European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/6077

7.11.2025

Avviż għall-attenzjoni ta' ċerti persuni soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/2063 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela

(C/2025/6077)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tas-Sur Jorge Elieser MÁRQUEZ MONSALVE (Nru 31) u s-Sur Remigio CEBALLOS ICHASO (Nru 27), persuni li jidhru fl-Anness I tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2074 (1) u fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill tal-Kunsill (UE) 2017/2063 (2) dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Venezwela.

Il-Kunsill biħsiebu jżomm fis-seħħ id-deżinjazzjoni tal-persuni msemmija hawn fuq, inkluż restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar b'dikjarazzjonijiet tar-raġunijiet emendati.

Dawk il-persuni huma b'dan infurmati li jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill biex jiksbu d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet prevista biex tinżamm fis-seħħ id-deżinjazzjoni tagħhom, qabel l- 14 ta' Novembru 2025 , fl-indirizz li ġej:

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

General Secretariat

RELEX.1 Horizontal and Global Affairs

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu


(1)   ĠU L 295 14.11.2017, p. 60

(2)   ĠU L 295 14.11.2017, p. 21


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6077/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)