|
29.6.2018 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 228/36 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.8979 — PAI Partners/M Group Services)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2018/C 228/09)
1.
Fl-20 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
PAI Partners SAS (“PAI Partners”, Franza), |
|
— |
M Group Services (ir-Renju Unit). |
PAI Partners takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ M Group Services permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:— PAI Partners: kumpanija ta’ ekwità privata li tiġġestixxi u/jew toffri konsulenza lil numru ta’ fondi li huma sidien ta’ kumpaniji f’diversi setturi tan-negozju, bħas-servizzi tan-negozju, il-prodotti tal-ikel u tal-konsumatur, l-industriji ġenerali, il-kura tas-saħħa, u l-bejgħ bl-imnut u d-distribuzzjoni.
— M Group Services: fornitur ta’ diversi tipi ta’ servizzi lil utilitajiet regolati, setturi tat-telekomunikazzjonijiet u tat-trasport, inklużi l-installazzjoni u l-manutenzjoni tal-infrastruttura tan-network, il-kejl u d-data relatata, u l-kostruzzjoni, il-manutenzjoni u t-tiswija ta’ infrastruttura tat-toroq u tal-ferroviji.
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:
M.8979 — PAI Partners/M Group Services
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks: +32 22964301 |
|
Indirizz tal-posta: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.