2001D0672 — MT — 01.05.2004 — 001.001


Dan id-dokument ġie magħmul bil-ħsieb li jintuża bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u l-istituzzjonijiet ma jassumu l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu

►B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Awissu ta’ l-2001

li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2551)

(Test b’relevanza EEA)

(2001/672/KE)

(ĠU L 235, 4.9.2001, p.23)

Emendat bi:

 

 

Il-Ġurnal Uffiċjali

  No

page

date

►M1

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI tat-30 ta’ Marzu 2004

  L 102

71

7.4.2004




▼B

ID-DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI

ta’ l-20 ta’ Awissu ta’ l-2001

li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji

(notifikata bid-dokument numru Ċ(2001) 2551)

(Test b’relevanza EEA)

(2001/672/KE)



IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Lulju 2000 li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u reġistrazzjoni ta’ annimali bovini u għal dak li jirrigwarda t-tikkettjar ta’ laħam taċ-ċanga u prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 ( 1 ), u b’mod partikolari Artikolu 7(1)tiegħu,

Billi:

(1)

Huwa neċessarju li jkun speċifikat għal liema movimenti r-regoli speċjali japplikaw.

(2)

In vista tax-xebħ tas-sitwazzjoni konċernata huwa ġustifikat li jkunu murija minn qabel l-istess regoli għall-Istati Membri jew parti ta’ l-Istati Membri li jridu japplikaw dawn ir-regoli speċjali.

(3)

Ir-regoli speċjali għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li huwa possibbli li jkun magħruf il-lok ta’ kwalunkwe annimal bovin fi kwalunkwe żmien.

(4)

Ir-regoli speċjali għandhom jirriżultaw f’simplifikazzjoni rejali u jkun previst biss dak li huwa assolutament neċessarju sabiex tkun garantita l-karattru sħiħ ta’ operazzjoni ta’ bażi ta’ data nazzjonali.

(5)

Ir-regoli speċjali jikkonċernaw biss il-movimenti fl-Istati Membri. Regoli speċjali possibbli għall-movimenti bejn l-Istati Membri jkunu stipulati iktar tard jekk hemm bżonn.

(6)

Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma in konformità mall-Kumitat ta’ Gwida Agrikola Ewropea u l-Fond ta’ Garanzija,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:



Artikolu 1

Din id-Deċiżjoni hija applikabbli lill-movimenti ta’ l-annimali bovini fl-Istati Membri jew parti mill-Istati Membri msemmija fl-Anness minn żammiet differenti għal mergħat allokati f’oqsma tal-muntanji sabiex jirgħu fil-perijodu mill-1 sal-15 ta’ Ottubru.

Artikolu 2

1.  Kull mergħa msemmija f’Artikolu 1 għandha tingħata kodiċi ta’ reġistrazzjoni speċifika li għandha tkun reġistrata fil-bażi ta’ data għall-annimali bovini.

2.  Il-persuna responsabbli għall-mergħat tistabbilixxi lista ta’ annimali bovini soġġetti għal moviment imsemmija f’Artikolu 1. Din il-lista għandu jkollha fiha mill-inqas:

— il-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tal-mergħa,

u għal kull annimal bovin:

— in-numru individwali ta’ indentifikazzjoni,

— in-numru ta’ identifikazzjni taż-żamma ta’ oriġini,

— id-data tal-wasla tal-mergħa,

— id-data stmata tat-tluq mill-mergħa.

3.  Il-lista msemmija fil-paragrafu 2 huwa validat mill-veterinarju li jieħu ħsieb tal-kontroll ta’ moviment ta’ l-annimali bovini.

4.  L-informazzjoni li tinstab fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 hija introdotta fid-database għall-annimali bovini għal inqas sebat ijiem wara d-data meta l-annimali huma mdaħħla fil-mergħa.

5.  Jekk kwalunkwe ġrajja sseħħ meta l-annimali qegħdin jirgħu bħat-twelid, mewt jew movimenti oħra, il-ġrajja għandha tkun notifikata għad-database nazzjonali għall-annimali bovini in konformità mar-regoli ġenerali. Il-persuna responsabbli għall-mergħa għandu jinforma l-persuna responsabbli għaż-żamma ta’ l-oriġini mill-iktar fis possibbli. Id-data attwali tat-tluq, u d-destinazzjoni ta’ kull animal, għandu wkoll ikun notifikat in konformità mar-regoli ġenerali.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni hija ndirizzata lill-Istati Membri.




ANEXO — BILAG — ANHANG — ΠΑΡΑΡΤΗΜΑ — ANNEX — ANNEXE — ALLEGATO — BIJLAGE — ANEXO — LIITE — BILAGA

FRANZA



PICARDIE

Aisne

CHAMPAGNE-ARDENNE

Ardennes, Aube

LORRAINE

Meurthe-et-Moselle, Meuse, Moselle, Vosges

ALSACE

Bas-Rhin, Haut-Rhin

FRANCHE-COMTÉ

Doubs, Jura, Haute-Saône, Territoire de Belfort

RHÔNE-ALPES

Ain, Ardèche, Drôme, Isère, Loire, Rhône, Savoie, Haute-Savoie

PROVENCE-ALPES-CÔTE D'AZUR

Alpes de Haute-Provence, Hautes-Alpes, Alpes-Maritimes, Bouches-du-Rhône, Var, Vaucluse

BOURGOGNE

Côte-d'Or, Nièvre, Saône-et-Loire

AUVERGNE

Allier, Cantal, Haute-Loire, Puy-de Dôme

LIMOUSIN

Corrèze, Creuse

MIDI-PYRÉNÉES

Ariège, Aveyron, Haute-Garonne, Gers, Hautes-Pyrénées, Lot, Tarn, Tarn-et-Garonne

