14.10.2005   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

304


ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

tal-25 ta' Jannar 2005

li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE sabiex tiġi esti ¿a d-deroga marbuta mal-kundizzjonijiet ta' importazzjoni għal materjali ta' propagazzjoni u tħawwil ta' ħxejjex minn pajjiżi terzi

(innotifikata fid-dokument bin-numru C(2005) 115)

(Test b'rilevanza ghaż-ŻEE)

(2005/55/KE)

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE tat-28 ta' April dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta' materjal ta' propagazzjoni u ta' tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ (1) u b'mod partikolari t-tieni sub-paragrafu ta' l-Artikolu 16(2) tagħha,

Billi:

(1)

Il-Kummissjoni hija mitluba skond l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 92/33/KEE tiddeċiedi jekk materjal għall-propagazzjoni u t-tħawwil tal-ħxejjex, minbarra ż-żrieragħ, prodott f'pajjiż terz u li jissodisfa l-istess garaziji fir-rigward ta' l-obbligi fuq il-fornitur, l-identità, il-karatteristiċi, saħħa tal-pjanti, mezz ta' tkabbir, ippakkjar, arranġamenti ta' spezzjoni, immarkar u ssiġillar, huwiex ekwivalenti f' dawn ir-rigwardi kollha għall-materjal ta' propagazzjoni u tħawwil tal-ħxejjex minbarra ż-żrieragħ prodott fil-Komunità u li jaderixxi mal-kundizzjonijiet ta' dik id-Direttiva.

(2)

Madanakollu, it-tagħrif disponibbli bħalissa dwar il-kundizzjonijiet li japplikaw f'pajjiżi terzi għadu m'huwiex biżżejjed sabiex il-Kummissjoni tkun tista' tadotta kull deċiżjoni bħal din fir-rigward ta' xi pajjiż terz f'dan l-istadju.

(3)

Sabiex il-flussi tal-kummerċ ma jitħarbtux, Stati Membri li jimpurtaw materjal għall-propagazzjoni u tħawwil tal-hxejjex, minbarra żrieragħ, minn pajjiżi terzi għandhom jitħallew ikomplu japplikaw għal dawn il-kundizzjonijiet tal-prodotti ekwivalenti għal dawk applikabbli għal prodotti Komunitarji simili skond l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE.

(4)

Il-perijodu ta' applikazzjoni tad-deroga pprovdut fl-ewwel subparagrafu ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, li ġie estiż sal-31 ta' Diċembru 2004 permezz tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2002/111/KE (2), għandu jkun għalhekk estiż għal perijodu itwal.

(5)

Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar iż-Żrieragħ u l-Materjal ta' Propagazzjoni għall-Agrikoltura, Ortikultura u l-Foresterija.

ADDOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-ewwel sub-paragrafu ta' l-Artikolu 16(2) tad-Direttiva 92/33/KEE, id-data “31 ta' Diċembru 2004” hija mibdula b' “31 ta' Diċembru 2007”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmula fi Brussell, fil-25 ta' Jannar 2005.

Għall-Kummissjoni

Markos KYPRIANOU

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 157, ta' l 10.6.1992, p. 1. Direttiva kif emendata mid-Direttiva 2003/61/KE (ĠU L 165, tat-3.7.2003, p. 23).

(2)   ĠU L 41, tat-13.2.2002, p. 43.