġu rrispettati kull meta l-finanzjament ipprovdut fil-forma ta’ SCOs fil-“livell inferjuri” ikun jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107 tat-TFUE.

Għalhekk, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni (jew il-kumitati ta’ monitoraġġ għall-operazzjonijiet Interreg) iridu jiżguraw li l-kategoriji ta’ kostijiet li għalihom huma stabbiliti għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, ikunu eliġibbli kemm skont ir-regoli tal-Fondi tar-RDK kif ukoll skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Iridu jiżguraw ukoll li jiġu rrispettati l-intensitajiet massimi tal-għajnuna stabbiliti fir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u l-effett ta’ inċentiv. Fil-każ ta’ kumpens għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, l-ammont ta’ kumpens għandu jiġi rrispettat.

Ir-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat jeħtieġu notifika minn qabel lill-Kummissjoni tal-miżuri ta’ għajnuna ġodda kollha. L-Istati Membri jridu jistennew id-deċiżjoni tal-Kummissjoni qabel ma jkunu jistgħu jimplimentaw il-miżura. Ir-regolamenti ta’ eżenzjoni ta’ kategorija, jiġifieri, ir-Regolament Ġenerali ta’ Eżenzjoni ta’ Kategorija (UE) Nru 651/2014 (GBER, General Block Exemption Regulation (26)) u, fost l-oħrajn, ir-Regolament għall-Eżenzjoni Ġenerali tas-Sajd (UE) 2022/2473 (FIBER, Fisheries Block Exemption Regulation (27)), jipprevedu eżenzjonijiet mill-obbligu tal-Istati Membri li jinnotifikaw lill-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna u l-għajnuna ad hoc li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stipulati fihom. Bl-istess mod, id-deċiżjoni dwar l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (28) (“id-deċiżjoni SGEI”, services of general economic interest) tistabbilixxi l-kundizzjonijiet li taħthom, l-għajnuna mill-Istat fil-forma ta’ kumpens għal servizz pubbliku mogħti lil impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, hija eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika minn qabel. Jenħtieġ li dokumenti oħra bħal-Linji Gwida tal-Kummissjoni speċifiċi għas-settur (29) jitqiesu wkoll meta titfassal l-għajnuna mill-Istat peress li dawn jistabbilixxu l-kundizzjonijiet biex l-għajnuna mill-Istat notifikata titqies kompatibbli mas-suq intern.

Madankollu, mhux l-appoġġ kollu mogħti mill-awtoritajiet pubbliċi huwa soġġett għar-regoli tal-UE dwar l-għajnuna mill-Istat. L-ewwel nett, għandu jiġi vvalutat jekk l-appoġġ mogħti lil operazzjoni jitqiesx bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Aktar informazzjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat tista’ tinstab fl-avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat (30) li jiċċara l-fehim tal-Kummissjoni tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea. Jenħtieġ li jitqiesu wkoll id-dispożizzjonijiet tar-Regolamenti (31) dwar l-għajnuna “ de minimis ”. Għajnuna li tikkostitwixxi għajnuna “ de minimis ” ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. Għalhekk, f’każ li operazzjoni ffinanzjata mill-Fondi tar-RDK taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament “ de minimis ” rilevanti, dan ifisser li l-kontribuzzjoni mill-Fondi tar-RDK ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Għalhekk, fil-każ ta’ għajnuna “ de minimis ”, ma hemmx bżonn li tiġi vvalutata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, iżda biss ma’ dawk li huma relatati mal-Fondi tar-RDK u l-kundizzjonijiet li bihom l-appoġġ jitqies bħala għajnuna “ de minimis ”.

Il-kumpens għal servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (SGEI) jista’ wkoll ma jkunx għajnuna mill-Istat u, għalhekk, jista’ jaqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar ir-regoli għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (32) tispjega f’liema ċirkostanzi dan iseħħ.

Prinċipji ġenerali dwar il-kompatibbiltà tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati mar-regoli dwar l-għajnuna mill-istat għar-rimborż ta’ għotjiet ipprovduti mill-istati membri lill-benefiċjarji

Meta jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, l-għajnuna mill-Istat u r-regoli de minimis għandhom jiġu kkunsidrati fl-istadju tat-tħejjija tal-metodoloġija kif ukoll fl-istadju tal-għażla tal-operazzjonijiet/implimentazzjoni, skont il-każijiet individwali.

Sabiex tiġi żgurata l-konformità tal-operazzjonijiet tal-Fondi tar-RDK mal-GBER, ma’ Regolamenti oħra ta’ Eżenzjonijiet ta’ Kategorija, mad-deċiżjoni dwar is-SGEI u mal-Linji Gwida rilevanti tal-Kummissjoni, għandhom jitqiesu l-elementi li ġejjin:

—   L-eliġibbiltà tal-kostijiet koperti mill-SCOs mal-GBER u r-regoli dwar il-Fondi tar-RDK

L-ewwel nett, meta l-awtorità ta’ ġestjoni tkun trid tagħti appoġġ li jitqies li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, il-kundizzjonijiet għall-għoti tal-għajnuna jenħtieġ li jiġu vverifikati skont il-kategorija rilevanti ta’ għajnuna/dispożizzjoni ta’ eżenzjoni skont il-GBER.

Imbagħad, l-awtorità ta’ ġestjoni jenħtieġ tiżgura li, fil-qafas ta’ din il-kategorija ta’ għajnuna, il-kostijiet previsti għal operazzjoni jkunu eliġibbli, kemm abbażi tad-dispożizzjonijiet ta’ eżenzjoni rilevanti skont il-GBER, kif ukoll tar-regoli tal-Fondi tar-RDK.

F’dan ir-rigward, l-Artikolu 7(1) tal-GBER jippermetti li l-kostijiet eliġibbli skont il-GBER jiġu kkalkulati f’konformità mal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti fir-RDK, dment li l-operazzjoni tkun mill-inqas parzjalment iffinanzjata permezz ta’ fond tal-Unjoni li jippermetti l-użu ta’ dawk l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u li l-kategorija tal-kostijiet tkun eliġibbli skont l-eżenzjoni rilevanti fil-GBER.

Dan ifisser li meta tkun ġiet stabbilita għażla ta’ kostijiet issimplifikati f’konformità masr-RDK jew mar-regolamenti speċifiċi għall-Fondi, l-ammont rimborżat abbażi tal-għażla tal-kostijiet issimplifikati se jintuża għall-finijiet tal-kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, dment li l-kategorija tal-kostijiet bħala tali tkun eliġibbli skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat u li l-għajnuna tissodisfa l-kundizzjonijiet kollha tal-GBER.

Fejn jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, il-kategoriji ta’ kostijiet ikkalkulati abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, jenħtieġ li jiġu identifikati fil-metodoloġija użata biex wieħed jasal għall-ammont tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. Meta jintużaw għażliet ta’ kostijiet issimplifikati ddefiniti fir-RDK jew regoli oħra speċifiċi għall-fondi, dan jenħtieġ li jiġi żgurat mill-awtorità ta’ ġestjoni meta toħroġ sejħiet għal proposti għal operazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, billi jiġu stipulati l-kategoriji ta’ kostijiet li se jiġu ffinanzjati mill-Fondi tar-RDK għal dik l-operazzjoni u li jkunu wkoll konformi mal-GBER. Fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni jenħtieġ li jiġi ddikjarat ukoll liema kategoriji ta’ kostijiet jitqiesu eliġibbli għal dik l-operazzjoni.

Meta joħorġu sejħiet għal proposti għal operazzjonijiet li jistgħu jkunu soġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jridu jistipulaw, għall-applikanti għall-għajnuna, il-kategoriji tal-kostijiet li se jiġu ffinanzjati mill-Fondi tar-RDK għal dik l-operazzjoni, u b’hekk, jippermettu li tiġi vverifikata l-konformità tagħhom ma’ waħda mid-dispożizzjonijiet tal-GBER, jiġifieri li l-kategoriji tal-kostijiet ġew definiti kif xieraq u huma konformi mad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-GBER. Hemm kategoriji ta’ kostijiet li huma eliġibbli għal rimborż mill-fondi tar-RDK iżda li mhumiex eliġibbli skont id-dispożizzjonijiet tal-GBER.

L-Anness 3 jipprovdi eżempju dwar il-kompatibbiltà tal-SCO mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

—   L-eliġibbiltà tal-kostijiet koperti mill-SCOs bid-deċiżjoni dwar l-SGEI u r-regoli dwar il-Fondi tar-RDK

L-operazzjoni jenħtieġ li taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni kkombinat tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni dwar is-SGEI 2021/21 u d-dispożizzjonijiet rilevanti dwar il-kamp ta’ applikazzjoni tal-appoġġ fir-RDK u r-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi.

—   L-iżgurar tal-konformità mal-intensità massima tal-għajnuna jew mal-ammont massimu ta’ għajnuna skont il-GBER jew il-kumpens skont id-deċiżjoni dwar is-SGEI

Ladarba tkun ġiet stabbilita l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati f’konformità mal-Artikoli 53 sa 56 tar-RDK jew mad-dispożizzjonijiet rilevanti fir-regolamenti speċifiċi għall-Fondi, l-ammont imbagħad jintuża għall-finijiet tal-kontroll tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

L-awtoritajiet ta’ ġestjoni jridu jużaw ipoteżi raġonevoli u prudenti sabiex jiżguraw li l-ammonti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jirrappreżentaw indikatur affidabbli tal-kostijiet reali. Dan jippermetti li l-ammonti tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati li jridu jintużaw biex tiġi ffaċilitata d-dimostrazzjoni tal-konformità mal-intensità massima tal-għajnuna/ammonti ta’ għajnuna, ammonti massimi ta’ għajnuna jew livelli limiti ta’ notifika skont il-GBER jew il-livell ta’ kumpens skont id-deċiżjoni dwar l-SGEI. Il-metodoloġija se tkun soġġetta għal awditjar biex jiġi żgurat li tkun konformi mal-Fondi applikabbli tar-RDK u mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Għal eżempju, jekk jogħġbok irreferi għall-Anness 3.

—   L-iżgurar tar-rispett tal-effett ta’ inċentiv

Skont l-Artikolu 6 tal-GBER, għall-biċċa l-kbira tal-kategoriji ta’ għajnuna, il-GBER japplika biss għal għajnuna li għandha effett ta’ inċentiv. L-għajnuna titqies li għandha effett ta’ inċentiv jekk il-benefiċjarju jkun issottometta applikazzjoni bil-miktub għall-għajnuna lill-Istat Membru kkonċernat bil-kontenut meħtieġ mill-Artikolu 6(2) tal-GBER qabel ma jibda x-xogħol fuq il-proġett jew l-attività (għal għajnuna ad hoc lil impriżi kbar, japplikaw ukoll il-kundizzjonijiet addizzjonali stabbiliti fl-Artikolu 6(3) tal-GBER).

Image 38

Jekk l-appoġġ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat, hemm obbligu għall-awtoritajiet ta’ ġestjoni li jiżguraw, ex ante, li l-effett ta’ inċentiv jiġi rispettat, irrispettivament minn jekk jintużawx l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jew le. L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jiżguraw li l-benefiċjarji ma jkunu daħlu fl-ebda tip ta’ arranġamenti kuntrattwali li juru r-rieda li jwettqu operazzjonijiet anke, fin-nuqqas ta’ għajnuna. Dan il-kontroll ex ante jista’ jsir billi tintalab awtodikjarazzjoni mill-applikant għall-għajnuna li fiha jispjega li ma kienx daħal f’impenn legali sod (il-bidu tax-xogħlijiet kif definit fil-GBER qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħu. L-awtodikjarazzjonijiet jistgħu jitqiesu aċċettabbli biex jintwera l-effett ta’ inċentiv, sakemm teżisti sistema effettiva ta’ kontroll li tippermetti kontrolli aleatorji fuq dawn l-awtodikjarazzjonijiet.

Id-dispożizzjonijiet speċifiċi fil-gber u l-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

L-Artikolu 25(3)(e) tal-GBER jintroduċi rata fissa sa 20 % li tista’ tiġi applikata fi proġetti ta’ riċerka u fl-iżvilupp għall-kalkolu tal-ispejjeż ġenerali addizzjonali u spejjeż operazzjonali oħra, inkluż il-kostijiet ta’ materjali, provvisti u prodotti simili, imġarrba direttament bħala riżultat tal-proġett. L-applikazzjoni tar-rata fissa skont l-Artikolu 25(3)(e) tal-GBER hija alternattiva għall-użu tal-SCOs stabbiliti skont il-programmi ta-RDK jew fond ieħor tal-Unjoni li jippermetti l-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u mingħajr preġudizzju għalihom. Ir-rata fissa għandha tiġi applikata għall-kostijiet eliġibbli totali tal-proġetti ta’ riċerka u żvilupp imsemmija fl-Artikolu 25(3)(a) sa (d) tal-GBER. L-Istat Membru jista’ juża r-rata fissa introdotta mill-GBER għal operazzjonijiet kofinanzjati mill-Fondi tal-Politika ta’ Koeżjoni f’konformità mal-Artikolu 53(3)(c) tar-RDK bħala r-rata fissa korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni għal tip simili ta’ operazzjoni (33). Meta japplika l-metodi użati f’politiki oħra tal-Unjoni, l-Istat Membru għandu jiżgura li l-metodu jintuża fl-intier tiegħu u li l-metodu jiġi applikat għal tipi simili ta’ operazzjonijiet.

Fil-każ ta’ skema ta’ għajnuna għat-taħriġ li taqa’ taħt l-Artikolu 31 tal-GBER, huwa possibbli li tiġi applikata r-rata fissa għall-kostijiet indiretti kkalkulati abbażi tal-kostijiet diretti elenkati fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(a) tar-RDK għall-iskema ta’ għajnuna għat-taħriġ li taqa’ taħt l-Artikolu 31 tal-GBER. Sabiex tiġi żgurata l-kompatibbiltà, il-kostijiet indiretti skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 54(a) tar-RDK ikkalkulati bħala perċentwal tal-kostijiet diretti jenħtieġ li jiġu kkomputati abbażi biss tal-kategoriji ta’ kostijiet diretti definiti bħala eliġibbli fl-Artikolu 31(3) tal-GBER, filwaqt li jitqiesu l-limitazzjonijiet speċifiċi għal kull wieħed minnhom ipprovduti fl-istess dispożizzjoni tal-GBER.

5.3.   Speċifiċi għall-FEŻR u l-FSE+: finanzjament trasversali

Skont l-Artikolu 25(2) tar-RDK, meta l-FEŻR jew il-FSE+ jipprovdu appoġġ għal operazzjoni kollha jew parti minnha li l-kostjiet għaliha huma eliġibbli taħt il-Fond l-ieħor (“finanzjament trasversali”), il-finanzjament trasversali jista’ jintuża sa limitu ta’ 15 % tal-appoġġ minn dawk il-Fondi għal kull prijorità ta’ programm. Ir-regoli ta’ eliġibbiltà tal-Fond l-ieħor, jiġifieri dak li minnu joriġina l-finanzjament trasversali, japplikaw għal (parti minn) dik l-operazzjoni.

Bl-eċċezzjoni ta’ rati fissi, tista’ tintuża għażla unika ta’ kostijiet issimplifikati fir-rigward tan-nefqa eliġibbli taħt Fond jew ieħor. L-applikazzjoni tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għadha tirrikjedi li l-Istati Membri jikkonformaw mal-limitu massimu ta’ 15 %, imsemmi iktar ’il fuq.

Image 39

B’mod speċifiku, għal finanzjament b’rata fissa f’każijiet ta’ finanzjament trasversali, jenħtieġ li japplikaw rati fissi separati għal kull parti tal-operazzjoni “FSE+” u “FEŻR”. Għal operazzjonijiet simili, ir-rati fissi tal-FSE+ u tal-FEŻR se jiġu applikati rispettivament għall-partijiet tal-FSE+ u tal-FEŻR. L-użu ta’ medja taż-żewġ rati mhuwiex possibbli peress li n-nefqa jeħtieġ li tkun traċċabbli biex jiġi żgurat ir-rispett tal-limitu massimu globali ta’ 15 % għall-finanzjament trasversali. Meta ma tkun teżisti l-ebda rata għall-Fond l-ieħor għal tip simili ta’ operazzjoni (pereżempju minħabba li r-regola ma tiġix applikata għall-Fond l-ieħor jew minħabba li ma jkunx hemm operazzjonijiet simili ffinanzjati mill-Fond l-ieħor), l-awtorità ta’ ġestjoni trid tiddetermina r-rata applikabbli skont il-prinċipji legali ġenerali stabbiliti fl-Artikolu 53(3) tar-RDK u fl-Artikolu 54 tar-RDK.

Eżempju 1: Finanzjament trasversali tal-FSE+/FEŻR b’kostijiet unitarji jew somom f’daqqa

Jekk, għal operazzjoni tal-FSE+, il-kost unitarju ta’ EUR 6 fis-siegħa x trainee jinkludi x-xiri ta’ infrastruttura għal EUR 0,50 fis-siegħa eliġibbli taħt il-FEŻR, l-ammont iffinanzjat b’mod reċiproku se jkun ta’ EUR 0,50 x l-għadd ta’ “sigħat x trainee” realizzat.

