|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/2413 |
22.4.2026 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/897 u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/898 dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova
(C/2026/2413)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/891 (1) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2026/897 (2) u fir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/888 (3) dwar miżuri restrittivi fid-dawl ta' azzjonijiet li jiddestabbilizzaw ir-Repubblika tal-Moldova, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2026/898 (4).
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness tad-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 u fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2023/888, iddetermina li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2023/891 u fir-Regolament (UE) 2023/888 għandhom ikomplu japplikaw għal dawk il-persuni u dawk l-entitajiet.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni u dawk l-entitajiet għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru jew l-Istati Membri rilevanti kif indikati fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2023/888, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex il-fondi ffriżati jintużaw għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni u l-entitajiet ikkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-3 ta' Novembru 2026.
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni u l-entitajiet ikkonċernati għall-possibbiltà li d-deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 114, 2.5.2023, p. 15.
(2) ĠU L, 2026/897, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2026/897/oj.
(4) ĠU L, 2026/898, 22.4.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/898/oj.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/2413/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)