|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/4997 |
10.9.2025 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.12017 — KKR / HHS / DATAGROUP)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2025/4997)
1.
Fl-1 ta’ Settembru 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
KKR & Co. Inc. (“KKR”, l-Istati Uniti), |
|
— |
HHs Beteiligungsgesellschaft mbH (“HHS”, il-Ġermanja), |
|
— |
DATAGROUP SE (“DATAGROUP”, il-Ġermanja). |
KKR u HHS se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ DATAGROUP, li bħalissa tinsab taħt il-kontroll uniku ta’ HHS.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-15 ta’ April 2025.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
KKR hija ditta tal-investiment globali li toffri ġestjoni tal-assi alternattivi kif ukoll soluzzjonijiet għas-swieq finanzjarji u tal-assikurazzjoni, |
|
— |
HHs hija kumpanija b’responsabbiltà limitata skont il-liġi Ġermaniża u hija l-kumpanija azzjonarja tal-familja kkontrollata indirettament mis-Sur Max H. Schaber, ċittadin u resident Ġermaniż. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża DATAGROUP huma dawn li ġejjin: DATAGROUP hija l-kumpanija omm Ġermaniża ta’ grupp ta’ kumpaniji li jipprovdu servizzi u soluzzjonijiet tal-IT.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12017 — KKR / HHS / DATAGROUP
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4997/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)