L-istess prinċipju japplika għas-somom f’daqqa: jekk l-abbozz tal-baġit dettaljat ikun jinkludi xi “nefqa ta’ finanzjament trasversali”, dan jiġi kontabilizzat u mmonitorjat b’mod separat. Pereżempju, fl-ambitu ta’ somma f’daqqa ta’ EUR 20 000 iffinanzjata minn programm tal-FSE+, in-nefqa tat-tip tal-FEŻR tirrappreżenta EUR 5 000. Fi tmiem l-operazzjoni, l-ammont iffinanzjat b’mod reċiproku se jkun l-ammont definit ex ante (EUR 5 000 mill-EUR 20 000) jew “żero” jekk l-għotja ma titħallasx minħabba li l-eżitu definit minn qabel ma jkunx intlaħaq. Il-prinċipju binarju ta’ somom f’daqqa, jekk ma jiġix immitigat bl-istabbiliment ta’ stadji importanti, se japplika wkoll għal nefqa ffinanzjata b’mod reċiproku.

Eżempju 2: Finanzjament trasversali tal-FSE+/FEŻR b’finanzjament b’rata fissa

F’każ li tintuża rata fissa għall-kostijiet indiretti bbażati fuq il-kostijiet diretti, l-ammont iffinanzjat b’mod reċiproku se jkun l-ammont ta’ “kostijiet diretti ta’ finanzjament trasversali”, flimkien ma’ kostijiet indiretti kkalkulati abbażi tar-rata fissa applikabbli għal dawn l-“kostijiet diretti ta’ finanzjament trasversali”.

Pereżempju, f’operazzjoni ta’ EUR 15 000 iffinanzjata minn programm tal-FEŻR, il-kostijiet diretti tat-“tip FSE+” jirrappreżentaw EUR 3 000, u l-kostijiet indiretti huma kkalkulati bħala 15 % tal-kostijiet diretti (EUR 450). Għalhekk, l-ammont ta’ finanzjament trasversali jkun ta’ EUR 3 450. Jekk il-kostijiet diretti jitnaqqsu fi tmiem l-operazzjoni, l-ammont ta’ finanzjament trasversali (inkluż għall-kostijiet indiretti) jitnaqqas skont l-istess formula.

5.4.   Rekwiżiti relatati mal-ġbir, il-ħżin u l-pubblikazzjoni tad-data

Skont l-Artikolu 72(1)(e) tar-RDK, l-awtorità ta’ ġestjoni hija obbligata tirreġistra u taħżen elettronikament id-data dwar kull operazzjoni meħtieġa għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni, il-ġestjoni finanzjarja, il-verifiki u l-awditi f’konformità mal-Anness XVII tar-RDK.

Skont l-introduzzjoni tal-Anness XVII tar-RDK, jenħtieġ li jimtlew biss il-kampijiet tad-data li huma rilevanti għall-operazzjoni inkwistjoni. Hemm kampijiet tad-data speċifiċi għar-rimborż fil-forma ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, jew għar-rimborż tal-għotjiet lill-benefiċjarju (il-kampijiet 86–96), jew għar-rimborż tal-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-programmi (il-kampijiet 112–114).

L-informazzjoni fil-kampijiet tad-data 23 u 24 dwar il-kuntratturi, is-sidien benefiċjarji, il-kuntratti u s-sottokuntratturi tagħhom, ma għandhiex għalfejn tiġi rreġistrata u maħżuna fil-każ ta’ kostijiet indiretti koperti minn rata fissa, kost unitarju jew somma f’daqqa (34). Meta l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati tkopri kemm il-kostijiet diretti kif ukoll il-kostijiet indiretti, ir-rekwiżit li tiġi rreġistrata u tinħażen data dwar il-kuntratturi, is-sidien benefiċjarji, il-kuntratti u s-sottokuntratturi tagħhom japplika biss għall-kostijiet diretti.

Barra minn hekk, skont l-Artikolu 49(3) tar-RDK, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni jeħtieġ li jippubblikaw fuq is-sit web tagħhom lista ta’ operazzjonijiet magħżula għall-appoġġ mill-Fondi. L-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 49(3) tar-RDK jenħtieġ li tkun ibbażata fuq l-Anness XVII tar-RDK u ma għandha tinġabar l-ebda data addizzjonali għajr dik inkluża fl-Anness XVII tar-RDK għall-fini tal-Artikolu 49(3) tar-RDK. Kif imsemmi hawn fuq, l-awtoritajiet ta’ ġestjoni ma għandhomx għalfejn jirreġistraw u jaħżnu b’mod elettroniku data dwar il-kuntratturi fl-Anness XVII tar-RDK għal kostijiet indiretti koperti minn kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa. Għalhekk, l-obbligu li jiġi ppubblikat l-isem tal-kuntratturi tal-benefiċjarju stabbilit fl-Artikolu 49(3)(a) tar-RDK, ma japplikax fir-rigward tal-isem tal-kuntrattur fil-każ ta’ akkwist pubbliku għal kostijiet indiretti koperti minn għażla ta’ kostijiet issimplifikati.

5.5.   L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati u l-perjodu ta’ eliġibbiltà

It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(2) tar-RDK jipprevedi li fil-kuntest tal-kostijiet unitarji u s-somom f’daqqa, l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi għar-rimrborż iridu jitwettqu bejn id-data tas-sottomissjoni tal-programm lill-Kummissjoni jew mill-1 ta’ Jannar 2021, skont liema data tiġi l-ewwel, u l-31 ta’ Diċembru 2029. Dan ifisser li mhijiex id-data attwali tal-pagament mill-benefiċjarju tal-kostijiet effettivament imġarrba, li hija rilevanti għall-perjodu ta’ eliġibbiltà, iżda huma pjuttost l-azzjonijiet li jikkostitwixxu l-bażi għar-rimborż.

Fir-rigward tar-rati fissi, huma biss il-kategoriji ta’ kostijiet li għalihom tiġi applikata r-rata fissa (il-kostijiet bażi) – jekk ikunu bbażati fuq kostijiet reali – li jridu jiġġarrbu mill-benefiċjarju u jitħallsu f’operazzjonijiet ta’ implimentazzjoni fil-perjodu ta’ eliġibbiltà previst fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 63(2) tar-RDK. Pereżempju, jekk il-kostijiet indiretti jiġu kkalkulati fil-forma ta’ rata fissa sa 25 % tal-kostijiet diretti eliġibbli, f’konformità mal-Artikolu 54 tar-RDK, il-kostijiet bażi għall-kalkolu tar-rata fissa (il-kostijiet diretti eliġibbli tal-operazzjoni) iridu jiġġarrbu mill-benefiċjarju u jitħallsu fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet fil-perjodu ta’ eliġibbiltà, jiġifieri sal-31 ta’ Diċembru 2029.

KAPITOLU 6:   VERIFIKI U AWDITJAR TAL-ĠESTJONI

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, ħlief għall-SCOs kummerċjalment disponibbli, jeħtieġu approssimazzjoni ex ante tal-kostijiet ibbażata fuq, pereżempju, data storika jew statistika. Billi huma ammonti medji jew medjani, jew ir-riżultat ta’ metodoloġiji oħra statistikament sodi, huwa inerenti li l-SCOs jistgħu jikkumpensaw iżżejjed jew jikkumpensaw b’mod insuffiċjenti sa ċertu punt il-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarji u mħallsa fl-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet. Madankollu, dan jitqies aċċettabbli skont ir-regoli applikabbli peress li l-SCOs stabbiliti fuq metodoloġija korretta jitqiesu bħala indikatur affidabbli għall-kostijiet reali; kwalunkwe kumpens żejjed bħal dan ma jikkostitwixxix arrikkiment indebitu.

Meta jiġu applikati l-SCOs, il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni mhux se jiċċekkjaw ex post il-kostijiet effettivament imġarrba mill-benefiċjarji; huma se jivverifikaw li l-metodoloġija li tistabbilixxi l-SCO ex ante hija konformi mar-regoli applikabbli u li hija applikata b’mod korrett.

Dan il-kapitolu jiddeskrivi l-approċċ għall-verifiki tal-ġestjoni u l-awditi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

6.1.   L-approċċ ġenerali għall-verifiki u l-awditjar tal-ġestjoni

Meta jintużaw l-għażliet ta’ kostijet issimplifikati fil-“livell inferjuri”, għall-finijiet tad-determinazzjoni tal-legalità u r-regolarità tan-nefqa, kemm l-awditi tal-Kummissjoni kif ukoll dawk nazzjonali se jiċċekkjaw it-tfassil korrett tal-metodoloġija. L-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija se tiġi vverifikata matul l-awditi tal-Kummissjoni u dawk nazzjonali u l-verifiki tal-ġestjoni.

L-Artikolu 74(1)(a) tar-RDK jiddikjara li l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tivverifika li l-prodotti u s-servizzi kofinanzjati jkunu ġew ikkonsenjati, li l-operazzjoni tikkonforma mal-liġi applikabbli, il-programm u l-kundizzjonijiet għall-appoġġ tal-operazzjoni.

Barra minn hekk, l-Artikolu 74(1)(a)(ii) tar-RDK jiddikjara li għall-kostijiet rimborżati abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, l-awtorità ta’ ġestjoni għandha tivverifika li l-kundizzjonijiet għar-rimborż tan-nefqa lill-benefiċjarju jkunu ġew issodisfati.

Ir-rekwiżiti tal-Artikoli 74(1)(a) u 77(1) tar-RDK u tal-Anness XIII tar-RDK dwar il-prodotti u s-servizzi kofinanzjati li ġew ikkonsenjati u dwar jekk l-operazzjoni tikkonformax mal-liġi applikabbli ma jimplikawx li l-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni jenħtieġ li jivverifikaw jew jitolbu dokumentazzjoni tal-kostijiet sottostanti (eż., il-fatturi, id-dokumentazzjoni ta’ pagament). Il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni mhux se jkopru l-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju (eż., il-fatturi, l-irċevuti), u lanqas se jkopru l-proċeduri speċifiċi ta’ akkwist pubbliku sottostanti għan-nefqa rimborżata abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. B’konsegwenza ta’ dan, dawn id-dokumenti finanzjarji jew ta’ akkwist sottostanti ma għandhomx jintalbu bil-ħsieb li jiġu vverifikati l-ammonti (nefqa) effettivament imġarrba mill-benefiċjarju u mħallsa.

Għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati approvati mill-Kummissjoni għall- “livell superjuri” , skont l-Artikolu 94(3) tar-RDK, il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni se jkollhom l-għan esklużiv li jivverifikaw li l-kundizzjonijiet għar-rimborż mill-Kummissjoni jkunu ġew issodisfati.

Għandu jkun hemm konformità mar-regoli ta’ eliġibbiltà irrispettivament mill-forma tar-rimborż. Għalhekk, anki meta l-SCOs jintużaw f’operazzjonijiet, għandha tiġi żgurata l-eliġibbiltà tal-operazzjoni, tal-benefiċjarju u tal-parteċipanti (jekk applikabbli).

Rendikont tal-entrati

Id-dokumenti kollha meħtieġa għar-rekord tal-awditjar kif stabbilit fl-Anness XIII tar-RDK għandhom jinżammu skont l-Artikolu 69(6) tar-RDK.

L-scos u l-verifiki ta’ ġestjoni bbażati fuq ir-riskju

Skont l-Artikolu 74(2) tar-RDK, il-verifiki ta’ ġestjoni jitwettqu abbażi ta’ valutazzjoni tar-riskju mwettqa ex ante. Jekk skont il-valutazzjoni tar-riskju, l-awtorità ta’ ġestjoni jkollha tivverifika n-nefqa ddikjarata taħt SCO (l-SCOs ma għandhomx jiġu esklużi awtomatikament mill-valutazzjoni tar-riskju), il-kontrolli se jinkludu l-punti speċifiċi dettaljati f’dan il-Kapitolu.

Kunflitt ta’ interess

Il-kunflitt ta’ interess għandu jiġi indirizzat ukoll f’operazzjonijiet li jużaw l-SCOs. Tapplika l-gwida tal-Kummissjoni (35) dwar l-evitar u l-ġestjoni tal-kunflitti ta’ interess skont ir-Regolament Finanzjarju. F’dik il-gwida huma pprovduti eżempji rilevanti. L-ineliġibbiltà tan-nefqa għandha tiġi deċiża fuq bażi ta’ każ b’każ, skont il-firxa tal-kunflitt ta’ interess identifikat (l-operazzjoni kollha jew parti biss mill-operazzjoni).

Eżempju: Il-Fond Soċjali Ewropew (FSE) appoġġja proġett ta’ riċerka f’università. Il-proġett irċieva appoġġ finanzjarju għar-reklutaġġ ta’ riċerkaturi b’terminu fiss (ir-rimborż sar abbażi tal-kost unitarju standard ta’ kull xahar għal kull riċerkatur). Il-proġett ġie approvat permezz ta’ proċess ta’ għażla kompetittiv. Awditu għall-proġett kixef kunflitti ta’ interess fil-proċess tal-għażla tar-riċerkatur. Minkejja regolamenti li jeħtieġu imparzjalità, xi evalwaturi rrieżaminaw l-applikazzjonijiet fejn kienu kitbu b’mod konġunt pubblikazzjonijiet mal-applikanti, li ma ġewx żvelati jew indirizzati kif xieraq mill-Università jew mill-awtorità ta’ ġestjoni. Konsegwentement, l-awdituri identifikaw dan bħala kunflitt ta’ interessi, li jikkomprometti t-trasparenza u l-ġustizzja tal-proċess tal-għażla. L-awdituri staqsew dwar il-legalità tal-infiq iddikjarat għar-riċerkaturi involuti.

6.2.   Il-verifika tal-istabbiliment korrett tal-metodoloġija għall-għażla ta’ kostijiet issimplifikati

Il-verifika tal-metodoloġija se titwettaq fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni jew tal-korp intermedju.

L-awtorità tal-awditjar tivvaluta l-istabbiliment tal-metodoloġija ex ante jew matul l-implimentazzjoni, kif ġej:

—

Għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati użati fil-“livell superjuri” (l-Artikolu 94 tar-RDK), huwa obbligatorju li l-awtorità tal-awditjar tivvaluta l-metodoloġija ex ante, qabel is-sottomissjoni tal-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK lill-Kummissjoni. Wara l-approvazzjoni mill-Kummissjoni tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati, il-metodoloġija mhux se terġa’ tiġi awditjata mill-Kummissjoni.

—

Għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati użati fil-“livell inferjuri” (l-Artikolu 53 tar-RDK), huwa rrakkomandat ħafna li l-awtorità tal-awditjar tivvaluta l-metodoloġija ex ante u tipprovdi r-riżultat tal-valutazzjoni tagħha qabel l-implimentazzjoni. Alternattivament, l-awtorità tal-awditjar se tivvalutah matul l-implimentazzjoni, meta tawditja n-nefqa rimborżata lill-benefiċjarji abbażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. Il-valutazzjoni ex ante u l-validazzjoni tal-metodoloġija mill-awtorità tal-awditjar, jistgħu jnaqqsu r-riskju ta’ irregolaritajiet b’mod sinifikanti. Barra minn hekk, l-awtorità tal-awditjar tista’ tuża r-riżultat tal-valutazzjoni tagħha għal awditi (ta’ aċċertament) futuri, meta jittieħdu kampjuni minn operazzjonijiet li jużaw l-SCOs. Għall-programm, dan l-approċċ għandu l-vantaġġ li jipprevjeni żbalji sistemiċi li jista’ jkollhom konsegwenzi finanzjarji jekk jinqabdu matul l-implimentazzjoni biss. Jekk il-valutazzjoni ex ante titwettaq u l-awtorità tal-awditjar tasal għal konklużjoni pożittiva (jiġifieri validazzjoni formali tal-metodoloġija tal-SCO), l-awtorità tal-awditjar tista’ tuża r-riżultat tal-valutazzjoni tagħha għal awditi futuri, meta jittieħdu kampjuni tal-operazzjonijiet li fihom jintużaw l-istess SCOs.

Il-verifika tal-metodoloġija tal-SCO ġeneralment titwettaq għal programm (jew għal partijiet minnu) jew għal diversi programmi taħt ir-responsabbiltà tal-awtorità ta’ ġestjoni jew korp intermedju. Għall-SCOs abbażi tad-data tal-benefiċjarji stess f’konformità mal-Artikoli 53(3)(a)(ii) u (iii) u 53(3)(b) tar-RDK, dik il-verifika se titwettaq għal benefiċjarji speċifiċi.

Fil-prattika, l-awtorità tal-awditjar se tivverifika jekk l-għażla tal-kostijiet issimplifikati ġietx stabbilita f’konformità mar-rekwiżiti għall-metodi ta’ kalkolu speċifikati fl-Artikolu 53(3) għal “livell inferjuri” u l-Artikolu 94(2) tar-RDK għall-“livell superjuri” u d-dispożizzjonijiet rilevanti definiti mill-awtoritajiet tal-programm għal tali għażla ta’ kostijiet issimplifikati.

