|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5265 |
13.10.2026 |
Pubblikazzjoni tal-komunikazzjoni ta’ emenda standard approvata ta’ speċifikazzjoni tal-prodott ta’ indikazzjoni ġeografika f’konformità mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 (1)
(C/2026/5265)
KOMUNIKAZZJONI TAL-APPROVAZZJONI TA’ EMENDA STANDARD
(Artikolu 24 tar-Regolament (UE) 2024/1143)
“Lessona”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A1191-AM02 — 16.7.2026
1. Isem il-prodott
Lessona
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Settur
|
☐ |
Prodotti agrikoli |
|
☑ |
Inbejjed |
|
☐ |
Xarbiet spiritużi |
4. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika
L-Italja
5. Awtorità tal-Istat Membru li tikkomunika l-emenda standard
Isem
Il-Ministeru għall-Agrikoltura, għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Foresti – id-Dipartiment għas-Sovranità tal-Ikel u għall-Isport Ekwestri – id-Direttorat Ġenerali għall-Promozzjoni tal-Kwalità Agroalimentari – PQA I
6. Kwalifika bħala emenda standard
L-approvazzjoni u l-komunikazzjoni ta’ din l-emenda standard jissodisfaw ir-rekwiżiti għall-approvazzjoni ta’ emenda standard skont ir-Regolament (UE) 2024/1143 u d-dispożizzjonijiet adottati skontu.
Din l-emenda taqa’ taħt id-definizzjoni ta’ emenda standard imsemmija fl-Artikolu 24(4) tar-Regolament (UE) Nru 2024/1143, billi:
|
— |
ma tinkludix bidla fl-isem jew fl-użu tal-isem, jew fil-kategorija ta’ prodott jew prodotti ddeżinjati bl-indikazzjoni ġeografika; |
|
— |
ma tirriskjax li jxejjen ir-rabta maż-żona ġeografika deskritta fid-dokument uniku; |
|
— |
ma tinvolvix restrizzjonijiet ulterjuri fuq il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodott. |
7. Deskrizzjoni tal-emenda/i standard approvata/i
Titolu
Żieda fil-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-għeneb
Deskrizzjoni
Il-qawwa alkoħolika naturali minima skont il-volum tal-għeneb żdiedet minn 11,50 % vol. għal 12 % vol.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 4 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Possibbiltà li l-Lessona jiġi prodott bit-terminu “vigna” (vinja)
Deskrizzjoni
Għat-tipi kollha previsti, żdiedet il-possibbiltà li l-Lessona jiġi prodott bit-terminu “vigna” minn vinji b’età minima ta’ tħawwil ta’ mqar 3 snin.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikoli 4 u 7 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima “Rekwiżiti oħra applikabbli” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Tqaddim tal-Lessona Riserva
Deskrizzjoni
Il-perjodu tat-tqaddim tal-Lessona Riserva tnaqqas minn 46 għal 42 xahar, filwaqt li l-perjodu minimu tat-tqaddim f’reċipjenti tal-injam baqa’ l-istess.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima dwar “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Antiċipar tad-data tat-tqegħid fis-suq tal-Lessona Riserva
Deskrizzjoni
Id-data tat-tqegħid fis-suq tal-Lessona Riserva tiġi antiċipata b’4 xhur (mill-1 ta’ Settembru għall-1 ta’ Mejju ta’ kull sena).
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 5 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna wkoll it-taqsima dwar “Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Emendi formali tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma jaffettwawx il-kontenut tat-test
Deskrizzjoni
Saru emendi formali fir-rigward tal-artikoli tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott li ma jaffettwawx il-kontenut tat-test. Dawn huma aġġornamenti għar-referenzi legali, emenda tat-titoli tal-artikoli, iddaħħlet speċifikazzjoni li tinkludi kollox, korrezzjonijiet ta’ żbalji editorjali jew żbalji tipografiċi (rendiment tal-inbid u termini fir-rabta mal-ambjent).
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Aġġornament tal-indikazzjonijiet tal-Korp ta’ kontroll
Deskrizzjoni
Wara l-emendi li saru fir-rigward tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013 bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2024/1143, il-kontenut obbligatorju tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott ma għadux jinkludi l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott u s-setgħat tagħhom.
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 40(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143, l-Istati Membri għandhom jippubblikaw l-ismijiet u l-indirizzi tal-awtoritajiet kompetenti, tal-korpi delegati u tal-persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 39(3) ta’ dak ir-Regolament għal kull prodott iddeżinjat b’indikazzjoni ġeografika u għandhom jaġġornaw dik l-informazzjoni.
