15.2.2019   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 60/36


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9083 — Saba Portugal/Egis Portugal/Viseu Car Park Assets)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2019/C 60/09)

1.   

Fil-5 ta’ Frar 2019, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Saba Portugal - Parques de Estacamento, S.A. (“Saba Portgual”, il-Portugall) hija sussidjarja u proprjetà kollha kemm hi ta’ Saba Infraestructuras, S.A., li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Fundación Bancaria Caixa d’Esalvis i Pensions de Barcelona, “la Caixa” (Spanja),

—

Egis Road Operation Portugal, S.A. (“Egis Portugal”, il-Portugall) hija parti mill-Egis Group, li fl-aħħar mill-aħħar huwa kkontrollat minn Caisse des Dépôts et Consignations (Franza).

Saba Portugal u Egis Portugal jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt sħiħ tal-Assi tal-Viseu Car Park kollha kemm huma.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ ftehim ta’ konċessjoni.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Saba Portugal: it-tħaddim, il-manutenzjoni u l-konservazzjoni ta’ parkeġġi għall-karozi u ta’ żoni regolati (parkeġġ fit-toroq),

—   Egis Portugal: it-tħaddim u l-manutenzjoni tal-infrastrutturi tat-toroq, inkluż it-tagħmir elettroniku u tal-elettriku biex jiġu appoġġati dawn l-attivitajiet,

—   Viseu Car Park Assets: sett ta’ assi li jikkonsistu f’sitt parkeġġi tal-karozzi, tlieta minnhom li diġà qed joperaw u t-tlieta li fadal li se jinbnew, u ż-żona ta’ parkeġġ regolata fil-muniċipalità ta’ Viseu.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9083 — Saba Portugal/Egis Portugal/Viseu Car Park Assets

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.