Il-valutazzjoni mill-awtorità tal-awditjar tal-metodoloġija żviluppata mill-awtorità ta’ ġestjoni għal kwalunkwe tip ta’ SCO se tinkludi:

—

Il-verifika li l-metodoloġija tfasslet abbażi tal-metodi deskritti fir-RDK u li hija deskritta kif xieraq;

—

Il-verifika li l-kategoriji tal-kostijiet koperti mill-SCO huma eliġibbli;

—

Il-verifika li r-rekord tal-awditjar għar-riżultati tanġibbli huwa deskritt u adegwat;

—

F’każ li tkun possibbli l-kombinazzjoni ta’ diversi SCOs u/jew kostijiet reali fl-istess operazzjoni, il-verifika li ma hemm l-ebda riskju ta’ finanzjament doppju (eż., il-kategoriji ta’ kostijiet koperti minn rati fissi huma separati b’mod ċar);

—

Jekk jiġi propost metodu ta’ aġġustament, il-valutazzjoni ta’ jekk il-metodu ta’ aġġustament huwiex rilevanti għall-SCO speċifiku u

—

Jekk l-SCO se tintuża f’operazzjonijiet li huma soġġetti għar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-kostijiet koperti mill-SCO huma eliġibbli skont ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat.

Barra minn hekk, għandhom jiġu vverifikati l-elementi li ġejjin:

 

Għall-SCOs abbażi ta’ metodu ta’ kalkolu ġust, ekwu u verifikabbli:

—

Il-verifika li l-informazzjoni dwar il-metodu ta’ kalkolu tkun dokumentata, traċċabbli faċilment u korretta;

—

Il-verifika li l-kostijiet inklużi fil-kalkoli huma rilevanti u eliġibbli;

—

Il-verifika tal-affidabbiltà/tal-preċiżjoni tad-data.

 

Għall-SCOs abbażi ta’ abbozz ta’ baġit:

—

Il-verifika li l-baġit ġie rivedut u miftiehem ex ante mill-awtorità ta’ ġestjoni. F’każ li tkun SCO ta’ “livell inferjuri”, l-awditi se jivverifikaw li l-kost totali tal-operazzjoni ma jaqbiżx EUR 200 000 jew EUR 100 000 fil-każ ta’ proġetti implimentati taħt fond għal proġetti żgħar (l-Artikolu 25 tar-Regolament Interreg)

 

Għall-SCOs abbażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikabbli fil-politiki tal-Unjoni:

—

Ir-regoli dwar l-SCOs ta’ politika korrispondenti tal-UE kienu għadhom applikabbli fil-mument tas-sejħa għal proposti (għal SCOs ta’ “livell inferjuri”) jew fil-mument tas-sottomissjoni tal-emenda tal-programm lill-Kummissjoni (għal SCOs ta’ “livell superjuri”)

—

Il-verifika li reġgħet intużat il-metodoloġija kollha

—

Il-verifika li l-SCO tintuża għal operazzjonijiet simili.

 

Għall-SCOs abbażi ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikabbli fl-Istati Membri:

—

Ir-regoli dwar l-SCOs korrispondenti tal-Istati Membri kienu għadhom applikabbli fil-mument tas-sejħa għal proposti (għal SCOs ta’ “livell inferjrui”) jew fil-mument tas-sottomissjoni tal-emenda tal-programm lill-Kummissjoni (għal SCOs ta’ “livell superjuri”);

—

Il-verifika li t-totalità tal-metodoloġija ntużat mill-ġdid;

—

Il-verifika li l-metodoloġija tal-SCO skont il-politika nazzjonali tiġi applikata taħt skemi għal għotjiet kompletament iffinanzjati mill-Istat Membru;

—

Il-verifika li l-SCO tintuża għal operazzjonijiet simili.

L-awditjar tal-metodoloġija tal-SCO jiffoka fuq il-verifika tal-konformità mad-dispożizzjonijiet tar-RDK biex tiġi stabbilita metodoloġija. L-għażla tal-metodu ta’ kalkolu tibqa’ r-responsabbiltà unika tal-awtorità ta’ ġestjoni. Jenħtieġ li l-awtorità ta’ ġestjoni żżomm ir-rekords adegwati tal-metodu ta’ kalkolu stabbilit u tkun tista’ turi l-bażi li fuqha ġew stabbiliti r-rati fissi, il-kostijiet unitarji jew is-somom f’daqqa. Ir-rekords miżmuma għad-dokumentazzjoni tal-metodu ta’ kalkolu se jkunu soġġetti għar-rekwiżiti għad-disponibbiltà tad-dokumenti stabbiliti fl-Artikolu 82 tar-RDK.

Għal rati fissi, is-somom f’daqqa u l-kostijiet unitarji li huma stabbiliti fir-Regolament dwar Dispożizzjonijiet Komuni jew fir-Regolamenti speċifiċi għall-Fondi li ma jirrikjedux kalkolu biex tiġi ddeterminata r-rata applikabbli (l-SCOs kummerċjalment disponibbli), il-verifika mill-awtorità tal-awditjar se tiffoka fuq id-definizzjoni ta’ kategoriji ta’ kostijiet (eż., kostijiet diretti, kostijiet indiretti, kostijiet diretti tal-persunal). L-awdituri se jivverifikaw li l-kategoriji ta’ kostijiet koperti mir-rati fissi kummerċjalment disponibbli huma stabbiliti jew mill-Istat Membru fir-regoli nazzjonali jew mill-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) fil-programm jew fis-sejħiet għal proposti mnedija u jiġi evitat il-finanzjament doppju.

6.3.   Il-verifika mill-awtorità ta’ ġestjoni u l-awditu tal-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija matul l-implimentazzjoni

—

Meta tintuża rata fissa, kost unitarju jew somma f’daqqa ma hemmx bżonn li jiġu ġġustifikati l-kostijiet reali tal-kategoriji tan-nefqa koperti mill-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati inkluż, fejn applikabbli, id-deprezzament u l-kontribuzzjonijiet in natura  (36).

—

Il-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat għandha titwettaq meta jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fil-“livell inferjuri”, jiġifieri bħala metodu ta’ rimborż għall-benefiċjarji (ara l-Kapitolu 6.5).

—

Ma hemm l-ebda bażi ġuridika biex jiġu vverifikati l-kostijiet effettivament imġarrba u mħallsa għall-kategoriji tal-kostijiet koperti mill-SCOs stabbiliti f’konformità mar-RDK, għalhekk ma għandhomx jintalbu dokumenti sottostanti li jiġġustifikaw il-kostijiet reali (eż., il-benefiċjarji ma għandhomx għalfejn jipprovdu fatturi għall-kostijiet reali biex jivverifikaw jekk tabilħaqq il-benefiċjarju kienx ġarrab kostijiet indiretti ta’ 15 % meta ġie applikat il-punt (b) tal-Artikolu 54 tar-RDK).

—

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-metodu stabbilit se ssir fil-livell tal-awtorità ta’ ġestjoni għall-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati użati fil-“livell superjuri” u fil-livell tal-benefiċjarju għall-għażliet ta’ kostjiet issimplifikati użati f’“livell inerjuri”.

L-awtorità ta’ ġestjoni/il-korp intermedju jivverifika l-applikazzjoni korretta tal-metodoloġija tal-SCO matul il-verifiki tal-ġestjoni. L-awtorità tal-awditjar tivverifikah matul l-awditi tagħha (l-awditi tal-operazzjonijiet, l-awditi tematiċi, l-awditi tas-sistemi).

6.3.1.   Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tar-rati fissi

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tas-sistema ta’ finanzjament b’rata fissa se tinvolvi l-verifika tal-elementi li ġejjin:

—

L-awtorità ta’ ġestjoni (jew il-kumitat ta’ monitoraġġ għall-programmi Interreg) iddefinixxiet il-kategoriji tal-kostijiet koperti mir-rata fissa u dawk li għalihom tapplika r-rata fissa (il-“kostijiet bażi”). L-awtoritajiet ta’ ġestjoni għandhom jew jipprovdu definizzjoni ċara tal-kategoriji tal-kostijiet jew jiddefinixxu lista stabbilita minn qabel tal-kategoriji kollha tal-kostijiet eliġibbli koperti mir-rata fissa u dawk li fuqhom hija bbażata r-rata fissa (u fejn rilevanti l-kategoriji l-oħra tal-kostijiet eliġibbli);

—

L-użu tar-rata fissa huwa previst fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ;

—

Il-kostijiet użati bħala l-bażi għall-kalkolu (imsejħa “kostijiet bażi”) huma eliġibbli, legali u regolari (37);

—

Ma hemm l-ebda dikjarazzjoni doppja tal-istess entrata ta’ kost (il-“bażi” għall-kalkolu jew kwalunkwe kost reali ieħor ma jinkludu l-ebda entrata ta’ kost li hija koperta mir-rata fissa). Pereżempju, jekk il-kostijiet amministrattivi huma koperti minn rata fissa għall-kostijiet indiretti, dawn ma għandhomx jiġu ddikjarati abbażi tal-kostijiet li fil-fatt iġġarrbu;

—

L-ammont iddikjarat jiġi kkalkulat b’mod korrett bl-applikazzjoni tar-rata fissa għall-“kostijiet bażi”;

—

L-ammont ikkalkolat bl-applikazzjoni tar-rata fissa jiġi aġġustat b’mod proporzjonali jekk il-valur tal-kost(ijiet) bażi li għalihom tiġi applikata r-rata fissa jkun ġie mmodifikat. Kwalunkwe tnaqqis tal-ammont eliġibbli tal-“kostijiet bażi” aċċettat wara l-verifiki tal-kategoriji tal-kostijiet eliġibbli li fuqhom tiġi applikata r-rata fissa (eż., wara korrezzjoni finanzjarja) tal-“kostijiet bażi”, se jaffettwa proporzjonalment l-ammont aċċettat għall-kategoriji tal-kostijiet ikkalkulati bl-applikazzjoni ta’ rata fissa għall-“kostijiet bażi”,

—

Jekk jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oħra fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ, matul il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet se jkollu jiġi vverifikat ukoll;

—

Jekk applikabbli, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat jiġu osservati għall-SCOs użati għar-rimborż tal-benefiċjarji (ara l-Kapitolu 6.5)

—

Il-kategoriji tal-kostjiet koperti mir-rata fissa huma meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-operazzjoni; fl-istadju tal-għażla, l-awtorità ta’ ġestjoni se tivverifika jekk il-kategoriji tal-kostijiet koperti mir-rata fissa humiex meħtieġa, abbażi tal-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni għall-finanzjament u d-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ.

Ma għandu jsir l-ebda kontroll fuq:

—

Il-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju jew dokumenti ta’ sostenn (finanzjarji) relatati għall-ammonti rimborżati abbażi ta’ rata fissa;

—

Id-dokumenti ta’ sostenn biex jiġi vverifikat li l-ammont tar-rata fissa ntefaq mill-benefiċjarju fuq il-kategorija korretta tal-kostijiet;

—

Is-sistema kontabilistika tal-benefiċjarji.

Peress li l-assistenza teknika rimborżata abbażi ta’ rata fissa (38) tiġi kkalkulata awtomatikament fl-SFC2021 abbażi tan-nefqa ddikjarata, ma hemm l-ebda kontroll li għandu jitwettaq mill-awtorità ta’ ġestjoni jew mill-awtorità tal-awditjar. It-tnaqqis fin-nefqa li jifforma l-bażi tal-kalkolu tar-rata fissa wara l-applikazzjoni tal-korrezzjonijiet finanzjarji se jaffettwa l-kalkolu awtomatiku tar-rata fissa, li jirriżulta fi tnaqqis proporzjonali tal-appoġġ għall-assistenza teknika.

6.3.2.   Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-kostijiet unitarji

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-kostijiet unitarji se tinkludi valutazzjoni biex jiġi aċċertat jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti f’termini ta’ proċess, outputs u/jew riżultati għar-rimborż tal-kostijiet ġewx issodisfati.

Il-verifika tal-applikazzjoni korretta tal-kostijiet unitarji se tinvolvi l-verifika tal-elementi li ġejjin:

—

L-użu tal-kost unitarju huwa previst fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ;

—

L-unitajiet imwassla mill-proġett fis-sens ta’ inputs kwantifikati, outputs, jew riżultati koperti mill-kost unitarju huma ddokumentati u, għalhekk, verifikabbli u reali. Il-kostijiet unitarji marbuta mal-outputs u mar-riżultati li ma nkisbux ma jistgħux jiġu ddikjarati;

—

L-ammont iddikjarat huwa daqs il-kost unitarju stabbilit immultiplikat bl-unitajiet reali mwassla mill-proġett;

—

ma hemm l-ebda dikjarazzjoni doppja tal-istess entrata ta’ kost (il-kostijiet iddikjarati taħt forom oħra ta’ rimborż ma jinkludu l-ebda entrata ta’ kost koperta mill-kost unitarju);

—

Jekk jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oħra fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ, matul il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet se jkollu jiġi vverifikat ukoll;

—

Jekk applikabbli, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu rrispettati għall-SCOs użati għar-rimborż tal-benefiċjarji (ara l-Kapitolu 6.5).

Ma għandu jsir l-ebda kontroll fuq:

—

Il-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju jew mid-dokumenti ta’ sostenn (finanzjarji) relatati għall-ammonti rimborżati abbażi tal-kostijiet unitarji;

—

Id-dokumenti ta’ sostenn biex jiġi vverifikat li l-ammont rimborżat bħala kostijiet unitarji ntefaq mill-benefiċjarju fuq il-kategorija korretta tal-kostijiet.

—

Is-sistema kontabilistika tal-benefiċjarji

6.3.3.   Il-verifika tal-applikazzjoni korretta ta’ somom f’daqqa

Fil-każ ta’ somom f’daqqa, huwa essenzjali li tinkiseb assigurazzjoni li l-outputs/ir-riżultati rrapportati jkunu reali. Il-kontroll għalhekk jikkonsisti fl-iċċekkjar tal-elementi li ġejjin:

—

L-użu tas-somma f’daqqa huwa previst fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ;

—

Il-passi miftiehma (l-istadji importanti, jekk applikabbli) tal-proġett tlestew kompletament u l-outputs/ir-riżultati twasslu f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet tal-programm għall-użu tal-SCO (l-outputs/ir-riżultati jeħtieġ li jiġu ddokumentati);

—

Ma hemm l-ebda dikjarazzjoni doppja tal-istess entrata ta’ kost (il-kostijiet iddikjarati taħt forom oħra ta’ rimborż ma jinkludu l-ebda entrata ta’ kost li hija koperta mis-somma f’daqqa);

—

Jekk jiġu stabbiliti kundizzjonijiet oħra fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ, matul il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni, l-issodisfar ta’ dawk il-kundizzjonijiet se jkollu jiġi vverifikat ukoll;

—

Jekk applikabbli, ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, għandhom jiġu rrispettati għall-SCOs użati għar-rimborż tal-benefiċjarji (ara l-Kapitolu 6.5).

Ma għandu jsir l-ebda kontroll fuq:

—

Il-kostijiet reali mġarrba mill-benefiċjarju b’rabta mal-outputs/mar-riżultati mwassla;

—

Id-dokumenti ta’ sostenn għall-kostijiet reali biex jiġi ġġustifikat li l-ammont tas-somma f’daqqa fil-fatt intefaq mill-benefiċjarju fuq it-tipi predefiniti ta’ kostijiet/attivitajiet;

—

Is-sistema kontabilistika tal-benefiċjarji.

6.4.   Il-verifika tan-nuqqas ta’ finanzjament doppju meta jintużaw l-SCOs

In-nuqqas ta’ finanzjament doppju fl-istess operazzjoni

L-aspett tal-finanzjament doppju għandu jiġi indirizzat sa mit-tfassil tal-metodoloġija billi jiġu definiti u distinti b’mod ċar il-kategoriji tal-kostijiet koperti mill-SCO u dawk rimborżati bl-użu ta’ forom oħra ta’ rimborż. Matul il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni, fil-każ ta’ kombinazzjoni ta’ SCOs, minbarra l-kontrolli meħtieġa għat-tipi individwali ta’ kostijiet issimplifikati deskritti iktar ’il fuq, il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni jeħtieġ li jikkonfermaw li l-kostijiet kollha tal-operazzjoni jiġu ddikjarati darba biss. Dan jinkludi l-verifika li l-metodoloġiji applikati jiżguraw li l-ebda nefqa ta’ operazzjoni ma tista’ tiġi ċċarġjata taħt aktar minn tip wieħed ta’ SCO u, jekk applikabbli, kategorija ta’ kostijiet (dikjarazzjoni doppja tal-kostijiet, pereżempju kemm bħala kostijiet diretti kif ukoll indiretti).

Jenħtieġ li l-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni jivverifikaw ukoll li ma hemm l-ebda dikjarazzjoni doppja tal-istess element ta’ kost, jiġifieri, li l-“kost bażi” jew kwalunkwe kost reali ieħor ma jinkludu l-ebda element ta’ kost li normalment jaqa’ taħt rata fissa. Pereżempju, il-kostijiet tal-kontabbiltà koperti minn rata fissa għall-kostijiet indiretti skont l-Artikolu 54 ma jistgħux jiġu inklużi f’kategorija oħra ta’ kostijiet, bħall-kostijiet diretti għall-għarfien espert estern jekk jinkludu wkoll kostijiet tal-kontabbiltà, sabiex jiġi evitat ir-riskju ta’ finanzjament doppju.

