|
4.12.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 318/15 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1127/2010
tat-3 ta’ Diċembru 2010
li jistabbilixxi perjodu tranżitorju għat-tneħħija tar-Repubblika tal-Maldivi mil-lista ta’ pajjiżi benefiċjarji mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, kif stabbilit fir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 tat-22 ta’ Lulju 2008 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2009 sal-31 ta’ Diċembru 2011 u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 552/97, (KE) Nru 1933/2006 u r-Regolamenti tal-Kummissjoni (KE) Nru 1100/2006 u (KE) Nru 964/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(8) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Repubblika tal-Maldivi (minn issa ‘l quddiem imsejħa “l-Maldivi”) hija benefiċjarja fl-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati taħt l-iskema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati tal-Unjoni. |
|
(2) |
L-Artikolu 11(8) tar-Regolament (KE) Nru 732/2008 jistipula t-tneħħija ta’ pajjiż mill-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-anqas żviluppati, meta dak il-pajjiż jiġi eskluż min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista ta’ pajjiżi l-anqas żviluppati. Dan l-Artikolu jipprovdi wkoll għat-twaqqif ta’ perjodu tranżitorju ta’ mill-inqas tliet snin, biex itaffi xi effetti ħżiena li jistgħu jiġu kkawżati bit-tneħħija tal-preferenzi tariffarji mogħtija skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati. |
|
(3) |
Il-Maldivi ġew esklużi min-Nazzjonijiet Uniti mil-lista tal-pajjiżi l-inqas żviluppati, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2011 (2). |
|
(4) |
Il-Maldivi għandhom għalhekk jitħallew ikomplu jgawdu mill-preferenzi mogħtija skont l-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati, sal-31 ta’ Diċembru 2013. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Preferenzi Ġeneralizzati, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Repubblika tal-Maldivi għandha titneħħa mil-lista ta’ benefiċjarji tal-arranġament speċjali għall-pajjiżi l-inqas żviluppati fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 732/2008, b’effett mill-1 ta’ Jannar 2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Diċembru 2010.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(2) Riżoluzzjoni tal-Assemblea Ġenerali tan-NU A/Res/60/33 tat-30 ta’ Novembru 2005.