AQUITAINE

Pyrénées-Atlantiques

LANGUEDOC-ROUSSILLON

Aude, Gard, Hérault, Lozère, Pyrénées-Orientales

CORSE

Haute-Corse, Corse-du-Sud

ITALIA



LOMBARDIA

Sondrio, Como, Lecco, Varese, Milano, Pavia, Lodi, Cremona, Mantova, Brescia, Bergamo

PROVINCIA AUTONOMA DI TRENTO

Trento

MOLISE

Campobasso, Isernia

FRIULI VENEZIA GIULIA

Udine, Pordenone

ABRUZZO

L'Aquila, Chieti, Pascara, Teramo

PUGLIA

Foggia, Bari, Taranto

PIEMONTE

Torino, Alessandria, Biella, Cuneo, Novara, Verbania, Vercelli

VENETO

Treviso, Vicenza, Verona, Belluno

SICILIA

Agrigento, Caltanissetta, Catania, Enna, Messina, Palermo, Siracusa, Ragusa, Trapani

VALLE D'AOSTA

Aosta

UMBRIA

Perugia, Terni

LIGURIA

Imperia, Savona, Genova, La Spezia

EMILIA ROMAGNA

Piacenza, Parma, Ravenna, Bologna

MARCHE

Ascoli Piceno, Macerata, Ancona, Pesaro-Urbino

LAZIO

Roma, Rieti, Frosinone, Viterbo, Latina

TOSCANA

Lucca

PROVINCIA AUTONOMA DI BOLZANO

Bolzano

CAMPANIA

Avellino, Benevento, Caserta

CALABRIA

Catanzaro, Cosenza, Crotone, Reggio Calabria, Vibo Valentia

BASILICATA

Matera, Potenza

OSTERREICH



KÄRNTEN

Klagenfurt Stadt, Villach, Hermagor, Klagenfurt Land, Sankt Veit an der Glan, Spittal an der Drau, Villach Land, Völkermarkt, Wolfsberg, Feldkirchen

NIEDERÖSTERREICH

Waidhofen an der Ybbs Stadt, Amstetten, Baden, Gmünd, Hörn, Krems an der Donau Land, Lilienfeld, Melk, Neunkirchen, Sankt Pölten Land, Scheibbs, Waidhofen an der Thaya, Wiener Neustadt Land, Zwettl

OBERÖSTERREICH

Eferding, Freistadt, Gmunden, Grieskirchen, Kirchdorf an der Krems, Perg, Ried im Innkreis, Rohrbach, Steyr Land, Urfahr Umgebung, Vöcklabruck

SALZBURG

Salzburg Stadt, Hallein, Salzburg Umgebung, Sankt Johann im Pongau, Tamsweg, Zell am See

STEIERMARK

Graz Stadt, Bruck an der Mur, Deutschlandsberg, Graz Umgebung, Hartberg, Judenburg, Knittelfeld, Leibnitz, Leoben, Liezen, Mürzzuschlag, Murau, Voitsberg, Weiz

TIROL

Innsbruck Stadt, Imst, Innsbruck Land, Kitzbühel, Kufstein, Landeck, Reutte, Lienz

VORARLBERG

Bludenz, Bregenz, Dornbirn, Feldkirch

PORTUGAL



VIANA DO CASTELO

Ponte de Lima, Vila Nova de Cerveira, Valença, Paredes de Coura, Monção, Melgaço, Arcos de Valdevez, Ponte da Barca, Viana do Castelo

BRAGA

Vila Verde, Vieira do Minho, Fafe, Terras de Bouro, Amares

PORTO

Amarante, Arouca, Vale de Cambra, Cinfães, Resende, Baião

VILA REAL

Montalegre, Boticas, Vila Pouca de Aguiar, Vila Real, Valpaços, Chaves

BRAGANÇA

Vinhais, Bragança

VISEU

Castro Daire, S. Pedro do Sul, Vouzela

SABUGAL

Sabugal

CASTELO BRANCO

Vila Velha de Rodão

▼M1

SLOVENJA



POMURSKA REGIJA

Ljutomer, Ormož

PODRAVSKA REGIJA

Lenart, Ptuj, Slovenska Bistrica, Maribor, Pesnica, Ruše

KOROŠKA REGIJA

Dravograd, Radlje ob Dravi, Ravne na Koroškem, Slovenj Gradec

SAVINJSKA REGIJA

Celje, Laško, Mozirje, Šentjur pri Celju, Slovenske Konjice, Šmarje pri Jelšah, Velenje, Žalec

ZASAVSKA REGIJA

Hrastnik, Trbovlje, Zagorje ob Savi

SPODNJE POSAVSKA REGIJA

Brežice, Sevnica

JUGOVZHODNA SLOVENIJA

Crnomelj, Kocevje, Metlika, Novo Mesto, Ribnica, Trebnje

OSREDJESLOVENSKA REGIJA

Domžale, Grosuplje, Kamnik, Litija, Ljubljana, Logatec

GORENJSKA REGIJA

Jesenice, Kranj, Radovljica, Škofja Loka, Tržic?

NOTRANJSKO-KRAŠKA REGIJA

Cerknica, Ilirska Bistrica, Postojna

GORIŠKA REGIJA OBALNO

Ajdovšcina, Idrija, Nova Gorica, Tolmin

KRAŠKA REGIJA

Izola/Isola, Koper, Piran, Sežana



( 1 ) ĠU L 204, tal-11.8.2000, p.1.