In-nuqqas ta’ finanzjament doppju minn fondi, programmi, u strumenti oħra tal-ue

In-nuqqas ta’ finanzjament doppju jista’ jiġi indirizzat f’livelli differenti (fil-programmazzjoni, fl-għażla jew fl-implimentazzjoni); L-Istati Membri jistgħu jfasslu (u jitolbu lill-benefiċjarji jimplimentaw) miżura adegwata biex jiġi evitat il-finanzjament doppju. F’dan il-Kapitolu, se nippreżentaw eżempji ta’ miżuri biex jiġi evitat finanzjament doppju f’kull wieħed minn dawk il-livelli.

Il-Ftehim ta’ Sħubija jeħtieġ li jkun fih il-koordinazzjoni, id-demarkazzjoni u l-komplementarjetajiet bejn il-Fondi u, fejn xieraq, il-koordinazzjoni bejn il-programmi nazzjonali u reġjonali.

Eżempju 1: Demarkazzjoni ċara

Il-Ftehim ta’ Sħubija jiddeskrivi li fl-Istat Membru rispettiv X se jiffinanzja toroq nazzjonali, filwaqt li l-programm Y se jiffinanzja toroq tal-pajjiżi jew hemm delimitazzjoni ġeografika ċara.

F’każijiet fejn il-Ftehim ta’ Sħubija ma jkunx fih delimitazzjoni ċara, allura jeħtieġ li jiġu stabbiliti miżuri adegwati fil-livell tal-Istat Membru biex jiġi evitat finanzjament doppju.

Eżempju 2: Il-verifiki fl-istadju tal-għażla

L-awtorità ta’ ġestjoni ta’ programm tipprovdi l-lista tagħha ta’ operazzjonijiet proposti għall-għażla lil awtoritajiet ta’ ġestjoni oħra fl-istess Stat Membru, u titlobhom iqabblu l-listi tagħhom stess ta’ proġetti magħżula sabiex jiġu evitati duplikazzjonijiet ċari (eż., l-istess awtorità lokali tirċievi għotjiet minn żewġ sorsi biex tikkonsolida l-istess segment tax-xatt ta’ xmara).

Eżempju 3: Il-verifiki tematiċi mill-awtoritajiet ta’ ġestjoni

Il-korp ta’ Koordinazzjoni fi Stat Membru partikolari ħoloq għodda tal-IA li tqabbel il-listi ta’ operazzjonijiet minn programmi li jippreżentaw trikkib f’oqsma ta’ finanzjament u skennjar għal benefiċjarji simili u deskrizzjoni tal-operazzjonijiet. F’każ ta’ tqabbil, huwa jwissi lill-persunal tal-awtoritajiet ta’ ġestjoni rispettivi li jipproċedi għal kontrolli addizzjonali sabiex jiġi evitat il-finanzjament doppju.

Matul rieżami tematiku tal-persunal impjegat fl-operazzjonijiet iffinanzjati permezz tal-SCOs, l-MA identifikat l-istess persuna impjegata fl-istess perjodu ta’ żmien fi tliet proġetti differenti. Għal tnejn mill-proġetti, il-kostijiet tal-persunal ġew rimborżati abbażi tal-kostijiet reali u għal proġett wieħed il-kostijiet tal-persunal ġew rimborżati abbażi tar-rati fis-siegħa. Wara li vverifikat is-sigħat iddikjarati għall-ewwel żewġ proġetti għall-persuna kkonċernata, l-MA iddeterminat li l-ammont totali ta’ ħin tax-xogħol permess skont ir-regoli nazzjonali kien inqabeż. Dan jimplika li l-persuna kkonċernata ma setgħetx ħadmet fuq proġett addizzjonali, anki jekk rimborżata abbażi ta’ rati fis-siegħa.

Skont l-Artikolu 63(9) tar-RDK, l-operazzjoni tista’ tirċievi appoġġ minn Fond wieħed jew aktar, jew minn programm wieħed jew aktar, u minn strumenti oħra tal-Unjoni, sakemm l-istess nefqa tiġi ddikjarata darba biss. In-nuqqas ta’ finanzjament doppju għandu jiġi żgurat u vverifikat anke meta r-rimborż lill-benefiċjarji jieħu l-forma tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

Eżempju 4: Il-kontrolli fil-livell tal-benefiċjarju

L-awtorità ta’ ġestjoni twettaq il-verifiki ta’ ġestjoni fil-livell ta’ benefiċjarju. L-operazzjoni tuża r-rata fissa ta’ 40 % applikata għall-kostijiet diretti tal-persunal. Bħala parti mill-kontrolli tal-awtorità ta’ ġestjoni fuq il-kostijiet tal-persunal (kostijiet bażi), id-deskrizzjoni tal-impjieg ta’ persuna tiġi vverifikata. Id-deskrizzjoni tal-impjieg issemmi li 100 % tal-attivitajiet imwettqa mill-persunal rispettiv huma għal operazzjonijiet iffinanzjati mill-FEŻR, filwaqt li l-operazzjoni vverifikata hija ffinanzjata permezz tal-FSE+.

Fl-aħħar mill-aħħar, hija r-responsabbiltà tal-Istat Membru li jfassal u jimplimenta l-miżuri meħtieġa biex jiġi evitat finanzjament doppju, f’konformità mal-Artikolu 63(9) tar-RDK. L-awditi tal-Kummissjoni se jiffukaw b’mod partikolari fuq l-iżgurar li tali miżuri jkunu fis-seħħ u, fejn dan ma jkunx il-każ, jittieħdu azzjonijiet ta’ rimedju.

Jistgħu jintużaw awtodikjarazzjonijiet mill-benefiċjarji li mhumiex se jitolbu finanzjament għall-istess tip ta’ attivitajiet minn fondi oħra jekk ikunu kkorroborati (fuq bażi ta’ każ b’każ) minn sorsi addizzjonali ta’ informazzjoni. Il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni jistgħu jinkludu tiftix fil-bażijiet tad-data nazzjonali jew Ewropej u kontrolli fuq il-miżuri ta’ pubbliċità meħuda mill-benefiċjarji fuq is-siti web u l-postijiet tagħhom.. F’każ ta’ dubju, l-awtoritajiet maniġerjali u tal-awditjar għandhom iwettqu kontrolli aktar fil-fond u jiġbru informazzjoni addizzjonali mill-benefiċjarji.

Eżempju 5: Suspett ta’ finanzjament doppju

Fil-livell ta’ benefiċjarju wieħed, ġew identifikati żewġ proġetti relatati mal-ħolqien ta’ korsija għar-roti. Dak li kien iffinanzjat mill-FEŻR kien is-suġġett ta’ awditu tal-operazzjonijiet. L-awdituri identifikaw li parti mill-korsija għar-roti ġiet sottomessa darba bħala parti mill-proġetti għall-finanzjament tal-FEŻR u darb’oħra għall-finanzjament mill-FAEŻR. Il-verifiki mwettqa mill-awtorità ta’ ġestjoni fuq talba tal-awdituri kkonfermaw li l-kostijiet għas-sinjalar kienu ffinanzjati kemm mill-FEŻR kif ukoll mill-FAEŻR, li rriżultaw f’finanzjament doppju ta’ parti mill-operazzjoni.

6.5.   Il-verifika tal-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat f’każ li jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati bħala forma ta’ rimborż

Meta jintużaw l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għar-rimborż tal-benefiċjarji, hija meħtieġa l-verifika tal-għajnuna mill-Istat u tar-regoli de minimis. Jekk l-appoġġ jitqies bħala għajnuna mill-Istat, sabiex tiġi vverifikata l-konformità mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat, il-verifiki u l-awditi tal-ġestjoni se jkopru l-elementi li ġejjin:

—   L-eliġibbiltà tal-kostijiet koperti mill-SCO skont ir-regoli tal-GBER u d-Deċiżjoni dwar l-SGEI

F’każ li japplikaw ir-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat (ara l-Kapitolu 5.2), il-kostijiet koperti mill-SCO jridu jkunu eliġibbli skont ir-regoli tal-GBER jew id-deċiżjoni dwar l-SGEI. Sabiex tiġi vverifikata l-eliġibbiltà, l-awtorità ta’ ġestjoni u l-awtorità tal-awditjar jivverifikaw li l-kategoriji tal-kostijiet identifikati fil-livell tal-metodoloġija, ippubblikati fis-sejħiet għal proposta u ddikjarati fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ huma eliġibbli skont ir-regoli tal-GBER jew id-Deċiżjoni dwar l-SGEI.

Għal operazzjonijiet li jużaw ir-rati fissi definiti minn qabel mir-Regolamenti, l-eliġibbiltà tal-kostijiet se tiġi vverifikata billi jiġi vverifikat id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ biex jiġi żgurat li kategoriji eliġibbli ta’ kostijiet biss jiġu ffinanzjati mill-operazzjoni.

—   L-intensità massima tal-għajnuna/tal-kumpens hija rispettata

Meta jkunu ġew stabbiliti l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati f’konformità mal-Artikoli 53 sa 56 tar-RDK jew id-dispożizzjonijiet rilevanti fir-regolamenti speċifiċi għall-Fondi, dan l-ammont se jintuża għall-finijiet tal-verifika tal-intensità massima tal-għajnuna jew, fil-każ ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali, il-kumpens. Għalhekk, b’mod simili għall-użu tal-kostijiet reali skont il-GBER jew id-Deċiżjoni dwar l-SGEI, l-ammont tal-għażla tal-kostijiet issimplifikati se jintuża għall-verifika tal-konformità mal-intensità massima tal-għajnuna skont il-kategorija rilevanti tal-għajnuna mill-Istat jew biex jiġi kkalkolat l-ammont ta’ kumpens skont ir-regoli tal-SGEI.

—   L-effett ta’ inċentiv huwa rispettat, skont l-Artikolu 6 tal-GBER

L-awtorità ta’ ġestjoni trid tivverifika ex ante li l-benefiċjarju jirrispetta l-effett ta’ inċentiv.

Kemm l-awtorità ta’ ġestjoni kif ukoll dik tal-awditjar se jkollhom jivverifikaw li l-benefiċjarju ma daħal fl-ebda tip ta’ arranġament kuntrattwali li juri r-rieda tiegħu li jsegwi l-proġett anki fin-nuqqas ta’ għajnuna. Dan il-kontroll jista’ jsir billi tintalab awtodikjarazzjoni mill-applikant għall-għajnuna li fiha jispjega li ma kienx daħal f’impenn legali sod (il-bidu tax-xogħlijiet kif definit fil-GBER) qabel is-sottomissjoni tal-applikazzjoni tiegħu. L-awtodikjarazzjonijiet jistgħu jitqiesu aċċettabbli biex jintwera l-effett ta’ inċentiv, sakemm teżisti sistema effettiva ta’ kontroll li tippermetti kontrolli aleatorji fuq dawn l-awtodikjarazzjonijiet.

6.6.   Każijiet ta’ frodi u nuqqasijiet serji

Kwalunkwe allegazzjoni ta’ frodi relatata ma’ operazzjonijiet iffinanzjati permezz tal-SCOs, se tiġi indirizzata jew mis-sistema nazzjonali jew, f’każ li l-Kummissjoni tirċievi tali informazzjoni, din tintbagħat lill-OLAF, lill-korpi nazzjonali ta’ investigazzjoni tal-frodi u lill-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku Ewropew, kif xieraq, u tiġi segwita bl-istess mod bħall-allegazzjonijiet ta’ frodi fejn l-SCOs ma jkunux parti mill-programm.

Id-Deċiżjoni tal-korp kompetenti, kif ukoll il-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom jiġu kkunsidrati. Madankollu, ta’ min ifakkar li kundanna finali li tassenja r-responsabbiltà kriminali lil persuna speċifika għal att frodulenti mwettaq fir-rigward tal-fondi tal-Unjoni spiss ma tkunx meħtieġa biex tiġi stabbilita irregolarità u biex isiru korrezzjonijiet finanzjarji (39).

F’każijiet fejn il-frodi taffettwa l-operazzjonijiet operazzjonijiet li jkunu qed jiġu rimborżati bl-użu ta’ SCOs, in-nefqa ddikjarata bl-użu ta’ dawk l-SCOs titqies bħala irregolari wkoll.

Jekk ikun hemm evidenza li tissuġġerixxi nuqqas serju li għalih ma jkunux ittieħdu miżuri korrettivi, il-Kummissjoni tista’ tinterrompi jew tissospendi l-pagamenti relatati rispettivament (l-Artikoli 96 u 97 tar-RDK). Meta l-Kummissjoni tikkonkludi li hemm nuqqas serju li poġġa f’riskju l-appoġġ mill-Fondi diġà mħallsa lill-programm, ikollha twettaq korrezzjonijiet finanzjarji billi tnaqqas l-appoġġ mill-Fondi għal programm (l-Artikolu 104 tar-RDK).

6.7   L-iżbalji jew l-irregolaritajiet potenzjali marbuta mal-użu tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

Is-sejbiet li jistgħu jitqiesu bħala żbalji, fil-livell tal-istabbiliment tal-metodoloġija, jinkludu dan li ġej:

—

Il-metodoloġija użata għall-kalkolu tal-SCOs ma tirrispettax il-kundizzjonijiet regolatorji (pereżempju, il-metodu użat għall-iżvilupp ta’ għażla tal-kostijiet issimplifikata ma kienx ġust, ekwu u verifikabbli). Pereżempju, il-kost unitarju għal kors ta’ taħriġ ġie stabbilit abbażi ta’ data minn 4 proġetti biss. Is-sors tad-data ma kienx ċar u r-rilevanza tal-proġetti kkunsidrati għad-data storika ma ġietx ippruvata;

—

Il-kampjun ikkunsidrat għall-kalkolu tal-SCO mhuwiex rappreżentattiv. Pereżempju, il-kost unitarju għas-salarji stabbilit kien ibbażat fuq data tal-proġett individwali li tkopri 6 xhur (minn Lulju sa Diċembru), filwaqt li kien hemm fluttwazzjoni fil-kostijiet tas-salarji matul is-sena. Il-kampjun ma tqiesx rappreżentattiv peress li ma kopriex diversi fluttwazzjonijiet fil-kostijiet tas-salarji matul sena;

—

Ir-riżultati tal-metodu ta’ kalkolu ma ntużawx b’mod korrett biex jiġu stabbiliti l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati. Pereżempju, fil-każ ta’ kost unitarju għar-rati fis-siegħa stabbiliti abbażi tal-kostijiet tal-persunal mill-perjodu ta’ programmazzjoni preċedenti, ir-riżultati tal-metodu ta’ kalkolu ġew aġġustati b’indiċi li ma kienx relatat mal-evoluzzjoni tal-kostijiet tas-salarji;

—

II-kostijiet ineliġibbli huma inklużi fil-kalkolu biex tiġi stabbilita l-għażla tal-kostijiet issimplifikati. Pereżempju, fil-każ ta’ kost unitarju għal rata fis-siegħa, li ġiet stabbilita abbażi tad-data storika, fil-kalkolu ġiet inkluża assigurazzjoni fakultattiva għall-impjegati li ma tqisitx bħala kost eliġibbli;

—

L-SCOs ġew stabbiliti u bbażati fuq l-applikazzjoni ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa u rati fissi korrispondenti applikati taħt skemi għal għotjiet iffinanzjati kompletament mill-Istat Membru għal tip simili ta’ operazzjoni, iżda l-iskema nazzjonali ma ntużatx fl-intier tagħha. Pereżempju, fil-każ ta’ kostijiet unitarji stabbiliti għall-kostijiet tas-salarji bbażati fuq ir-remunerazzjoni tal-impjegati li jaħdmu fil-qasam tal-interess pubbliku, il-liġi nazzjonali stipulat kundizzjonijiet dwar il-livell ta’ anzjanità (għadd minimu ta’ snin ta’ esperjenza) sabiex jiħi applikat il-kost unitarju. Dawn il-kundizzjonijiet ma ġewx inklużi fil-metodoloġija tal-kost unitarju.

Is-sejbiet li jistgħu jitqiesu bħala żbalji jew irregolaritajiet, fil-livell tal-applikazzjoni tal-metodoloġija, jinkludu dan li ġej:

—

Benefiċjarju ma jkunx applika l-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati stabbiliti mill-awtorità ta’ ġestjoni biex jiddikjara n-nefqa;

—

L-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati jiġu applikati b’mod retroattiv: pereżempju, il-metodoloġija biex tiġi stabbilita rata fissa nbidlet u r-rata fissa żdiedet minn 2 % għal 3 % għal proġetti magħżula ġodda. Madankollu, ir-rata fissa l-ġdida ta’ 3 % intużat għar-rimborż tan-nefqa għall-operazzjonijiet diġà magħżula.

—

Dikjarazzjoni doppja tal-istess element ta’ kost: bħala kost “bażi” (ikkalkulat abbażi tal-prinċipju tal-kost reali, tas-somma f’daqqa jew tal-kost unitarju) u bħala kostijiet eliġibbli koperti mir-rata fissa. Jekk il-kostijiet koperti minn rata fissa jiġu ddikjarati wkoll bħala kostijiet reali, l-ammont iddikjarat bħala kostijiet reali jitqies ineliġibbli.

