|
2.2.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/6 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/215
tal-1 ta’ Frar 2023
li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1100 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti ċatti llaminati bis-sħana tal-ħadid, tal-azzar bil-karbonju jew azzar illigat ieħor li joriġinaw mit-Turkija
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/1100 (2) fiha żball fil-premessa 24, it-tieni sentenza u fl-Artikolu 1(1), it-tieni subparagrafu, punt v) li jbiddel it-tifsira tad-dispożizzjonijiet. |
|
(2) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/1100 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Istrumenti għad-Difiża tal-Kummerċ fl-4 ta’ Ġunju 2021, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(Ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Frar 2023.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN