27.7.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 299/15


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(M.10277 — Geely/Futaihua/JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 299/07)

1.   

Fl-20 ta’ Lulju 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Zhejiang Geely Holding Group Co., Ltd. (“Geely”, iċ-Ċina),

—

Futaihua Industry Shenzhen Co., Ltd. (“Futaihua”, it-Tajwan), sussidjarja posseduta totalment minn Hon Hai Precision Industry Co., Ltd., li tinnegozja bħala Foxconn Technology Group (it-Tajwan),

—

impriża konġunta f’żona ġdida (“Impriża Konġunta” iċ-Ċina).

Geely u Futaihua jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt tal-Impriża Konġunta.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Geely: il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ karozzi tal-passiġġieri madwar id-dinja,

—

għal Futaihua: il-forniment ta’ servizzi ta’ manifattura elettronika (“EMS”) ta’ partijiet terzi lill-Manifatturi ta’ Tagħmir Oriġinali (“OEM”) ta’ prodotti elettroniċi, bħal kompjuters, telefowns ċellulari, pannelli għall-kontroll (consoles) tal-logħob tal-vidjo u televixins,

—

għall-Impriża Konġunta: il-produzzjoni sħiħa jew parzjali tal-OEM u servizzi ta’ konsulenza komprensivi u personalizzati fiċ-Ċina relatati ma’ vetturi sħaħ, partijiet, sistemi ta’ sewqan intelliġenti, pjattaformi tal-ekosistema awtomobilistika, katina tal-valur tal-industrija tal-vetturi elettriċi, eċċ. għall-intrapriżi awtomobilistiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jitqies għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja trid tiġi dejjem indikata:

M.10277 — Geely/Futaihua/JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.