European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
tal-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2026/3088

3.6.2026

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tat-28 ta’ Mejju 2026

li tissostitwixxi membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għaċ-Ċekja

(C/2026/3088)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) 2019/127 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' Jannar 2019 li jistabbilixxi l-Fondazzjoni Ewropea għat-Titjib tal-Kondizzjonijiet tal-Ħajja u tax-Xogħol (Eurofound), u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1365/75 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4 tiegħu,

Billi:

(1)

Bid-Deċiżjoni tat-28 ta' Marzu 2023 (2), il-Kunsill ħatar membri u membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol għall-perjodu mill-1 ta' April 2023 sal-31 ta' Marzu 2027.

(2)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Vladimíra DRBALOVÁ sar vakanti siġġu ta' membru fil-kategorija tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet tal-impjegaturi.

(3)

L-organizzazzjoni tal-impjegaturi BusinessEurope ddeżinjat kandidat għas-siġġu vakanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sa Blanka ŠEFRÁNKOVÁ hija maħtura membru tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol minflok is-Sa Vladimíra DRBALOVÁ għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fil-31 ta' Marzu 2027.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Mejju 2026.

Għall-Kunsill

Il-President

M. DAMIANOS


(1)   ĠU L 30, 31.1.2019, p. 74.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tat-28 ta' Marzu 2023 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Bord tat-Tmexxija tal-Fondazzjoni Ewropea għat-titjib tal-kundizzjonijiet tal-ħajja u tax-xogħol (Eurofound) (ĠU C 116, 31.3.2023, p. 23).


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3088/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)