European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/3139

3.6.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tas-27 ta’ Mejju 2025

li taħtar żewġ membri fil-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti skont l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej

(C/2025/3139)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Ottubru 2014 dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jistabbilixxi kumitat ta' persuni eminenti indipendenti (il-“kumitat”).

(2)

L-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 jipprevedi li il-kumitat ikun kompost minn sitt membri, fejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni jaħtru żewġ membri kull wieħed. Il-kumitat jiġġedded fi żmien sitt xhur wara t-tmiem tal-ewwel sessjoni tal-Parlament Ewropew wara kull elezzjoni għall-Parlament Ewropew. Il-mandat tal-membri ma jkunx jista' jiġġedded,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

1.   Dawn li ġejjin huma b'dan maħtura membri fil-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti għat-tul tal-mandat ta' dak il-kumitat:

—

Is-Sur Linas KONTRIMAS,

—

Is-Sa Pia LANGE.

2.   Kull ħatra hija soġġetta għall-iffirmar, mill membru ddeżinjat rilevanti, tad-dikjarazzjoni ta' indipendenza u ta' nuqqas ta' kunflitt ta' interess li hija annessa ma' din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Mejju 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

A. SZŁAPKA


(1)   ĠU L 317, 4.11.2014, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2014/1141/oj.


ANNESS

DIKJARAZZJONI TA' INDIPENDENZA U TA' NUQQAS TA' KUNFLITT TA' INTERESS

Jiena, is-sottoskritt, ...................................., niddikjara li ħadt nota tal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 1141/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatut u l-finanzjament tal-partiti politiċi Ewropej u l-fondazzjonijiet politiċi Ewropej u ser neżerċita dmirijieti bħala membru tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti b'mod kompletament indipendenti u f'konformità sħiħa mar-regoli ta' dak ir-Regolament.

La ser nitlob u lanqas ser nieħu struzzjonijiet minn xi istituzzjoni jew gvern, jew minn xi entità, uffiċċju jew aġenzija oħra. Jien ser nastjeni minn kwalunkwe att li huwa inkompatibbli man-natura tad-dmirijiet tiegħi.

Niddikjara li, sa fejn naf jien, ma ninsabx f'sitwazzjoni ta' kunflitt ta' interessi. Jeżisti kunflitt ta' interess fejn l-eżerċizzju imparzjali u oġġettiv ta' dmirijieti bħala membru tal-kumitat ta' persuni eminenti indipendenti jkun kompromess minħabba raġunijiet li jinvolvu l-familja, il-ħajja personali, l-affinità politika, nazzjonali, filosofika jew reliġjuża, l-interess ekonomiku jew kwalunkwe interess ieħor kondiviż ma' riċevitur.

B'mod partikolari, niddikjara li m'inix membru tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill jew tal-Kummissjoni. Ma għandi l-ebda mandat elettorali. M'iniex uffiċjal jew impjegat ieħor tal-Unjoni Ewropea. M'inix, u qatt ma kont, impjegat ta' xi partit politiku Ewropew jew ta' xi fondazzjoni politika Ewropea.

Magħmula fi …, …

[DATA + FIRMA

tal-membru ddeżinjat fil-kumitat ta'

persuni eminenti indipendenti]


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/3139/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)