|
23.8.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 319/6 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10822 – ARDIAN / TA ASSOCIATES / ODEALIM GROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(2022/C 319/06)
1.
Fil-5 ta’ Awwissu 2022 il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Ardian France SA (“Ardian”, Franza), |
|
— |
TA Associates Management L.P. (“TA Associates”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Groupe Odealim (“Odealim”, Franza), ikkontrollat esklużivament minn TA Associates. |
Ardian u TA Associates se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Odealim.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ titoli.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Ardian hija kumpanija ta’ investiment privat li tiġġestixxi u/jew tagħti konsulenza lil assi fl-Ewropa, fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Asja, |
|
— |
TA Associates hija kumpanija ta’ investiment li tiġġestixxi u/jew tagħti konsulenza lil fondi ta’ investiment f’ħames setturi prinċipali, jiġifieri fit-teknoloġija, fis-servizzi finanzjarji, fil-kura tas-saħħa, fl-oġġetti tal-konsum u fis-servizzi lill-intrapriżi fl-Amerka ta’ Fuq, fl-Ewropa u fl-Asja. |
|
— |
Odealim huwa esklużivament attiv fi Franza fl-assikurazzjonijiet u l-finanzjament fis-settur tal-proprjetà immobbli u tal-kostruzzjoni. |
3.
Wara analiżi preliminari, il-Kummissjoni ssib li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Dawn il-kummenti jeħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara id-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10822 – ARDIAN / TA ASSOCIATES / ODEALIM GROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz postali:
|
Commission européenne |
|
Direction générale de la concurrence |
|
Greffe des concentrations |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).