Għalhekk, ġie emendat l-artikolu b’referenzi għall-korp ta’ kontroll, u din l-informazzjoni ġiet sostitwita b’referenza għall-pubblikazzjoni fis-sit web uffiċjali tal-awtorità kompetenti tal-Istat Membru.
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 10 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda ma taffettwax id-dokument uniku.
|
☐ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
Titolu
Possibbiltà li l-inbejjed ikollhom noti tal-injam
Deskrizzjoni
Żdiedet l-ispeċifikazzjoni li ġejja: “B’rabta mal-inbejjed li eventwalment jinħażnu f’reċipjenti tal-injam, jista’ jkollhom riħa u/jew togħma kemxejn tal-injam.”
Din l-emenda tikkonċerna l-Artikolu 6 tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott.
Din l-emenda tikkonċerna t-taqsima “Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed” tad-dokument uniku.
|
☑ |
L-emenda taffettwa d-dokument uniku. |
DOKUMENT UNIKU
Denominazzjonijiet ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi tal-inbid
“Lessona”
Numru ta’ referenza tal-UE: PDO-IT-A1191-AM02 — 16.7.2026
1. Isem/Ismijiet għar-reġistrazzjoni
Lessona
2. Tip ta’ indikazzjoni ġeografika
|
☑ |
DOP |
|
☐ |
IĠP |
3. Pajjiż li għalih tappartjeni ż-żona ġeografika definita
L-Italja
4. Klassifikazzjoni tal-prodott agrikolu f’konformità mal-intestatura u l-kodiċi tan-Nomenklatura Magħquda, kif imsemmi fl-Artikolu 6(1) tar-Regolament (UE) 2024/1143
2204 – Inbejjed mill-għeneb frisk, inkluż l-inbejjed imqawwija; most tal-għeneb għajr dak tal-intestatura 2009
5. Kategoriji ta’ prodotti tad-dwieli kif elenkati fil-Parti II tal-Anness VII tar-Regolament (UE) Nru 1308/2013
|
1. |
Inbid |
6. Deskrizzjoni tal-inbid jew tal-inbejjed
Prodott tad-dwieli
Lessona anke bit-terminu “Riserva”
Karatteristiċi organolettiċi
Lewn: aħmar lewn il-granata, bi sfumaturi oranġjo bit-tqaddim.
Riħa: riħa karatteristika li tfakkar fil-vjola, fina u intensa.
Togħma: xotta, pjaċevolment tannika, b’sapidità karatteristika u pjaċevoli, persistenti fil-ħalq.
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi organolettiċi
B’rabta mal-inbejjed li eventwalment jinħażnu f’reċipjenti tal-injam, jista’ jkollhom riħa u/jew togħma kemxejn tal-injam.
Karatteristiċi analitiċi
|
Qawwa alkoħolika totali massima (f’% tal-volum): |
— |
|
Qawwa alkoħolika effettiva minima (f’% tal-volum): |
— |
|
Aċidità totali minima: |
5,0 |
|
Unità ta’ aċidità totali minima: |
fi grammi għal kull litru, espressa bħala aċidu tartariku |
|
Aċidità volatili massima (f’milliekwivalenti għal kull litru): |
— |
|
Total massimu ta’ diossidu tal-kubrit (f’milligrammi għal kull litru): |
— |
Informazzjoni addizzjonali dwar il-karatteristiċi analitiċi
Qawwa alkoħolika totali minima skont il-volum: 12,00 % vol. anke għal-Lessona Riserva bit-terminu “vigna”.
Estratt minimu mingħajr zokkor: 22,0 g/l.
|
☑ |
Kwalunkwe karatteristika analitika li mhijiex indikata f’din it-taqsima hija fil-limiti stipulati mil-leġiżlazzjoni applikabbli tal-UE. |
7. Prattiki tal-produzzjoni tal-inbid
7.1. Prattiki enoloġiċi speċifiċi użati biex isir l-inbid jew l-inbejjed u r-restrizzjonijiet rilevanti għall-produzzjoni tagħhom
Tqaddim f’reċipjenti tal-injam
Prattika enoloġika speċifika
L-inbejjed li ġejjin iridu jgħaddu minn perjodu ta’ tqaddim:
Lessona: 22 xahar, inkluż 12-il xahar f’reċipjenti tal-injam
Lessona Riserva: 42 xahar, inkluż 30 xahar f’reċipjenti tal-injam
Rilaxx għall-konsum
Prattika enoloġika speċifika
Lessona: L-1 ta’ Settembru tat-tieni sena wara dik li fiha nħasad l-għeneb.
