European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/46

15.1.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/46

tal-14 ta’ Jannar 2025

dwar il-ħatra tal-membri tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol għal mandat ġdid

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Deċiżjonijiet tal-Kummissjoni 95/319/KE tat-12 ta’ Lulju 1995 biex tistabbilixxi Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 5 tiegħu,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 5(1) tad-Deċiżjoni 95/319/KE, il-Kumitat hu magħmul minn membru sħiħ għal kull Stat Membru u jista’ jinħatar membru sostitut għal kull membru sħiħ.

(2)

Skont l-Artikolu 5(2) ta’ dik id-Deċiżjoni, il-Kummissjoni trid taħtar il-membri sħaħ u sostituti tal-Kumitat fuq proposta mill-Istat Membru.

(3)

L-Artikolu 5(3) ta’ dik id-Deċiżjoni tipprevedi li l-mandat tal-Kumitat idum 3 snin u li l-ħatra tagħhom tiġġedded.

(4)

Il-mandat attwali tal-Kumitat jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2024.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Kummissjoni taħtar il-membri tal-Kumitat abbażi tal-proposti mill-Istati Membri għal perjodu ta’ 3 snin.

(6)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni immedjata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-membri sħaħ u sostituti tal-Kumitat ta’ Spetturi Anzjani fuq ix-Xogħol jinħatru għal perjodu ta’ 3 snin mill-1 ta’ Jannar 2025 sal-31 ta’ Diċembru 2027.

Il-lista tal-membri, kif stabbilita fl-Anness, għandha tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea għal finijiet ta’ informazzjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Jannar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 188, 9.8.1995, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/1995/319/oj.


ANNESS

Stat Membru

Membru sħiħ

Membru sostitut

Il-Belġju

Is-Sur Paul TOUSSEYN

Is-Sur Pieter BOLLE

Il-Bulgarija

Is-Sinjura Ekaterina ASENOVA

Is-Sinjur Pavlin TODOROV

Iċ-Ċekja

Is-Sur Martin MELECKÝ

Is-Sur Pavel HEISIG

Id-Danimarka

Is-Sinjura Lotte MANNICHE GROTH

Is-Sinjura Annemarie KNUDSEN

Il-Ġermanja

Is-Sur Thomas VOIGTLÄNDER

Is-Sinjura Andrea MENNE

L-Estonja

Is-Sinjura Silja SOON

Is-Sinjura Kaire SAAREP

L-Irlanda

Is-Sur Mark CULLEN

Is-Sinjura Eibhlin O’LEARY

Il-Greċja

Is-Sinjura Panagiota KATSAKIORI

Is-Sinjura Evdoxia KATSIKOGIANNI

Spanja

Is-Sinjura Cristina FERNÁNDEZ GONZÁLEZ

Is-Sur Gonzalo GIMÉNEZ COLOMA

Franza

Is-Sinjura Anouk LAVAURE

Is-Sinjura Agnès GLAS

Il-Kroazja

Is-Sinjura Božica BREŠKI DŽODAN

Is-Sur Boris BIZJAK

L-Italja

Is-Sur Aniello PISANTI

Is-Sinjura Roberta FABRIZI

Ċipru

Is-Sur Aristodemos ECONOMIDES

Is-Sur Yiannis KOUDOUNARIS

Il-Latvja

Is-Sur Renārs LŪSIS

Is-Sinjura Linda MATISĀNE

Il-Litwanja

Is-Sur Jonas GRICIUS

Is-Sinjura Dalia LEGIENE

Il-Lussemburgu

Is-Sur Marco BOLY

Is-Sinjura Patrice FURLANI

L-Ungerija

Is-Sur Péter NESZTINGER

Is-Sur Tamás LŐRIK

Malta

Dott. Josianne CUTAJAR

Is-Sur David SALIBA

In-Netherlands

Is-Sur Rits DE BOER

Is-Sinjura Sari TUPAMAHU

L-Awstrija

Is-Sinjura Gertrud BREINDL

Is-Sinjura Alexandra MARX

Il-Polonja

Is-Sur Marcin STANECKI

Is-Sur Michał WYSZKOWSKI

Il-Portugall

Is-Sinjura Fernanda CAMPOS

Is-Sur Nelson FERREIRA

Ir-Rumanija

Is-Sur Mihai-Nicolae UCĂ

Is-Sur Constantin NEGRILĂ

Is-Slovenja

Is-Sinjura Katja ČOH KRAGOLNIK

Is-Sur Goran BRKIĆ

Is-Slovakkja

Is-Sinjura Alena ZVAROVA BASISTOVA

Is-Sinjura Katarina TIMKOVA

Il-Finlandja

Is-Sur Raimo ANTILA

Is-Sur Arto TERONEN

L-Iżvezja

Is-Sur Lars LÖÖW

Is-Sur Peter BURMAN


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/46/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)