12003TN08/10/B



Official Journal L 236 , 23/09/2003 P. 0832 - 0832


B. L-IMMANIĠĠJAR TA' L-ISKART

1. 31993 R 0259: Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru. 259/93 ta' l- 1 ta' Frar 1993 dwar is-sorveljanza u l-kontroll ta' vjaġġi bi skart fi ħdan, għal u mill-Komunità Ewropea (ĠU L 30,6.2.1993, p. 1), kif l-aħħar emendat bi:

- 32001 R 2557: Ir- Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru. 2557/2001 tat- 28.12.2001 (ĠU L 349, 31.12.2001, p. 1).

(a) Sal- 31 ta' Diċembru 2010, kull vjaġġ lejn il-Latvja bi skart biex jiġi rkuprat imniżżel fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93 kif ukoll vjaġġi bi skart biex jiġi rkuprat li mhux imniżżel f'dawk l-Annessi għandhom jiġu notifikati lill-awtoritajiet kompetenti u pproċessati b'konformità ma' l-Artikoli 6, 7 u 8 tar-Regolament.

(b) B'deroga mill-Artikolu 7(4) tar-Regolament (KEE) Nru. 259/93, l-awtoritajiet kompetenti għandhom joġġezzjonaw kemm għal vjaġġi bi skart biex jiġi rkuprat imniżżel fl-Annessi II, III u IV tar-Regolament kif ukoll għal vjaġġi bi skart biex jiġi rkuprat li mhux imniżżel f'dawk l-Annessi li huma destinati għal xi faċilità li tgawdi minn xi deroga temporanja minn xi disposizzjoniet tad-Direttiva 96/61/KE [5] dwar il-prevenzjoni u l-kontroll integrat tat-tniġġis, matul il-perijodu li fih id-deroga temporanja hija applikata fir-rigward tal-faċilità destinatarja.

2. 31994 L 0062: Id-Direttiva 94/62/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal- 20 ta' Diċembru 1994 dwar l-imballaġġ u l-iskart mill-imballaġġ (ĠU L 365, 31.12.1994, p. 10).

B'deroga mill-Artikolu 6(1)(a) u (b) tad-Direttiva 94/62/KE, sal- 31 ta' Diċembru 2007 il-Latvja għandha tilħaq il-miri ta' l-irkuprar u tar-riċiklaġġ għall-materjal li ġej li jintuża fl-imballaġġ skond il-miri intermedji li ġejjin:

- riċiklaġġ tal-plastik: 11 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni, 12 % għas-sena 2004, 13 % għas-sena 2005 u 14 % għas-sena 2006;

- rata globali ta' l-irkuprar: 33 % tal-piż sad-data ta' l-adeżjoni, 37 % għas-sena 2004, 42 % għas-sena 2005, u 46 % għas-sena 2006.

3. 31999 L 0031: Id-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas- 26 ta' April 1999 dwar l-irdim ta' l-iskart (ĠU L 182, 16.7.1999, p. 1).

B'deroga mit-tieni inċiż ta' l-Artikolu 2(g) tad-Direttiva 1993/31/KE, u bla preġudizzju għad-Direttiva tal-Kunsill 75/442/KEE [6] dwar l-iskart u d-Direttiva tal-Kunsill 91/689/KEE [7] dwar l-iskart perikoluż, sit permanenti li jintuża għall-ħżin temporanju ta' skart perikoluż iġġenerat ġewwa l-Latvja mhux se jkun meqjus bħala radam fil-Latvja sal- 31 ta' Diċembru 2004.

[5] ĠU L 257, 10.10.1996, p. 26.

[6] ĠU L 194, 25.7.1975, p. 39. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 96/350/KE (ĠU L 135, 6.6.1996, p. 32).

[7] ĠU L 377, 31.12.1991, p. 20. Id-Direttiva kif l-aħħar emendata mid-Direttiva tal-Kunsill 94/31/KE (ĠU L 168, 2.7.1994, p. 28).

--------------------------------------------------