Lessona Riserva: L-1 ta’ Mejju tar-raba’ sena wara dik li fiha nħasad l-għeneb.
7.2. Rendimenti massimi
Lessona
|
Rendiment massimu: |
8 000 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
Lessona Riserva:
|
Rendiment massimu: |
7 200 |
|
Unità ta’ rendiment massimu: |
kilogrammi ta’ għeneb għal kull ettaru |
8. Indikazzjoni tal-varjetà jew tal-varjetajiet ta’ għeneb tal-inbid li minnhom jiġi prodott l-inbid jew jiġu prodotti l-inbejjed
|
— |
Nebbiolo N. - Spanna |
|
— |
Uva rara N. |
|
— |
Vespolina N. - Ughetta |
9. Definizzjoni qasira taż-żona ġeografika definita
Iż-żona tal-produzzjoni tal-għeneb maħsub għall-produzzjoni tal-inbejjed bid-denominazzjoni ta’ oriġini kkontrollata Lessona tinkludi t-territorju kollu tal-muniċipalità ta’ Lessona.
10. Rabta maż-żona ġeografika
Kategorija ta’ prodotti tad-dwieli
|
1. |
Inbid |
Sommarju tar-rabta
Iż-żona tal-produzzjoni tal-Lessona tinsab fit-Tramuntana tal-Piemonte u tifforma l-parti mill-Punent taż-żona. L-għeruq storiċi diġà ġew attestati b’atti uffiċjali rreġistrati fl-1436. It-territorju jinsab fuq ilsien ta’ sedimenti tal-baħar mirfud fuq blat profond tal-porfirju. Ħamrija alluvjali pjuttost laxka, ramel aċiduż ħafna, ħamrani, minerali ħafna. Il-prossimità tal-Monte Rosa tikkontribwixxi biex tagħti kenn mill-kurrenti tat-Tramuntana u b’hekk ikun hemm klima pjuttost moderata. It-terroirs ta’ Lessona għandhom djalogu kbir mal-karattru nobbli tan-Nebbiolo, u l-kumpless aromatiku tad-dwieli jsir iktar għani b’mineralità rustika tipika, u b’sapidità minerali li tispikka u ċara.
11. Rekwiżiti oħra applikabbli
Titolu tar-rekwiżit/tad-deroga
Użu tat-terminu “vigna”
Qafas legali
Fil-leġiżlazzjoni nazzjonali
Tip ta’ rekwiżit/deroga ulterjuri
Dispożizzjonijiet addizzjonali tat-tikkettar
Deskrizzjoni tar-rekwiżit/tad-deroga
Fid-deżinjazzjoni tal-inbejjed Lessona u Lessona Riserva, id-denominazzjoni ta’ oriġini tista’ tkun akkumpanjata mit-terminu “vigna” segwit mill-isem tal-post jew l-isem tradizzjonali rilevanti, diment li:
|
— |
l-għeneb kollu jiġi mill-istess vinja; |
|
— |
dan it-terminu jidher fil-lista reġjonali xierqa skont it-tifsira tal-leġiżlazzjoni fis-seħħ; |
|
— |
dawk li, fid-deżinjazzjoni u l-preżentazzjoni tal-inbid Lessona Riserva, ikun beħsiebhom jakkumpanjaw id-denominazzjoni ta’ oriġini bit-terminu “vigna”, ikunu wettqu l-produzzjoni u l-ibbottiljar tal-inbid; |
|
— |
il-produzzjoni tal-inbid u t-tqaddim tal-inbid ikunu saru f’reċipjenti separati u t-terminu “vigna” segwit mill-isem tal-post jew mill-isem tradizzjonali rilevanti ikun iddaħħal fir-rapport dwar il-produzzjoni tal-inbid, fir-reġistri u fid-dokumenti ta’ akkumpanjament; |
|
— |
it-terminu “vigna” segwit mill-isem tal-post rilevanti jidher b’tipa ta’ daqs ugwali jew iżgħar minn 50 % tad-daqs tat-tipa użata għad-denominazzjoni ta’ oriġini. |
Referenza elettronika (url) għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott
https://www.masaf.gov.it/flex/cm/pages/ServeBLOB.php/L/IT/IDPagina/24186
(1) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2025/27 tat-30 ta’ Ottubru 2024 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2024/1143 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’regoli dwar ir-reġistrazzjoni u l-protezzjoni ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi, speċjalitajiet tradizzjonali garantiti u termini tal-kwalità mhux obbligatorji u li jħassar ir-Regolament Delegat (UE) Nru 664/2014 (ĠU L, 2025/27, 15.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2025/27/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5265/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)