—

Fil-każ ta’ rati fissi, meta l-“kostijiet bażi” jitnaqqsu mingħajr tnaqqis proporzjonali tal-kostijiet eliġibbli “kkalkulati” (inkluż fir-rata fissa). Jekk tinstab irregolarità fil-kategoriji tal-kostijiet eliġibbli li għalihom tiġi applikata rata fissa matul il-verifika tal-ġestjoni jew matul awditu, ir-rimborż globali taħt ir-rata fissa irid jitnaqqas ukoll.

—

F’każ ta’ somma f’daqqa, in-nuqqas ta’ dokumenti ta’ sostenn li jiġġustifikaw l-outputs, jew l-outputs iġġustifikati parzjalment biss iżda mħallsa fit-totalità tagħhom.

—

Is-somma f’daqqa li tikkorrispondi għar-riżultat tanġibbli speċifiku ġiet iddikjarata lill-Kummissjoni, iżda wara awditu, ir-riżultat tanġibbli ma jitqiesx miksub. Jekk ir-riżultat jinkiseb fi stadju aktar tard, l-ammont korrispondenti jista’ jiġi ddikjarat f’dak il-mument.

—

L-irregolaritajiet kollha li jikkonċernaw il-metodoloġiji tal-SCO u l-applikazzjoni tagħhom iridu jiġu kkoreġuti.

Eżempju 1: FEŻR

Muniċipalità tirċievi għotja għal ammont massimu ta’ EUR 1 000 000 tal-kostijiet eliġibbli għall-kostruzzjoni ta’ triq.

It-talba għall-pagament għall-proġett hija kif ġej:

Proġett 1: xogħol (proċedura ta’ akkwist pubbliku)

EUR 700 000

Proġett 2: kostijiet oħra:

EUR 300 000

Kostijiet diretti tal-persunal (tip 1)

EUR 50 000

Kostijiet diretti oħra (tip 3)

EUR 242 500

Kostijiet indiretti (tip 2)

Kostjiet diretti tal-persunal x 15 % = EUR 7 500

Kostijiet totali ddikjarati

EUR 1 000 000

In-nefqa ddikjarata mill-benefiċjarju hija vverifikata mill-awtorità ta’ ġestjoni. In-nefqa ineliġibbli tinstab fil-kostijiet diretti tal-persunal iddikjarati.

It-talba għall-pagament aċċettata hija kif ġej:

Proġett 1: xogħol (proċedura ta’ akkwist pubbliku)

EUR 700 000

Proġett 2: kostijiet oħra:

EUR 288 500

Kostijiet diretti tal-persunal (tip 1)

EUR 40 000

Kostijiet diretti oħra (tip 3)

EUR 242 500

Kostijiet indiretti (tip 2)

Kostijiet diretti tal-persunal x 15 % = EUR 6 000

Total tal-kostijiet eliġibbli wara tnaqqis pro rata:

EUR 988 500

Eżempju 2: FSE+

Irid jitħallas kost unitarju ta’ EUR 5 000 għal kull trainee li jlesti t-taħriġ.

It-taħriġ jibda f’Jannar, jispiċċa f’Ġunju u 20 persuna huma mistennija li jattendu. L-ammont tan-nefqa eliġibbli mistennija huwa ta’ 20 x EUR 5 000 = EUR 100 000. Kull xahar, il-fornitur tat-taħriġ jibgħat fattura li tikkorrispondi għal 10 % tal-għotja: EUR 10 000 fl-aħħar ta’ Jannar, EUR 10 000 fl-aħħar ta’ Frar, eċċ.

Madankollu, minħabba li l-ebda trainee ma lesta t-taħriġ qabel l-aħħar ta’ Ġunju, dawn il-pagamenti ma jistgħux jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni. Huwa biss wara li jintwera li xi persuni lestew it-taħriġ li n-nefqa rilevanti tista’ tiġi ddikjarata lill-Kummissjoni: pereżempju, jekk 15 persuna jkunu lestew it-taħriġ, allura 15 x EUR 5 000 = EUR 75 000 jistgħu jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni.


(1)  Ir-Regolament (UE) 2021/1060 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 li jistipula dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew Plus, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond għal Tranżizzjoni Ġusta u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi, is-Sajd u l-Akkwakultura u r-regoli finanzjarji għalihom u għall-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, il-Fond għas-Sigurtà Interna u l-Istrument għall-Appoġġ Finanzjarju għall-Ġestjoni tal-Fruntieri u l-Politika dwar il-Viżi (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 159).

(2)  Ara, pereżempju, il-Qorti tal-Awdituri – Simplifikazzjoni fit-twettiq tal-Politika ta’ Koeżjoni wara l-2020, Dokument Informattiv u Analitiku, Mejju 2018; Ir-Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2011, Kapitolu 6, paragrafu 30; Ir-Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2012, Kapitolu 6, paragrafu 42; Ir-Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2014, Kapitolu 6, paragrafu 79; Ir-Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2018, Kapitolu 6, paragrafu 24; Ir-Rapport Annwali tal-QEA għas-sena finanzjarja 2020, Kapitolu 5, paragrafu 23; Ir-Rapport Annwali tal-QEA li jikkonċerna s-sena finanzjarja 2021, Kapitolu 5, paragrafu 23.

(3)   https://www.eca.europa.eu/Lists/ECADocuments/BRP_Cohesion_simplification/Briefing_paper_Cohesion_simplification_MT.pdf.

(4)  Skont l-Anness V (jew VI), l-Appendiċi 1, it-Taqsima C, punt 5 tar-RDK.

(5)  Għal aktar dettalji, ara l-Kapitolu 6 ta’ dan id-dokument dwar il-Verifiki u l-Awditjar tal-Ġestjoni.

(6)  Ir-Regolament (UE) 2021/1059 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Ġunju 2021 dwar dispożizzjonijiet speċifiċi għall-mira tal-kooperazzjoni territorjali Ewropea (Interreg) appoġġata mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u mill-istrumenti ta’ finanzjament estern (ĠU L 231, 30.6.2021, p. 94).

(7)  Għall-Istati Membri li mhumiex fiż-żona tal-euro, il-konverżjoni f’EUR jenħtieġ li ssir abbażi tal-ammonti definiti fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ, billi tintuża r-rata tal-kambju ta’ kull xahar tal-Kummissjoni (InforEuro) għax-xahar li matulu jkunu ġie ffirmat id-dokument.

(8)  L-użu obbligatorju tal-SCOs japplika meta l-kontribuzzjoni tal-Unjoni għall-assistenza teknika fi Stat Membru ssir f’konformità mal-Artikolu 36(4) tar-RDK.

(9)  Madankollu, l-SCOs jistgħu jintużaw f’dawn l-operazzjonijiet għalkemm l-użu tagħhom mhuwiex obbligatorju. Għall-użu tal-SCOs f’operazzjonijiet li jirċievu għajnuna mill-Istat li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-GBER, ara wkoll il-Kapitolu 5.2.

(10)  Il-kostijiet diretti jistgħu jiġu rimborżati wkoll fil-forma ta’ SCO ieħor, eż., kost unitarju kkalkulat abbażi ta’ metodu mill-Artikolu 53(3)(a)-(d) tar-RDK. Għall-kombinazzjonijiet ta’ SCOs differenti, ara l-Kapitolu 2.5.

(11)  Il-kostijiet diretti tal-persunal jistgħu jiġu rimborżati wkoll fil-forma ta’ SCO ieħor.

(12)  Il-kostijiet diretti tal-persunal jistgħu jiġu rimborżati wkoll fil-forma ta’ kost unitarju jew somma f’daqqa (iżda mhux fil-forma ta’ rata fissa, ara l-Kapitolu 2.5).

(13)  Madankollu, mhux ir-rati fissi kollha huma kombinabbli. B’mod partikolari, ir-rata fissa tal-Artikolu 56(1) tar-RDK ma tistax tiġi kkombinata mar-rati fissi tal-Artikoli 54 jew 55(1) tar-RDK, ara l-Kapitolu 2.2.4. Għal aktar informazzjoni dwar il-kombinazzjoni tal-SCOs, ara l-Kapitolu 2.5.

(14)  Dment li l-kostijiet diretti tal-operazzjoni ma jinkludux kuntratti ta’ xogħlijiet pubbliċi jew kuntratti ta’ provvista jew servizzi li jaqbżu fil-valur il-limiti stabbiliti fl-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill jew fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. Barra minn hekk, għall-AMIF, l-ISF u l-BMVI, dik ir-rata fissa għandha tiġi applikata biss għall-kostijiet diretti tal-operazzjoni li ma tkunx soġġetta għall-akkwist pubbliku.

(15)  Is-salarji u l-allowances imħallsa lill-parteċipanti għandhom jitqiesu bħala kostijiet eliġibbli addizzjonali mhux inklużi fir-rata fissa.

(16)  L-Artikolu 22(1)(a) tar-Regolament FSE+: il-kost tax-xiri tal-ikel u/jew tal-assistenza materjali bażika, inkluż il-kostijiet relatati mat-trasport tal-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lill-benefiċjarji li jwasslu l-ikel u/jew l-assistenza materjali bażika lir-riċevitur aħħari.

(17)  Id-Direttiva 2014/24/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist pubbliku u li tħassar id-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 65).

(18)  Id-Direttiva 2014/25/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-akkwist minn entitajiet li joperaw fis-setturi tas-servizzi tal-ilma, l-enerġija, it-trasport u postali u li tħassar id-Direttiva 2004/17/KE (ĠU L 94, 28.3.2014, p. 243).

(19)  L-Artikolu 4 tad-Direttiva 2014/24/UE jirreferi għal “akkwisti li l-valur stmat tagħhom barra t-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)” li jkunu daqs jew aktar mil-limiti speċifiċi ddikjarati fiha. L-istess dispożizzjoni hija stabbilita fl-Artikolu 15 tad-Direttiva 2014/25/UE.

(20)  Il-kostijiet diretti tal-persunal jistgħu jiġu stabbiliti wkoll permezz ta’ metodoloġija differenti stabbilita fir-RDK, eż., il-kostijiet unitarji b’denominatur differenti minn 1 720 siegħa jistgħu jiġu stabbiliti abbażi tal-Artikolu 53(1)(b) u ta’ wieħed mill-metodi stabbiliti fl-Artikolu 53(3) tar-RDK.

(21)  Għal spjegazzjoni dwar it-tipi differenti ta’ kostijiet, ara l-Kapitolu 2.2.1.

(*1)  L-Artikolu 55(2) tar-RDK, jiġifieri, il-metodu ta’ 1 720 siegħa jew ir-rata fis-siegħa miksuba bid-diviżjoni tal-aktar kost tal-impjiegi gross reċenti ddokumentat fix-xahar bil-ħin tax-xogħol medju fix-xahar tal-operazzjoni

(22)  Għal appoġġ li ma jingħatax permezz ta’ sejħa għal proposti, dan jenħtieġ li jiġi ddikjarat fid-dokument ġenerali li jispeċifika l-metodoloġija tal-appoġġ.

(23)  Irrispettivament minn meta l-metodoloġija ġiet stabbilita skont l-Artikolu 53(3)(a) tar-RDK jew l-Artikolu 94(2)(a) tar-RDK, sakemm tkun qed tintuża, din trid tkun verifikabbli.

(24)  Il-baġit ippjanat (eż., minn sejħa għal proposti preċedenti) ma jistax jintuża bħala sors ta’ data għall-metodu ta’ kalkolu f’konformità mal-Artikoli 53(3)(a), 94(2)(a) tar-RDK, peress li d-data storika trid tiġi vverifikata.

Il-baġit ippjanat tal-operazzjoni speċifika jista’ jintuża għall-istabbiliment ta’ SCO abbażi ta’ abbozz ta’ baġit f’konformità mal-Artikolu 53(b) tar-RDK għal operazzjonijiet ta’ inqas minn EUR 200 000 u f’konformità mal-Artikolu 94(2)(b) tar-RDK.

(25)  Dan l-abbozz ta’ baġit għandu skop illustrattiv biss. Dan ma għandux jitqies bħala abbozz ta’ baġit dettaljat biżżejjed.

(26)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 651/2014 tas-17 ta’ Ġunju 2014 li jiddikjara li ċerti kategoriji ta’ għajnuna huma kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat (ĠU L 187, 26.6.2014, p. 1).

(27)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2473 tal-14 ta’ Diċembru 2022 li jiddikjara li ċerti kategoriji tal-għajnuna lil impriżi li huma attivi fil-produzzjoni, l-ipproċessar u l-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti tas-sajd u tal-akkwakultura huma kompatibbli mas-suq intern b’applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 327, 21.12.2022, p. 82).

(28)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2012/21/UE tal-20 ta’ Diċembru 2011 dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 106(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna mill-Istat taħt il-forma ta’ kumpens għas-servizzi pubbliċi mogħti lil ċerti impriżi inkarigati bil-ġestjoni ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L 7, 11.1.2012, p. 3.).

(29)  Ara pereżempju l-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għall-klima, il-protezzjoni ambjentali u l-enerġija (2022/C 80/01).

(30)  L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 262, 19.7.2016, p. 1).

(31)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2831 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis (ĠU L 2023/2831, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2831/oj); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 717/2014 tas-27 ta’ Ġunju 2014 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għall-għajnuna de minimis fis-settur tas-sajd u tal-akkwakultura (ĠU L 190, 28.6.2014, p. 45); Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2023/2832 tat-13 ta’ Diċembru 2023 dwar l-applikazzjoni tal-Artikoli 107 u 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea għal għajnuna de minimis mogħtija lil impriżi li jipprovdu servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU L, 2023/2832, 15.12.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2832/oj).

(32)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar regoli għall-kumpens mogħti għall-forniment ta’ servizzi ta’ interess ekonomiku ġenerali (ĠU C 8, 11.1.2012, p. 4.).

(33)  Għal aktar informazzjoni dwar il-metodu ta’ kalkolu fl-Artikolu 53(3)(c) tar-RDK, irreferi għall-Kapitolu 3.2.

(34)  Jekk jogħġbok innota li l-informazzjoni fil-kamp 23, l-informazzjoni dwar il-kuntratturi, is-sidien benefiċjarji u l-kuntratti tagħhom trid tiġi rreġistrata biss meta l-operazzjoni tiġi implimentata f’konformità mar-regoli tal-Unjoni dwar l-akkwist pubbliku (jiġifieri akkwist pubbliku ogħla mil-limiti stabbiliti fid-Direttiva 2014/24/UE jew fid-Direttiva 2014/25/UE). L-informazzjoni dwar is-sottokuntratturi taħt il-kamp 24 għandha tiġi rreġistrata fl-ewwel livell ta’ sottokuntrattar, meta tiġi rreġistrata informazzjoni dwar kuntrattur taħt il-kamp 23 biss, u għal sottokuntratti b’valur totali ta’ aktar minn EUR 50 000 biss.

(35)  Avviż tal-Kummissjoni Gwida dwar l-evitar tal-kunflitti ta’ interess u l-ġestjoni tagħhom skont ir-Regolament Finanzjarju (ĠU C 121, 9.4.2021, p. 1).eur-lex.europa.eu/legal-content/EN/TXT/PDF/?uri=CELEX:52021XC0409(01)

(36)  Il-kontribuzzjonijiet in natura msemmija fl-Artikolu 67(1) tar-RDK jistgħu jitqiesu għall-kalkolu tal-valur ta’ rata fissa, kost unitarju jew somma f’daqqa, dment li jiġi rispettat l-Artikolu 67(1) tar-RDK. Madankollu, meta tiġi applikata l-għażla tal-kostijiet issimplifikati, ma hemmx bżonn li tiġi vverifikata l-eżistenza tal-kontribuzzjonijiet in natura, u, konsegwentement, li l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 67(1) tar-RDK jiġu ssodisfati.

(37)  U kkalkulati b’mod korrett jekk iddikjarati fuq il-bażi tal-għażliet ta’ kostijiet issimplifikati.

(38)  Skont l-Artikolu 36(5) tar-RDK u l-Artikolu 27(2) tar-Regolament Interreg għall-programmi Interreg.

(39)  L-eżistenza ta’ irregolarità tippreżupponi l-għaqda ta’ tliet elementi, jiġifieri, l-ewwel nett, l-eżistenza ta’ ksur tad-dritt applikabbli, it-tieni, il-fatt li dan il-ksur jirriżulta minn att jew ommissjoni ta’ operatur ekonomiku u, it-tielet, l-eżistenza ta’ preġudizzju, reali jew potenzjali, ikkawżat lill-baġit tal-Unjoni. In-natura intenzjonali jew negliġenti tal-aġir ma tistax tiġi kkunsidrata bħala element essenzjali sabiex tiġi kkonstatata irregolarità fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni (sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-1 ta’ Ottubru 2020, Elme Messer, C-743/18, EU:C:2020:767, b’mod partikolari, il-punt 62).


