31984L0642



Official Journal L 339 , 27/12/1984 P. 0026 - 0026
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0082
Spanish special edition: Chapter 03 Volume 33 P. 0049
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 18 P. 0082
Portuguese special edition Chapter 03 Volume 33 P. 0049


Id-Direttiva Tal-Kunsill

tal-11 tar Diċembru 1984

li temenda d-Direttiva 71/118/KEE dwar il-problemi sanitarji li jolqtu l-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur

(84/642/KEE)

IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi il-Komunità Ekonomika Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 43 u 100 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposti mill-Kummissjoni [1],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [2],

Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali [3],

Billi l-Kummissjoni pproponiet l-emenda ta’ ċerti dispożizzjonijiet tad-Direttiva tal-Kunsill 71/118/KEE tal-15 ta’ Frar 1971 dwar il-problemi sanitarji li jolqtu l-kummerċ fil-laħam frisk tat-tjur [4], kif l-aħħar emendati bid-Direttiva 84/186/KEE [5]; billi d-derogi msemmija fl-Artikolu 14(2) u l-Artikolu 16a(a) tad-Direttiva 71/118/KEE għandhom jiġu estiżi bil-kondizzjoni li ssirilhom reviżjoni sussegwenti;

Billi, barra minn hekk, proposta tal-Kummissjoni ntbagħtet lill-Kunsill fl-14 ta’ Frar 1979 bil-għan li testendi l-użu tal-proċess tat-tkessiħ fil-każ tal-karkassi maħsuba biex jitqiegħdu fis-suq fi stat imkessaħ,

ADOTTA DIN ID-DIRETTIVA:

L-Artikolu 1

Id-Direttiva 71/118/KEE qiegħda b’hekk tiġi emendata kif ġej:

1. L-Artikolu 14(2) qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

"2. Madankollu, fir-rigward tal-karkassi akkwistati u maħsuba għat-tqegħid fis-suq fit-territorju tagħhom, l-Istati Membri għandhom jiġu awtorizzati biex jagħtu, meta jintalbu, lil impriżi, derogi mir-rekwiżiti tal-paragrafu 1.

L-Istati Membri li jkunu jużaw id-derogi previsti mill-ewwel paragrafu ma jistgħux joġġezzjonaw għad-dħul fit-territorju tagħhom ta’ laħam tat-tjur akkwistat mingħand Stati Membri oħra taħt l-istess kondizzjonijiet."

2. Fl-Artikolu 14a(3), "31 ta’ Diċembru 1978" qiegħed jinbidel bi "1 ta’ Jannar 1986".

3. Fl-Artikolu 16a(a), it-tielet inċiż qiegħed jinbidel b’dan li ġej:

- "— deroga mid-dispożizzjonijiet dwar il-qatla u t-tneħħija tal-ġewwieni kif stabbilit fl-Anness I, il-Kapitolu V, għall-produzzjoni tat-tjur bil-ġewwieni parzjalment imneħħi jew le.

— Il-Kunsill, meta jesegwixxi r-reviżjoni prevista fl-Artikolu 16b, għandu jeżamina l-kondizzjonijiet li taħthom il-laħam imsemmi fl-ewwel subparagrafu jista’ jiddaħħal fil-kummerċ intra-Komunitarju";

4. L-Artikolu li ġej għandu jiddaħħal:

"L-Artikolu 16b

Qabel il-15 Awissu 1986, il-Kunsill, filwaqt li jkun jaġixxi b’maġġoranza kkwalifikata fuq proposta mill-Kummissjoni, għandu jirrevedi d-derogi stabbiliti fl-Artikolu 14(2) u 16a(a). Ir-reviżjoni ta’ dawn id-derogi għandha ssir fuq il-bażi ta’ rapport mill-Kummissjoni, akkompanjat minn proposti fejn approprjat, li għandhom iqisu l-konklużjonijiet ta’ studji xjentifiċi kurrenti dwar il-garanziji offruti minn dan it-tip ta’ produzzjoni."

L-Artikolu 2

L-Istati Membri għandhom iġibu fis-seħħ il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa biex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva mhux iktar tard mill-31 Diċembru 1984. Dawn għandhom jinformaw mill-ewwel b’dan lill-Kummissjoni.

L-Artikolu 3

Din id-Direttiva qiegħda tiġi indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussel, fil-11 ta’ Diċembru 1984.

Għall-Kunsill

Il-President

A. Deasy

[1] ĠU C 65, tad-9.3.1979, p. 5.

[2] ĠU C 140, tal-5.6.1979, p. 180.

[3] ĠU C 247, ta’ l-1.10.1979, p. 16.

[4] ĠU L 55, tat-8.3.1971, p. 23.

[5] ĠU L 87, tat-30.3.1984, p. 27.

--------------------------------------------------