European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2024/1173

24.4.2024

REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2024/1173

tat-13 ta’ Marzu 2024

li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 fir-rigward ta’ xi dispożizzjonijiet b’segwitu għall-ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand u t-tħassir ta’ dispożizzjonijiet li ma għadhomx validi fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 186 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 (2) jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli soġġetti għal liċenzji.

(2)

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/760 fih dispożizzjonijiet fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-esportazzjoni għat-trab tal-ħalib miftuħa mir-Repubblika Dominicana. Dik il-kwota tal-esportazzjoni tneħħiet mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (3) bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/953 (4). Għalhekk, jenħtieġ li d-dispożizzjonijiet dwar dik il-kwota tal-esportazzjoni fir-Regolament (UE) 2020/760 jitħassru.

(3)

F’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 (5), il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (“il-Ftehim”) ġie konkluż fis-27 ta’ Novembru 2023.

(4)

Il-Ftehim jemenda l-kwoti tariffarji bin-numri tal-ordni 09.4182 u 09.4195 u jintroduċi ċertifikat ta’ eliġibbiltà li għandu jinħareġ minn New Zealand. Jenħtieġ li dawk il-bidliet jiġu riflessi fir-Regolament Delegat (UE) 2020/760.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament Delegat (UE) 2020/760 jiġi emendat kif xieraq,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Emendi tar-Regolament Delegat (UE) 2020/760

Ir-Regolament Delegat (UE) 2020/760 huwa emendat kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 4 jitħassar il-punt (c);

(2)

fl-Artikolu 8(2) jitħassru l-punti (c), (e) u (f);

(3)

fl-Artikolu 17, il-punt (g) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“(g)

għall-kwoti tariffarji tal-importazzjoni amministrati b’dokumenti maħruġa minn pajjiżi terzi, għal kull ċertifikat ta’ awtentiċità, kull ċertifikat ta’ arranġament ta’ monitoraġġ attiv (“IMA 1”), jew kull ċertifikat ta’ eliġibbiltà msemmi fl-Anness XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 li jiġi ppreżentat minn xi operatur, in-numru tal-liċenzja korrispondenti maħruġa u l-kwantitajiet koperti.”.

Artikolu 2

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandu japplika minn 1 Mejju 2024.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Marzu 2024.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1308/oj.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/760 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u l-esportazzjoni soġġetti għal liċenzji u li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1306/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-depożitu ta’ garanziji fl-amministrazzjoni tal-kwoti tariffarji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/760/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2020/761/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/953 tat-12 ta’ Mejju 2023 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tar-regoli li jirregolaw il-kwota tariffarja għall-esportazzjoni tat-trab tal-ħalib lejn ir-Repubblika Dominicana (ĠU L 128, 15.5.2023, p. 81, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/953/oj).

(5)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L, 2024/244, 28.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/244/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2024/1173/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)