ANNESS 1

Eżempji ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati

Dan l-anness jipprovdi l-eżempju ta’ għotja lil benefiċjarju li beħsiebu jorganizza seminar għal 50 parteċipant biex jippreżenta għodod ta’ implimentazzjoni ġodda. Il-persunal irid iqatta’ ammont ta’ ħin fuq l-ippjanar u l-organizzazzjoni tal-avveniment, irid jinkera post, xi kelliema jkunu jridu jiġu minn barra, u l-minuti tal-avveniment ikunu jridu jiġu ppubblikati. Hemm ukoll kostijiet indiretti relatati mal-persunal (il-kostijiet tal-kontabbiltà, id-direttur, eċċ.) u l-elettriku, il-kontijiet tat-telefown, l-appoġġ tal-IT, eċċ.

L-SCO hija stabbilita abbażi ta’ abbozz ta’ baġit, skont l-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK.

L-abbozz ta’ baġit huwa kif ġej, u l-forma tiegħu se tinżamm għall-possibbiltajiet u l-għażliet kollha sabiex id-differenzi jkunu jistgħu jidhru b’mod aktar ċar:

Kostijiet Diretti Totali

135 000

 

Total tal-Kostijiet Indiretti

15 000

Kostijiet diretti tal-persunal

90 000

 

Kostijiet indiretti tal-persunal

12 000

Kostijiet tal-kamra

12 000

 

Elettriku, telefown, eċċ.

3 000

Kostijiet tal-ivjaġġar

15 000

 

 

 

Ikliet

3 000

 

 

 

Informazzjoni / Reklami

15 000

 

 

 

Id-diversi modi kif dan il-proġett jiġi ttrattat, skont l-għażla ta’ kostijiet issimplifikati magħżula, huma deskritti iktar ’l isfel.

Possibbiltà 1: Il-kostijiet unitarji (l-Artikolu 53(1)(b) tar-RDK)

Prinċipju: in-nefqa eliġibbli kollha jew parti minnha hija kkalkulata abbażi ta’ inputs, eżiti jew riżultati kkwantifikati mmultiplikati b’kost unitarj definit minn qabel.

Għas-seminar, jista’ jiġi stabbilit kost unitarju ta’ EUR 3 000 għal kull persuna li tattendi s-seminar (abbażi tal-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK).

Il-kostijiet tal-operazzjoni jiġu jiddependu minn:

 

L-għadd massimu ta’ persuni li jattendu s-seminar = 50

 

Il-kost unitarju / il-persuna li tattendi s-seminar = EUR 3 000

 

Total tal-kostijiet eliġibbli = 50 x EUR 3 000 = EUR 150 000.

Jekk 48 persuna jattendu s-seminar, il-kost eliġibbli huwa: 48 X EUR 3 000 = EUR 144 000

Ir-rekord tal-awditjar għan-nefqa rimborżata abbażi tal-metodoloġija tal-SCO:

—

il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-valur tal-kost unitarju jenħtieġ li tiġi ddokumentata u maħżuna;

—

id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni jeħtieġ li jkun ċar dwar il-kost unitarju u l-fatturi skattaturi għall-pagament;

—

il-prova ta’ attendenza fis-seminar (skedi ta’ attendenza).

Nota:

F’dan l-eżempju, l-eliġibbiltà tal-parteċipanti ma għandhiex għalfejn tiġi vverifikata. Madankollu, kull meta l-parteċipanti fil-mira jkollhom jikkonformaw ma’ profil speċifiku, l-eliġibbiltà tagħhom jenħtieġ li tiġi vverifikata.

Ir-rekord tal-awditjar sħiħ għandu jkun konformi mal-Anness XIII tar-RDK.

Possibbiltà 2: Is-somom f’daqqa (l-Artikolu 53(1)(c) tar-RDK)

Prinċipju: in-nefqa eliġibbli kollha, jew parti minnha, ta’ operazzjoni hija rimborżata abbażi ta’ ammont wieħed stabbilit minn qabel, f’konformità ma’ termini predefiniti ta’ ftehim dwar attivitajiet u/jew outputs (li jikkorrispondu għal unità waħda). L-għotja titħallas jekk it-termini ddefiniti minn qabel tal-ftehim dwar l-attivitajiet u/jew l-eżiti jitlestew.

Tista’ tiġi stabbilita somma f’daqqa ta’ EUR 150 000 għall-organizzazzjoni tas-seminar (indipendentement min-numru ta’ parteċipanti) biex jiġu ppreżentati għodod ġodda ta’ implimentazzjoni, ikkalkulati abbażi tal-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK.

Ir-rimborż tal-operazzjonijiet jiġi jiddependi minn:

 

L-objettiv tas-somma f’daqqa = l-organizzazzjoni ta’ seminar biex jiġu ppreżentati għodod ta’ implimentazzjoni ġodda

 

Total tal-kostijiet eliġibbli = EUR 150 000

Jekk is-seminar jiġi organizzat u jiġu ppreżentati għodod ta’ implimentazzjoni ġodda, is-somma f’daqqa ta’ EUR 150 000 hija eliġibbli. Jekk is-seminar ma jiġix organizzat jew ma jiġux ippreżentati għodod ta’ implimentazzjoni ġodda, ma jitħallas xejn.

Rekord tal-awditjar għan-nefqa rimborżata abbażi ta’ metodu SCO:

—

jenħtieġ li l-metodoloġija użata sabiex tiddetermina l-valur tas-somma f’daqqa tiġi ddokumentata u maħżuna;

—

id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ jeħtieġ li jkun ċar dwar is-somom f’daqqa u l-fatturi li jiskattaw il-pagament;

—

hija meħtieġa prova tat-twassil tas-seminar u l-kontenut tiegħu (l-artikli tal-gazzetti, il-programm ta’ stedina, ir-ritratti...).

Ir-rekord tal-awditjar sħiħ għandu jkun konformi mal-Anness XIII tar-RDK.

Possibbiltà 3: Il-finanzjament b’rata fissa (l-Artikolu 53(1)(d) tar-RDK)

N.B:

l-ammonti li jirriżultaw mill-kalkoli huma arrotondati.

Prinċipju ġenerali: Kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet eliġibbli, li huma identifikati b’mod ċar minn qabel, huma kkalkulati bl-applikazzjoni ta’ perċentwal stabbilit ex ante għal kategorija waħda jew aktar ta’ kostijiet eliġibbli.

Meta tqabbel sistemi ta’ finanzjament b’rata fissa, dejjem qabbel l-elementi kollha tal-metodu, li jinsabu iktar ’l isfel, u mhux biss ir-rati fissi:

—

il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom se tiġi applikata r-rata fissa (il-“bażi”);

—

ir-rata fissa nnifisha;

—

il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli kkalkulati bir-rata fissa;

—

fejn rilevanti, il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom ma tiġix applikata r-rata fissa u li mhumiex ikkalkulati bir-rata fissa.

 

Għażla 1: Ir-regola ġenerali ta’ “finanzjament b’rata fissa”

L-Istat Membru juża l-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK biex jiddefinixxi rata fissa ta’ 47 %, li se tiġi applikata għall-kostijiet kollha tal-persunal (kemm diretti kif ukoll indiretti) biex jiġu kkalkulati l-kostijiet l-oħra tal-operazzjoni:

Il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom għandha tiġi kkalkulata r-rata biex jiġu kkalkulati l-ammonti għal kostijiet eliġibbli oħra (tip 1)

Il-kostijiet tal-persunal = 90 000 + 12 000 = EUR 102 000

Ir-rata fissa nnifisha

47 %

Kategoriji oħra ta’ kostijiet eliġibbli li se jiġu kkalkulati bir-rata fissa (tip 2)

Kostijiet oħra = 47 % tal-kostijiet tal-persunal

= 47 % X 102 000 = EUR 47 940

Kategoriji oħra ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom ma tiġix applikata r-rata u li ma jiġux ikkalkulati bir-rata fissa (tip 3)

Mhux rilevanti

= > Total tal-kostijiet eliġibbli = 102 000 + 47 940 = EUR 149 940.

Ir-rimborż tan-nefqa jiġi jiddependi minn:

Il-kostijiet tal-persunal (tip 1):

102 000

 

Kostijiet oħra (tip 2) = 47 % mill-kostijiet tal-persunal

47 940

Kostijiet diretti tal-persunal

90 000

 

(ikkalkulati)

 

Kostijiet indiretti tal-persunal

12 000

 

Total tal-kostijiet eliġibbli

149 940

(Ġeneralment ibbażati fuq il-kostijiet reali)

Ir-rekord tal-awditjar għan-nefqa rimborżata bħala SCO:

Il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom għandha tiġi applikata r-rata biex jiġu kkalkulati l-ammonti ta’ kostijiet eliġibbli oħra

Kostijiet diretti =

—

definizzjoni ċara ta’ x’inhuma l-kostijiet tal-persunal;

—

prova ta’ dawn il-kostijiet (il-karti tal-paga, l-iskedi tal-ħin jekk rilevanti, eċċ.)

Ir-rata fissa

—

Il-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-valur tar-rata fissa jenħtieġ li tiġi ddokumentata u maħżuna, inkluż il-prova tal-ħtieġa li jiġu koperti l-kategoriji tal-kostijiet kollha kkonċernati

—

id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni li jsemmi r-rata fissa.

Għażla 2: Il-finanzjament b’rata fissa għall-kostijiet indiretti

L-Istat Membru jfassal sistema b’rata fissa fejn tiġi applikata rata fissa ta’ 11,1 % għall-kostijiet diretti eliġibbli, skont l-Artikolu 53(3)(b) tar-RDK.:

Kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom għandha tiġi applikata r-rata biex jiġu kkalkulati l-ammonti għall-kostijiet indiretti eliġibbli (tip 1)

Il-kostijiet diretti eliġibbli = EUR 135 000

Ir-rata fissa

11,1 %

Il-kategoriji tal-kostijiet eliġibbli li jiġu kkalkolati bir-rata fissa (tip 2)

Il-kostijiet indiretti (ikkalkulati) = 11,1 % talkostijiet diretti eliġibbli = 11,1 % x 135 000 = EUR 14 985

Il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom ma tiġix applikata r-rata u li ma jiġux ikkalkulati bir-rata fissa (tip 3)

Mhux applikabbli peress li ma hemm l-ebda kost eliġibbli ieħor.

= > Total tal-kostijiet eliġibbli = 135 000 + 14 500 = EUR 149 500

Ir-rimborż jieħu l-forma li ġejja:

Kostijiet diretti (tip 1)

135 000

 

Kostjiet indiretti (tip 2) = 11,1 % tal-kostijiet diretti

14 985

Kostijiet diretti tal-persunal

90 000

 

(ikkalkulati)

 

Il-kostijiet tal-kamra

12 000

 

 

 

Il-kostijiet tal-ivjaġġar

15 000

 

Total tal-kostijiet eliġibbli

149 985

L-ikliet

3 000

 

 

 

L-informazzjoni / il-pubbliċità

15 000

 

 

 

(Ġeneralment ibbażati fuq il-kostijiet reali)

 

 

Ir-rendikont tal-entrati:

Il-kategoriji ta’ kostijiet eliġibbli li għalihom għandha tiġi applikata r-rata fissa biex jiġu kkalkulati l-ammonti eliġibbli

Kostijiet diretti =

—

definizzjoni ċara ta’ x’inhuma l-kostijiet diretti;

—

prova ta’ dawn il-kostijiet (il-karti tal-pagi, skedi tal-ħinijiet jekk rilevanti, il-provi tal-pubbliċità u l-fattura, il-biljetti tal-ivvjaġġar, eċċ.)

Ir-rata fissa

—

Jenħtieġ li l-metodoloġija użata biex jiġi ddeterminat il-valur tar-rata fissa tiġi ddokumentata u maħżuna

—

id-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-appoġġ għall-operazzjoni li jsemmi r-rata fissa.

 

 


ANNESS 2

Kif għandu jimtela l-Appendiċi 1 tal-Annessi V u VI tar-RDK

Il-kontribuzzjoni mill-Unjoni fuq il-bażi tal-kostijiet ta’ unità, tas-somom f’daqqa u tar-rati fissi

Mudell biex tiġi sottomessa d-data għall-kunsiderazzjoni tal-Kummissjoni (Artikolu 94)

Id-data tas-sottomissjoni tal-proposta

15 ta’ Mejju 2024

Dan l-Appendiċi mhuwiex meħtieġ meta jintużaw għażliet ta’ kostijiet issimplifikati fil-livell tal-UE stabbiliti mill-att delegat imsemmi fl-Artikolu 94(4) tar-RDK.

A.   Sommarju tal-elementi ewlenin

Prijorità

Fond

Objettiv speċifiku

Kategorija tar-reġjun

Il-proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha se tiġi applikata l-SCO f’%

Tip(i) ta’ operazzjonijiet koperti

L-indikatur li jwassal għar-rimborż

L-unità tal-kejl għall-indikatur li jiskatta r-rimborż

It-tip ta’ SCO

(kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi)

Ammont (f’EUR) jew perċentwal (fil-każ ta’ rati fissi) tal-għażla tal-SCO

 

 

 

 

 

Kodiċi1 (1)

Deskrizzjoni

Kodiċi2 (2)

Deskrizzjoni

 

 

 

2

FEŻR

RSO2.2.

Inqas żviluppati

0,15 %

053. Is-Sistemi tal-Enerġija Intelliġenti (inkluż il-grilji intelliġenti u s-sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat

Tagħmir għall-ħżin tal-enerġija

 

Il-kapaċità tat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija installat

kWh

Kost unitarju

EUR 100 = kost unitarju għal kull kWh ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija tal-fosfat ferriku tal-litju

EUR 70 = kost unitarju għal kull kWh ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija tal-jon tal-litju

2

CF

RSO2.2.

 

0,10 %

053. Is-Sistemi tal-Enerġija Intelliġenti (inkluż il-grilji intelliġenti u s-sistemi tal-ICT) u l-ħżin relatat

Tagħmir għall-ħżin tal-enerġija

 

Il-kapaċità tat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija installat

kWh

Kost unitarju

EUR 100 = kost unitarju għal kull kWh ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija tal-fosfat ferriku tal-litju

EUR 70 = kost unitarju għal kull kWh ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija tal-jon tal-litju


A –

Sommarju tal-elementi ewlenin

It-tabella fil-parti A tal-Appendiċi 1 tal-Anness V jew l-Anness VI tar-RDK tiġbor fil-qosor l-informazzjoni pprovduta fil-parti B għal kull SCO.

Fl-SFC, il-parti A tal-Appendiċi 1 awtomatikament tieħu l-informazzjoni mill-parti B u toħloq it-tabella sommarja mqassma skont il-Prijorità/il-Fond/il-Kategorija ta’ Reġjun/l-Objettiv Speċifiku/it-Tip ta’ Operazzjoni u l-Indikatur li jiskatta r-rimborż. Għalhekk, l-għadd ta’ linji fit-tabella A se jiddependi fuq il-partikolarità tal-iskema/i tal-SCO li huma inklużi fl-Appendiċi 1.

Fl-SFC, hemm erba’ kampijiet li jeħtieġ li jiġu introdotti manwalment fil-Parti A, jiġifieri:

—

Il-proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha se jiġi applikat l-SCO: L-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta hija fil-livell ta’ kull linja tal-Parti A (ara, iktar ’il fuq, kull linja tista’ tikkorrispondi). Jekk ikun hemm diversi linji għall-istess SCO f’assi prijoritarju, allura s-somma ta’ dawn il-linji kollha trid tkun ugwali għall-proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha se tiġi applikata l-SCO.

—

Il-kodiċi għat-tip ta’ operazzjoni(jiet) koperta/i: Jekk jogħġbok, agħżel il-kodiċi tal-Qasam/Oqsma ta’ Intervent li għalih(om) se tapplika l-SCO. L-għażla ssir mil-lista tal-Kodiċijiet tat-Tipi tal-Operazzjoni fl-Anness I tar-RDK] li fiha l-kodiċijiet kollha tal-Qasam ta’ Intervent (u d-deskrizzjoni tagħhom) validi għall-Objettiv Speċifiku, il-Fond u li huma magħżula fit-Tabella 4 għal dik il-Prijorità, il-Fond, il-Kategorija tar-Reġjun, u l-Objettiv Speċifiku. Għall-AMIF, il-BMVI u l-ISF, l-għażla ssir mil-lista tal-kodiċijiet tal-qasam ta’ intervent fl-Anness VI tar-Regolamenti AMIF, BMVI u ISF.

Jekk skema tal-SCO tapplika għat-tipi kollha/għal għadd sinifikanti ta’ interventi fil-programm, agħżel tip wieħed ta’ intervent fil-Parti A (jekk possibbli, l-aktar wieħed rilevanti għall-iskema tal-SCO) u indika, fil-parti B (taħt id-Deskrizzjoni tal-operazzjonijiet), it-tipi l-oħra kollha ta’ interventi koperti mill-iskema tal-SCO.

—

Il-kodiċi għall-indikatur li jiskatta r-rimborż: Dan il-kamp huwa obbligatorju meta l-SCO tuża indikaturi komuni. L-indikatur jeħtieġ li jintgħażel mil-lista li tinżel li fiha l-kodiċijiet komuni kollha tal-Indikaturi (u d-deskrizzjoni tagħhom), l-Output u r-Riżultat, diġà użati fit-Tabelli 2 u 3, għall-kombinazzjoni tal-Prijorità, il-Fond, il-Kategorija ta’ Reġjun, u l-Objettiv Speċifiku).

