|
31.7.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 257/15 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9397 — Mirova/GE/Desarrollo Eólico Las Majas)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2019/C 257/03)
1.
Fit-23 ta’ Lulju 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifka tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Mirova, li taġixxi bħala kumpanija ta’ ġestjoni ta’ Mirova-Eurofideme 3 (Franza), li fl-aħħar mill-aħħar hija proprjetà ta’ Banque Populaire Caisse d’épargne (“BPCE”, Franza), |
|
— |
General Electric Company (“GE”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Desarrollo Eólico Las Majas XIX, S.L.U. (Spanja), ikkontrollata mill-grupp Forestalia. |
Mirova u GE jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Desarrollo Eólico Las Majas XIX. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Mirova hija fond ta’ kapital ta’ riskju Franċiż li jiffoka fuq fondi responsabbli għall-ġestjoni tal-investiment għal investituri istituzzjonali f’diversi kategoriji ta’ assi, fost l-oħrajn l-enerġija rinnovabbli u l-infrastrutturi ewlenin, l-ekwitajiet sostenibbli u l-bonds ħodor, |
|
— |
GE hija kumpanija dinjija tal-manifattura, itteknoloġija u s-servizzi. L-attività ewlenija tal-unità tan-negozju tagħha GE Energy Financial Services hija l-investiment fis-settur tal-enerġija. L-unità tan-negozju tagħha, GE Renewable Energy, tforni prodotti u servizzi lil klijenti li jiġġeneraw l-enerġija mir-riħ, mill-ilma u mix-xemx, inklużi l-manifattura u l-manutenzjoni ta’ turbini tar-riħ, |
|
— |
Desarrollo Eólico Las Majas XIX hija kumpanija azzjonarja, li se jkollha tliet proġetti tal-park eoliku f’Aragona, Spanja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9397 — Mirova/GE/Desarrollo Eólico Las Majas
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
|
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu |
|
Faks +32 22964301 |
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).