31986D0543



Official Journal L 321 , 15/11/1986 P. 0121 - 0121
Finnish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0279
Swedish special edition: Chapter 11 Volume 11 P. 0279


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tal-15 ta' Settembru 1986

dwar il-konklużjoni tal-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża

(86/543/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u b'mod partikolari Artikolu 113 tieghu,

Wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni mill-Kummissjoni,

Billi huwa meħtieġ li jiġi approvat il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda [1] iffirmat fi Brussel fit-22 ta' Lulju 1972, sabiex jieħu in konsiderazzjoni l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Protokoll Addizzjonali għall-Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u r-Repubblika ta' l-Islanda bħala konsegwenza ta' l-adeżjoni fil-Komunità tar-Renju ta' Spanja u tar-Repubblika Portugiża qiegħed hawnhekk jiġi approvat f'isem il-Komunitá.

It-test tal-Protokoll huwa mehmuż ma’ din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Il-President tal-Kunsill għandu jagħti n-notifika msemmija f'Artikolu 18 tal-Protokoll [2].

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum ta' wara l-pubblikazzjoni tagħha fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmula fi Brussel, fil-15 ta' Settembru 1986.

Għall-Kunsill

Il-President.

G. Howe

[1] ĠU L 301, tal-31.12.1972, p. 2.

[2] Id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Protokoll tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej mis-Segretarjat Ġenerali tal-Kunsill.

--------------------------------------------------