Il-kamp għandu jitħalla vojt f’każ li l-SCO juża indikaturi speċifiċi għall-programm.

—

SCO mhux applikabbli: Huwa possibbli li Objettiv Speċifiku wieħed ikopri diversi Prijoritajiet u/jew Fondi u/jew Kategoriji ta’ reġjun, iżda wħud minn dawn il-Prijoritajiet u/jew Fond u/jew Kategoriji ta’ reġjun mhumiex ikkonċernati minn skema tal-SCO proposta fl-Appendiċi 1. Madankollu, il-Parti A tal-Appendiċi 1 se toħloq linji separati għal kull Prijorità/Fond/Kategorija ta’ reġjun kopert/a mill-Objettiv Speċifiku partikolari (jiġifieri, anki għal dawk li mhumiex parti mill-iskema tal-SCO). F’każ bħal dan, immarka l-kaxxa fil-kolonna tal-SCO bħala mhux applikabbli għal dawk il-Prijoritajiet/Fondi/Kategoriji ta’ reġjun li għalihom l-iskema tal-SCO ma tapplikax.


B –

Id-dettalji skont it-tip ta’ operazzjoni (għandhom jimtlew għal kull tip ta’ operazzjoni)

Mistoqsija

Osservazzjonijiet

Eżempju

1.

Id-deskrizzjoni tat-tip ta’ operazzjoni, inkluż l-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni

Jenħtieġ li l-operazzjonijiet jiġu deskritti b’mod ċar u jinkludu l-elementi kollha, jiġifieri l-attivitajiet eliġibbli, il-benefiċjarji, l-outputs mistennija, it-tul ta’ żmien kif ukoll il-kontribuzzjoni tal-operazzjoni għall-kisba tal-objettivi tal-programm. L-iskeda ta’ żmien għall-implimentazzjoni jenħtieġ li tiġi indikata wkoll, jiġifieri, id-data tal-bidu prevista tal-għażla tal-operazzjonijiet u d-data finali prevista għat-tlestija tagħhom. Barra minn hekk, jenħtieġ li tiġi pprovduta informazzjoni rilevanti biex jintwera li l-operazzjonijiet ma tlestewx fiżikament/ma ġewx implimentati bis-sħiħ.

Jenħtieġ li l-informazzjoni tkun konsistenti mal-Parti A – Tip(i) ta’ operazzjonijiet koperti. Jekk applikabbli, tinsiex tindika l-kampijiet kollha tal-interventi fil-programm kopert mill-iskema tal-SCO (ara, iktar ’il fuq, l-ispjegazzjonijiet fil-Parti A – Kodiċi għat-Tip(i) ta’ operazzjoni kopert(i)).

FEŻR

L-appoġġ għall-installazzjoni ta’ apparati individwali għall-ħżin tal-enerġija għall-konsumaturi (unitajiet domestiċi) li biħsiebhom jipproduċu l-elettriku għall-ħtiġijiet tal-unità domestika. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-attivitajiet se tħeġġeġ lill-unitajiet domestiċi jadottaw soluzzjonijiet għall-elettriku prodott minn sorsi ta’ enerġija rinnovabbli.

Huwa ppjanat li l-appoġġ jingħata lill-unitajiet domestiċi li huma sidien ta’ bini residenzjali b’appartament wieħed jew bini bil-ġonna (dar bi ġnien), li huma rreġistrati fir-Reġistru tal-Proprjetà Immobbli nazzjonali u li jkunu installaw impjant tal-enerġija solari jew eolika jew ikollhom l-intenzjoni li jinstallaw impjant tal-enerġija solari jew eolika sad-data tat-talba għar-rimborż.

L-operazzjoni se tikkontribwixxi għall-kisba tal-objettivi skont l-SO 2 tal-prijorità 2 tal-programm 2021–2027 – il-miżura tal-“Promozzjoni tal-ġenerazzjoni tal-elettriku mir-RES u l-użu ta’ soluzzjonijiet għall-ħżin tal-enerġija fid-djar”.

Id-data mistennija tal-bidu u tat-tlestija tal-għażla ta’ din l-azzjoni hija minn Q3 2024 sa Q2 2028.

2.

Objettiv(i) speċifiku/speċifiċi

L-objettiv speċifiku jenħtieġ li jkun konformi mat-tipi ta’ operazzjoni(jiet) kopert(i).

FEŻR

RSO 2.2

3.

L-indikatur li jwassal għar-rimborż

L-indikatur jenħtieġ li jkun rilevanti għat-tip ta’ operazzjonijiet u jenħtieġ li jkun ċar, miżurabbli u sempliċi.

L-indikaturi jistgħu jkunu:

—

Abbażi tat-tip ta’ kost: ifformulati f’termini ta’ kategoriji ta’ kostijiet li għalihom tiġi applikata l-SCO;

—

Abbażi tal-proċess: l-indikaturi fformulati f’termini ta’ unitajiet ta’ input;

—

Abbażi tar-riżultati (jew abbażi tal-eżitu): l-indikaturi fformulati f’termini ta’ riżultati/eżiti/riżultati tanġibbli miksuba fl-operazzjoni.

N.B:

kull meta jkun possibbli, huwa rrakkomandat li jiġu stabbiliti indikaturi “umbrella” biex tiġi evitata l-multiplikazzjoni tal-indikaturi użati.

Eżempju: minflok ma jiġu stabbiliti tliet indikaturi differenti – il-kapaċità tal-pompi mill-arja għall-ilma installati; il-kapaċità tal-pompi tas-sħana tal-gass installati, il-kapaċità tal-pompi mill-ilma għall-ilma – tista’ tistabbilixxi indikaturi wieħed biss – il-kapaċità tal-installazzjonijiet li jiġġeneraw is-sħana fid-djar u tiddefinixxi tliet ammonti differenti għal kull installazzjoni.

FEŻR

—

il-kapaċità tat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija installat;

—

abitazzjonijiet (akkomodazzjoni soċjali) bi prestazzjoni mtejba fl-użu tal-enerġija;

—

id-dijanjożi diġitali ta’ SME mwettqa;

—

rapporti ta’ konsulenza maħruġa u approvati;

—

Il-parteċipazzjoni tal-SMEs f’fieri internazzjonali;

—

impjegati tal-SMEs imħarrġa li jiksbu ċertifikat ta’ tlestija.

FSE+

—

is-sigħat imwettqa mill-ħarrieġ;

—

is-sigħat segwiti/kompluti mit-trainee;

—

persuna li qed tfittex impjieg involuta fis-servizzi tal-impjiegi;

—

student li lesta b’suċċess il-kors ta’ taħriġ.

Il-fondi kollha

—

il-kostijiet diretti tal-persunal biex jiġu kkalkulati l-kostijiet indiretti jew il-kostijiet eliġibbli l-oħra kollha tal-operazzjoni (eż., l-ivvjaġġar, l-akkomodazzjoni, eċċ.)

4.

L-unità tal-kejl għall-indikatur li jiskatta r-rimborż

L-unità tal-kejl jenħtieġ li tikkorrispondi mal-indikatur u tkun rilevanti għat-tip ta’ operazzjonijiet.

FEŻR:

—

kilowatt-siegħa (kWh)

—

numru (ta’ abitazzjonijiet, rapporti ta’ konsulenza/SMEs, impjegati eċċ.)

FSE+

—

numru (ta’ sigħat, trainees, persuni, eċċ.)

5.

Skala standard ta’ kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa

Għandu jikkorrispondi għat-tip ta’ SCO żviluppat.

FEŻR:

Kost unitarju

FSE+

Kost unitarju

6.

Ammont għal kull unità ta’ kejl jew perċentwal (għal rati fissi) tal-SCO

Għandhom jiġu pprovduti l-ammont(i) individwali jew ir-rata fissa tal-SCO.

N.B:

Fil-każ ta’ indikaturi “umbrella”, il-kamp jenħtieġ li jkun fih l-ammont(i) għal kull tip ta’ riżultat individwali kopert mill-SCO.

FEŻR:

EUR 100 = kost unitarju għal kull kWh ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija tal-fosfat ferriku tal-litju

EUR 70 = kost unitarju għal kull kWh ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija tal-jon tal-litju

7.

Il-kategoriji ta’ kostijiet koperti mill-kost unitarju, somma f’daqqa jew rata fissa

Ipprovdi deskrizzjoni ċara tal-kategoriji tal-kostijiet koperti mill-SCO biex jiġi żgurat li ma jseħħ l-ebda finanzjament doppju tal-kostijiet (speċjalment fil-każ tal-kombinazzjoni tal-SCOs).

FEŻR:

Il-kost unitarju se jkopri l-kategoriji ta’ kostijiet li ġejjin: il-kost tax-xiri ta’ tagħmir għall-ħżin tal-enerġija, ix-xiri tal-aċċessorji meħtieġa biex jiġi installat it-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija (ċarġer/invertitur ibridu, eċċ.), il-kost tal-installazzjoni.

8.

Dawn il-kategoriji ta’ kostijiet ikopru n-nefqa eliġibbli kollha għall-operazzjoni? (I/L)

Dan huwa kamp li jeħtieġ risposta Iva/Le

Jekk mhux il-kostijiet kollha huma koperti mill-SCO, iddeskrivi fil-kamp 7 liema kategoriji ta’ kostijiet huma mitluba minbarra dawk koperti mill-SCO.

FEŻR:

Iva

9.

Metodu ta’ aġġustament(i)

Indika l-frekwenza, id-data limitu u t-twaqqit tal-aġġustament(i) u referenza ċara għal indikatur speċifiku.

Spjega s-sorsi li hija bbażata fuqhom (il-leġiżlazzjoni nazzjonali jew oħra, inkluż il-ħolqa għas-sit web fejn jiġi ppubblikat dan l-indikatur, jekk applikabbli) u meta jibda l-użu tal-ammont aġġustat.

FEŻR:

Il-kostijiet unitarji għandhom jiġu aġġornati darba fis-sena qabel it-tmiem tal-ewwel trimestru tas-sena N, bil-kundizzjonijiet li ġejjin:

—

it-teħid inkunsiderazzjoni tal-bidla fir-rata tal-VAT prevista mil-Liġi dwar il-VAT;

—

skont il-bidliet tal-Indiċi tal-Prezzijiet għall-Konsumatur (CPI) ippubblikat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika. Il-perċentwal ta’ żieda/tnaqqis jiġi kkalkulat billi titqies il-bidla fl-indiċi matul il-perjodu bejn l-aħħar xahar ta’ aġġustament tal-kostijiet unitarji u x-xahar tar-reviżjoni.

Il-kostijiet unitarji kkalkulati mill-ġdid se jiġu applikati għall-operazzjonijiet taħt is-sejħiet imnedija wara l-aġġustament.

10.

Verifika tal-kisba tal-unitajiet

—

iddeskrivi liema dokument(i)/sistema se jintużaw biex tiġi vverifikata l-kisba tal-unitajiet ikkonsenjati;

—

iddeskrivi x’se jiġi ċċekkjat matul il-verifiki tal-ġestjoni u minn min;

—

iddeskrivi x’arranġamenti se jsiru biex tinġabar/jinġabru u tinħażen/jinħażnu d-data/id-dokumenti rilevanti.

Iddeskrivi b’mod ċar id-dokument(i)/is-sistema/i użata/i għall-verifika; il-korpi li għandhom iwettqu u jiddokumentaw li għandhom jiġu kkontrollati matul il-verifika tal-ġestjoni; l-arranġamenti għall-ġbir u l-ħżin tad-data rilevanti.

FEŻR:

Biex jinkiseb pagament abbażi tal-kostijiet unitarji, se jinġabru d-dokumenti ta’ sostenn li ġejjin:

—

il-ġustifikazzjoni tal-akkwist u l-installazzjoni ta’ tagħmir u akkwiżizzjoni (trasferiment – riċeviment ta’ tagħmir; dikjarazzjoni mill-kuntrattur tal-kwalità tax-xogħlijiet imwettqa skont ir-rekwiżiti tal-leġiżlazzjoni li tirregola l-installazzjoni tat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija);

—

dettalji tekniċi tal-apparat (il-Passaport tal-Installazzjoni u/jew l-ispeċifikazzjoni teknika) li għandhom jispeċifikaw it-tip ta’ installazzjoni mixtrija (fosfat ferriku tal-litju jew jon tal-litju) u l-kapaċità.

Il-MA se twettaq il-verifiki ta’ ġestjoni skont il-proċeduri fis-seħħ. Id-dokumenti rilevanti se jinħażnu f’konformità mad-deskrizzjoni tas-sistema ta’ ġestjoni u kontroll u se jkunu disponibbli fis-sistema elettronika ta’ monitoraġġ tal-programm.

11.

L-inċentivi perversi possibbli, il-miżuri ta’ mitigazzjoni u l-livell stmat ta’ riskju (għoli/medju/baxx)

Spjega kif l-użu tal-SCOs jista’ jaffettwa b’mod negattiv l-implimentazzjoni tal-operazzjonijiet (kontra l-użu tal-kost reali) billi tindika x’inhu l-livell ta’ riskju (baxx/medju/għoli), kif ukoll liema miżuri ta’ mitigazzjoni huma ppjanati li jiġu applikati.

F’każ ta’ kombinazzjoni ta’ SCOs, dejjem se jkun hemm riskju ta’ finanzjament doppju – iddeskrivi l-miżuri biex jittaffa r-riskju.

FEŻR:

Jista’ jkun hemm soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda fis-suq li jwasslu għal bidliet sinifikanti fil-kost tat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija jew il-ħtieġa li jiġu kkombinati diversi teknoloġiji, li se jirrikjedu reviżjoni tar-rati.

Livell ta’ riskju: Medju

Miżuri ta’ mitigazzjoni:

Se jitwettaq stħarriġ ġdid dwar il-prezzijiet tas-suq biex jiġu kkalkulati l-kostijiet unitarji għas-soluzzjonijiet teknoloġiċi l-ġodda. Il-metodoloġija se tiġi ppreżentata għall-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea permezz ta’ emenda tal-programm.

12.

L-ammont totali (nazzjonali u tal-UE) mistenni li jiġi rimborżat mill-Kummissjoni fuq din il-bażi

Jenħtieġ li jkun konsistenti mal-Parti A – Proporzjon stmat tal-allokazzjoni finanzjarja totali fil-prijorità li għaliha se tiġi applikata l-SCO f’%. Madankollu, jenħtieġ li hawnhekk jiġi indikat l-ammont totali li għandu jintefaq għall-SCO.

EUR 5 000 000


C –

Il-kalkolu tal-iskala standard tal-kostijiet unitarji, tas-somom f’daqqa jew tar-rati fissi

Osservazzjoni ġenerali: Minħabba l-limitazzjoni tal-karattri fl-SFC, l-informazzjoni pprovduta jenħtieġ li tkun sommarju qasir tal-informazzjoni aktar dettaljata li hija inkluża fil-valutazzjoni tal-awtorità tal-awditjar. Jekk meqjus neċessarju, tista’ tittella’ dokumentazzjoni ta’ sostenn oħra fis-sistema permezz tat-taqsima Ġenerali –> Dokumenti.

Mistoqsija

Osservazzjonijiet

Eżempju

1.

Is-sors tad-data użat biex tiġi kkalkulata l-iskala standard ta’ kostijiet unitarji, somom f’daqqa jew rati fissi (min ipproduċa, ġabar u rreġistra d-data; fejn tinħażen id-data; id-dati limitu; il-validazzjoni, eċċ.).

Iddeskrivi s-sorsi tad-data (se tintuża d-data kollha jew kampjun biss?), filwaqt li tindika b’mod ċar il-perjodu ta’ żmien tad-data. Jekk xi proġetti ma kinux inklużi fl-analiżi, ipprovdi ġustifikazzjonijiet għaliex.

Ipprovdi kategoriji ta’ kostijiet (kostijiet) eżawrjenti użati għall-kalkolu ta’ SCO.

Iddeskrivi l-arranġamenti biex jiġi żgurat li d-data użata tkun aġġornata.

F’każ li tintuża data oġġettiva oħra jew ġudizzju espert, kun ċert/a li d-data tkun disponibbli biex turi li l-kalkolu tiegħek huwa konsistenti, komplut eċċ.

Eżempju 1: L-awtorità ta’ ġestjoni wettqet stħarriġ tal-prezzijiet tas-suq bejn April u Ġunju 2022, billi intervistat lill-fornituri ta’ soluzzjonijiet teknoloġiċi ġodda għat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija. Il-lista ta’ fornituri hija bbażata fuq l-informazzjoni dwar l-entitajiet ġuridiċi u l-attivitajiet tagħhom mill-bażi tad-data nazzjonali, disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web.

Il-bażi tad-data hija disponibbli fl-Anness u rreġistrata fis-sistema tal-IT tal-MA.

Eżempju 2: Il-kost unitarju ġie kkalkolat abbażi tad-data storika tal-programm. L-awtorità ta’ ġestjoni għażlet l-operazzjonijiet kollha ffinanzjati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 relatati mal-effiċjenza enerġetika. Id-data tinħażen fis-sistema tal-IT tal-MA, u ġiet ivvalidata permezz ta’ verifiki u awditi tal-ġestjoni.

2.

Jekk jogħġbok speċifika għala l-metodu u l-kalkolu proposti bbażat fuq l-Artikolu 94(2) huma rilevanti għat-tip ta’ operazzjoni.

L-SCO li ġiet proposta tirrifletti r-realtà? Għaliex hija meħtieġa? Liema simplifikazzjoni ġġib magħha u lil min taffettwa?

Għaliex jintuża metodu ta’ kalkolu speċifiku? Tintuża medja (jew medjan)?

Għaliex jintuża kampjun speċifiku (jekk applikabbli)?

Eżempju 1: Din il-metodoloġija hija xierqa għat-tip speċifiku ta’ azzjoni, peress li l-istudju twettaq abbażi ta’ analiżi tal-prezzijiet tas-suq; il-leġiżlazzjoni nazzjonali relatata mal-kwistjonijiet tal-investigazzjoni ġiet eżaminata wkoll. Il-metodu tal-analiżi tal-prezzijiet tas-suq biss jista’ jiġi applikat għall-kalkolu tal-kostijiet unitarji, peress li t-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija huma ġodda fis-suq, ix-xiri tagħhom ma ġie ffinanzjat mill-ebda baġit tal-UE jew tal-Istat qabel il-bidu tal-investigazzjoni, u għalhekk, id-data storika mhijiex disponibbli. 80 % tal-fornituri kollha wieġbu għat-talba.

Eżempju 2: L-operazzjonijiet iffinanzjati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2014–2020 li jirrappreżentaw is-sors tal-kalkoli, huma ta’ natura omoġenja. Il-metodoloġija hija bbażata fuq il-kostijiet reali vverifikati mill-awtorità ta’ ġestjoni, u dawn jipprovdu riżultati li jistgħu jitkejlu b’mod oġġettiv.

L-istess tip ta’ operazzjonijiet se jiġu ffinanzjati fil-perjodu ta’ programmazzjoni 2021–2027. L-implimentazzjoni ta’ dawn l-operazzjonijiet abbażi tal-kostijiet reali mġarrba hija piż amministrattiv estremament sinifikanti għall-benefiċjarji u tul il-katina kollha tal-ġestjoni. Dan il-piż jitnaqqas b’mod sinifikanti billi l-benefiċjarji jiġu rimborżati bl-użu tal-SCOs.

3.

Jekk jogħġbok, speċifika kif saru l-kalkoli, b’mod partikolari kif saru s-suppożizzjonijiet magħmula f’termini ta’ kwalità jew kwantitajiet. Fejn rilevanti, jenħtieġ li jintużaw evidenza statistika u parametri referenzjarji u, jekk mitlub, għandhom jiġu pprovduti f’format li jista’ jintuża mill-Kummissjoni.

Iddeskrivi l-kalkolu pass pass u kif wasalt għall-ammont/perċentwal (fil-każ ta’ finanzjament b’rata fissa).

Fil-każ ta’ kampjunar, spjega kif u għaliex. Fil-każ ta’ data eskluża (anomaliji), spjega r-raġunament tiegħek.

Evita li tittondja ’l fuq peress li jista’ jkun hemm riskju ta’ SCOs bi prezz eċċessiv. Approċċ prudenti jista’ jkun li wieħed jittondja ’l isfel.

Eżempju 1: Ġie analizzat il-qafas legali li jirregola l-kundizzjonijiet għall-apparati għall-ħżin tal-enerġija fl-Istat Membru. Abbażi ta’ din l-analiżi ġew definiti r-rekwiżiti tekniċi minimi.

L-istħarriġ intbagħat lill-fornituri identifikati fil-bażi tad-data nazzjonali. 80 % tal-fornituri wieġbu għall-istħarriġ.

Wara li nkisbu r-riżultati tal-istħarriġ, ġie deċiż li ssir distinzjoni bejn it-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija u t-teknoloġija tiegħu meta jiġu kkalkulati l-prezzijiet medji, peress li ġew osservati differenzi sinifikanti fil-prezzijiet bejn dawn it-teknoloġiji differenti. Intgħażlu l-aktar teknoloġiji użati, u ġie kkalkulat kost unitarju bħala medja tal-prezzijiet miksuba mill-istħarriġ. Il-kalkolu huwa disponibbli fl-Anness 2, u jinħażen fis-sistema tal-IT tal-MA. Il-funzjoni statistika x fittxet għall-anomaliji fid-data u ma kien hemm l-ebda ammont eskluż.

Eżempju 2: Abbażi ta’ data storika, ġie deċiż li ssir distinzjoni bejn ir-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ akkomodazzjoni individwali u akkomodazzjoni kollettiva. Il-kost unitarju ġie kkalkulat bħala medja tal-kostijiet tar-rinnovazzjoni tal-enerġija ta’ akkomodazzjoni individwali u ta’ akkomodazzjoni kollettiva. Il-kalkolu huwa disponibbli fl-Anness 1 u maħżun fis-sistema tal-IT tal-MA.

4.

Jekk jogħġbok spjega kif żgurajt li ġiet inkluża n-nefqa eliġibbli biss fil-kalkolu tal-iskala standard tal-kost unitarju, tas-somma f’daqqa jew tar-rata fissa.

Dan jikkonċerna l-affidabbiltà tad-data. Inti mistenni tispjega għaliex id-data użata hija sinifikanti. Eż., għal data storika tal-programm, li ġiet ivverifikata permezz ta’ verifiki ta’ ġestjoni u li kwalunkwe sejba tal-awditjar ġiet ikkoreġuta, jew, fil-każ ta’ statistika nazzjonali li l-bażi tad-data ma tinkludi l-ebda ħaġa li ma titqiesx eliġibbli.

Eżempju 1: Il-kalkolu tal-kostijiet unitarji jinkludi biss data rilevanti għall-analiżi:

—

stabbilixxi l-lista ta’ fornituri, xi wħud mill-intrapriżi li indikaw li ma pprovdewx servizzi speċifiċi jew li ma setgħux jissottomettu stħarriġ ġew eliminati.

—

Tqiesu r-rekwiżiti tekniċi minimi għat-tagħmir għall-ħżin tal-enerġija mil-leġiżlazzjoni nazzjonali.

—

L-ipoteżijiet tal-istudju ġew ivverifikati permezz ta’ programm statistiku. Il-kalkolu tal-kostijiet unitarji huwa bbażat fuq ir-riżultati tal-analiżi tal-korrelazzjoni.

Eżempju 2: Għall-kalkoli ntużaw biss operazzjonijiet relatati mar-rinnovazzjonijiet tal-effiċjenza enerġetika. Dawn l-operazzjonijiet li ġejjin li jirrigwrdaw ir-rinnovazzjonijiet u li mhumiex marbuta mal-effiċjenza enerġetika, ġew esklużi: (il-lista tal-operazzjonijiet).

Fl-operazzjonijiet iffinanzjati, il-kategoriji tal-kostijiet ġew ivverifikati u fil-kalkolu tqiesu biss il-kostijiet koperti mill-SCO. Il-kategoriji tal-kostijiet kollha użati għall-kalkolu tal-kost unitarju ġew ivverifikati u approvati mill-awtorità ta’ ġestjoni u mill-awtorità tal-awditjar.

5.

Il-valutazzjoni tal-awtorità/awtoritajiet tal-awditjar dwar il-metodoloġija tal-kalkolu, l-ammonti u l-arranġamenti, sabiex jiġu żgurati l-verifika, il-kwalità, il-ġbir u l-ħżin tad-data.

Il-valutazzjoni ex ante pożittiva mill-AA hija obbligatorja u se tittella’ fl-SFC taħt it-taqsima Ġenerali –> Dokumenti.

Eżempju 1: Abbażi tal-valutazzjoni tal-istudju dwar l-istabbiliment tal-SCOs, l-awtorità tal-awditjar tista’ tikkonferma li l-istruttura proposta tikkonforma mar-rekwiżiti regolatorji, b’mod partikolari:

a)

il-metodu tal-kalkolu huwa ġust, korrett u verifikabbli;

b)

id-data użata hija bbażata fuq informazzjoni oġġettiva oħra (stħarriġ dwar il-prezzijiet tas-suq). Id-data użata ġiet ivvalutata bħala affidabbli u rilevanti għat-tip ta’ operazzjoni;

c)

il-kategoriji u t-tipi ta’ nefqa kkunsidrati għall-istabbiliment tal-SCOs jikkonformaw mar-regoli ta’ eliġibbiltà nazzjonali u tal-UE rilevanti, b’mod partikolari dawk stabbiliti fl-Artikoli 64 u 67 tar-RDK;

d)

abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar l-istruttura tal-kostijiet unitarji, ma hemm l-ebda riskju ta’ finanzjament doppju tal-istess kostijiet (l-SCOs inkwistjoni ma jkoprux il-kostijiet kollha tal-operazzjoni, il-kostijiet addizzjonali rimborżati minn SCOs oħra ma jidduplikawx jew ma jkoprux l-istess kostijiet);

e)

l-ammonti ta’ għażliet ta’ kostijiet issimplifikati għal kull unità ta’ kejl iddeterminati huma konsistenti mas-suppożizzjonijiet magħmula u mad-data użata biex jiġu ddeterminati l-ammonti;

f)

id-deskrizzjoni tal-metodu ta’ aġġustament tipprovdi biżżejjed informazzjoni dwar il-kundizzjonijiet u t-twaqqit tal-applikazzjoni tiegħu, il-kundizzjonijiet huma ċari u jistgħu jitkejlu, u l-metodu jitqies xieraq.

Fir-rigward tal-miżuri biex jiġu żgurati l-verifika, il-kwalità, il-ġbir u l-ħżin tad-data, huma ppjanati li jintużaw dokumenti ta’ sostenn xierqa u sistema biex tiġi kkonfermata l-kisba tal-għadd intermedju ta’ unitajiet u l-ħżin tad-data.

Eżempju 2: Il-valutazzjoni pożittiva tal-awtorità tal-awditjar skont ir-rapport ta’ valutazzjoni tal-awtorità tal-awditjar (fl-Anness),


(1)  Dan jirreferi għall-kodiċi għad-dimensjoni tal-qasam ta’ intervent fit-Tabella 1 tal-Anness I tar-RDK (jew il-kodiċi fl-Anness VI tar-Regolamenti AMIF, BMVI u ISF).

(2)  Dan jirreferi għall-kodiċi ta’ indikatur komuni, jekk applikabbli.


ANNESS 3

Eżempju tal-kompatibbiltà tal-SCOs mar-regoli dwar l-għajnuna mill-Istat

Kumpanija tikseb għotja taħt skema ta’ għajnuna mill-Istat biex timplimenta proġett ta’ taħriġ għall-persunal tagħha. L-appoġġ pubbliku jammonta għal EUR 387 000. Din l-għajnuna hija taħt il-limitu ta’ notifika ta’ EUR 3 miljun stabbilit fl-Artikolu 4(1)(n) tal-GBER għat-taħriġ u l-kundizzjonijiet l-oħra kollha stabbiliti mill-GBER fir-rigward ta’ tali għajnuna, huma ssodisfati. Għalhekk, japplika l-GBER.

Il-benefiċjarju u l-awtorità ta’ ġestjoni jaqblu li jagħmlu użu mill-kostijiet unitarji biex jiddeterminaw il-kost tal-kors għal kull parteċipant.

L-Artikolu 31 tal-GBER jiddikjara dan li ġej fir-rigward tal-għajnuna għat-taħriġ:

(1)

L-għajnuna għat-taħriġ għandha tkun kompatibbli mas-suq intern fis-sens tal-Artikolu 107(3) tat-Trattat u għandha tkun eżentata mir-rekwiżit ta’ notifika tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat, diment li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti f’dan l-Artikolu u f’Kapitolu I.

(2)

L-għajnuna ma għandhiex tingħata għal taħriġ li l-impriżi jwettqu biex jikkonformaw mal-istandards obbligatorji nazzjonali dwar it-taħriġ.

(3)

Il-kostijiet eliġibbli għandhom ikunu dawn li ġejjin:

(a)

il-kostijiet tal-persunal tal-ħarrieġa, għas-sigħat li matulhom il-ħarrieġa jipparteċipaw fit-taħriġ;

(b)

il-kostijiet operazzjonali tal-ħarrieġa u tat-trainees relatati direttament mal-proġett ta’ taħriġ bħall-ispejjeż tal-ivvjaġġar, il-kostijiet tal-akkomodazzjoni, il-materjali u l-provvisti relatati direttament mal-proġett, id-deprezzament tal-għodod u tat-tagħmir, sal-punt li jintużaw esklużivament għall-proġett ta’ taħriġ.

(c)

il-kostijiet tas-servizzi ta’ konsulenza marbuta mal-proġett ta’ taħriġ;

(d)

il-kostijiet tal-persunal tat-trainees u l-kostijiet indiretti ġenerali (il-kostijiet amministrattivi, il-kera, il-kostijiet ġenerali) għas-sigħat li matulhom it-trainees jipparteċipaw fit-taħriġ.

(4)

L-intensità tal-għajnuna ma għandhiex taqbeż il-50 % tal-kostijiet eliġibbli. Din tista’ tiżdied, sa intensità ta’ għajnuna massima ta’ 70 % tal-kostijiet eliġibbli, kif ġej:

(a)

b’10 punti perċentwali jekk it-taħriġ jingħata lill-ħaddiema b’diżabilità jew lill-ħaddiema żvantaġġati;

(b)

b’10 punti perċentwali jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi ta’ daqs medju u b’20 punti perċentwali jekk l-għajnuna tingħata lil intrapriżi żgħar;

(5)

Meta l-għajnuna tingħata fis-settur tat-trasport marittimu, l-intensità ta’ għajnuna tista’ tiġi miżjuda għal 100 % tal-kostijiet eliġibbli dejjem jekk jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin:

(a)

it-trainees mhumiex membri attivi tal-ekwipaġġ iżda huma supernumerarji abbord; u

(b)

it-taħriġ jitwettaq abbord bastimenti mdaħħla fir-reġistri tal-Unjoni.

L-awtorità ta’ ġestjoni tiddeċiedi li tistabbilixxi kostijiet unitarji biex tiddetermina n-nefqa eliġibbli tal-proġetti. Din qiegħda tuża data statistika (skont l-Artikolu 53(3)(a)(i) tar-RDK) fuq tip ta’ taħriġ simili f’żona ġeografika partikolari.

Wara t-trattament xieraq tad-data statistika, il-kostijiet medji li jirriżultaw għal kull element ta’ nefqa għal dan it-tip ta’ kors b’għadd simili ta’ parteċipanti huma:

Il-kostijiet diretti (f’EUR)

 

Il-kostijiet indiretti (f’EUR)

Ħarrieġ – ir-remunerazzjoni

100 000

 

Il-kostijiet amministrattivi

17 500

Ħarrieġ – il-kostijiet tal-ivvjaġġar

10 000

 

Il-kera

15 000

Trainees – ir-remunerazzjoni

140 000

 

Il-kostijiet ġenerali

12 500

Trainees – l-akkomodazzjoni

55 000

 

Total tal-kostijiet indiretti

45 000

Trainees – il-kostijiet tal-ivvjaġġar

25 000

 

 

 

Oġġetti tal-konsum mhux deprezzabbli

5 000

 

 

 

Ir-reklamar

2 000

 

 

 

Il-kostijiet tal-organizzazzjoni

5 000

 

 

 

Il-kostijiet diretti totali

342 000

 

 

 

Meta tipproċessa d-data, l-awtorità ta’ ġestjoni telimina l-kostijiet kollha li ma jkunux eliġibbli.

Il-kalkolu huwa kif ġej:

Total tal-kostijiet eliġibbli tat-taħriġ

(il-kostijiet totali – il-kostijiet ineliġibbli)

EUR 387 000 – 0 = EUR 387 000

Għadd mistenni ta’ parteċipanti li jlestu t-taħriġ

300

Il-kostijiet għal kull parteċipant li jlesti t-taħriġ (kost unitarju)

EUR 387 000 / 300 parteċipant =

EUR 1 290 / għal kull participant

Il-finanzjament provviżorju tal-proġett ta’ taħriġ huwa kif ġej:

Finanzjament pubbliku (nazzjonali + FSE)

EUR 193 500

Finanzjament privat (awtofinanzjament)

EUR 193 500

L-intensità tal-għajnuna mill-Istat

50  %

L-Artikolu 31(4) tal-GBER jillimita l-intensità tal-għajnuna għal 50 % tal-kostijiet eliġibbli (kif stabbilit fid-dokument li jistabbilixxi l-kundizzjoni għall-appoġġ). Il-baġit provviżorju huwa konformi ma’ dan ir-rekwiżit.

Wara l-implimentazzjoni tal-proġett, il-kostijiet eliġibbli se jkunu bbażati fuq l-għadd reali ta’ parteċipanti li jtemmu t-taħriġ. Jekk 200 parteċipant biss ilestu t-taħriġ, l-għajnuna se tkun kif ġej:

Total tal-kostijiet eliġibbli li għandhom jiġu ddikjarati lill-Kummissjoni

EUR 1 290 x 200 = EUR 258 000

Finanzjament pubbliku (nazzjonali + FSE +)

EUR 129 000

Finanzjament privat (awtofinanzjament)

EUR 129 000

L-intensità tal-għajnuna mill-Istat

50  %


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/7467/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)