<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-357/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020CJ0357</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:881">EU:C:2021:881</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20211028">28.10.2021</DATE> – Kawża C‑357/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Maġistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni – II)</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tieni Awla)</P><P><DATE ISO="20211028">28 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Konservazzjoni tal-habitats naturali kif ukoll tal-fawna u l-flora selvaġġa</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 92/43/KEE</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 12(1)</KEYWORD><KEYWORD>Sistema ta’ protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali</KEYWORD><KEYWORD>Anness IV(a)</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni)</KEYWORD><KEYWORD>Postijiet ta’ mistrieħ u siti tat-tgħammir</KEYWORD><KEYWORD>Deterjorazzjoni jew qerda</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑357/20,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija), permezz ta’ deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20200710">10 ta’ Lulju 2020</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil‑<DATE ISO="20200731">31 ta’ Lulju 2020</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">IE</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Magistrat der Stadt Wien,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tieni Awla),</P><P>komposta minn A. Arabadjiev (Relatur), President tal-Ewwel Awla, li qiegħed jaġixxi bħala President tat-Tieni Awla, I. Ziemele, T. von Danwitz, P. G. Xuereb u A. Kumin, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Ċek, minn M. Smolek, J. Vláčil u L. Dvořáková, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn C. Hermes u M. Noll-Ehlers, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstemgħet l-Avukata Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/><QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ kawża bejn IE, impjegat ta’ kuntrattur ta’ proprjetà immobbli, u l-Magistrat der Stadt Wien (l-Amministrazzjoni Muniċipali tal-Belt ta’ Vjenna, l-Awstrija), dwar l-adozzjoni minn din tal-aħħar ta’ deċiżjoni amministrattiva kriminali li timponi multa fuq IE u, fil-każ ta’ nuqqas ta’ rkupru tagħha, piena ta’ priġunerija bħala piena alternattiva minħabba li, fil-kuntest ta’ proġett ta’ kostruzzjoni ta’ bini, huwa ddeterjora u qered postijiet ta’ mistrieħ kif ukoll siti tat-tgħammir tal-ispeċi <HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) inkluża fil-lista tal-ispeċi tal-annimali protetti li tinsab fl-Anness IV(a) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>. Din il-kawża diġà tat lok għal talba għal deċiżjoni preliminari, li dwarha l-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-għan ta’ din id-Direttiva jkun li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat [FUE].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva jkunu ddisinjati biex iżommu jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, l-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-[Unjoni Ewropea].</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Il-miżuri meħuda skond din id-Direttiva għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 12(1) ta’ din id-direttiva jistabbilixxi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett ta’ l-ispeċi ta’ l-annimali msemmija fl-Anness IV (a) fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-forom kollha ta’ qbid volontarju jew qtil ta’ kampjuni minn dawn l-ispeċi fis-selvaġġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tfixkil volontarju ta’ dawn l-ispeċi, speċjalment waqt il-perjodu tat-tgħammir, tkabbir, ibernazzjoni u migrazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>qerda volontarja jew teħid tal-bajd mis-selvaġġ;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>deterjorazzjoni jew qerda ta’ siti tat-tgħammir jew postijiet ta’ mistrieħ.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fost l-ispeċi ta’ annimali li għandhom <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>interess [għall-Unjoni] u li għandhom bżonn ħarsien mill-qrib<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, li l-lista tagħhom hija stabbilita fl-Anness IV(a) tal-imsemmija direttiva, jinsab inkluż, b’mod partikolari, il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni).</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Awstrijak</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Il-Wiener Naturschutzgesetz (il-Liġi dwar il-Protezzjoni tan-Natura tal-Land ta’ Vjenna), tal‑<DATE ISO="19980831">31 ta’ Awwissu 1998</DATE> (LGBl. für Wien, 45/1998), fil-verżjoni tagħha applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>WNSchG<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), tittrasponi d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/> fid-dritt nazzjonali għal-Land ta’ Vjenna (l-Awstrija).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Il-punt 4 tal-Artikolu 10(3) tal-WNSchG jirriproduċi l-formulazzjoni tal-Artikolu 12(1)(d) ta’ din id-direttiva. Dan jipprovdi, b’mod partikolari, li huwa pprojbit li wieħed jiddeterjora jew jeqred is-siti tat-tgħammir jew il-postijiet ta’ mistrieħ ta’ annimali strettament protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Is-sanzjonijiet previsti għal ksur tal-punt 4 tal-Artikolu 10(3) tal-WNSchG huma stabbiliti fil-punt 5 tal-Artikolu 49(1) tagħha. Skont din l-aħħar dispożizzjoni, hija suġġetta għal multa li tista’ tilħaq EUR <FT TYPE="NUMBER">21000</FT> jew, fil-każ li din ma titħallasx, għal piena ta’ priġunerija alternattiva li tista’ tilħaq erba’ ġimgħat, u, fil-każ ta’ repetizzjoni, għal multa li tista’ tilħaq EUR <FT TYPE="NUMBER">35000</FT>, jew fil-każ li din ma titħallasx, għal piena ta’ priġunerija alternattiva li tista’ tilħaq sitt ġimgħat, kull persuna li, bi ksur tal-punt 4 tal-Artikolu 10(3) tal-WNSchG, tiddeterjora jew teqred siti tat-tgħammir jew postijiet ta’ mistrieħ tal-annimali strettament protetti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 22(5) tal-WNSchG, l-awtorità kompetenti tista’ tawtorizza interventi individwali jekk il-miżura prevista, individwalment jew flimkien ma’ miżuri oħra meħtieġa mill-awtorità kompetenti, ma tikkompromettix b’mod sinjifikattiv l-għan tal-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Anness tal-Wiener Naturschutzverordnung jiddefinixxi l-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) bħala speċi ta’ annimali strettament protetta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Kuntrattur ta’ proprjetà immobbli, li jimpjega lil IE, wettaq xogħlijiet ta’ kostruzzjoni ta’ bini fuq art li fiha kien jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni). Il-proprjetarju ta’ din l-art, li kien jaf b’din is-sitwazzjoni, informa lil dan il-kuntrattur ta’ proprjetà immobbli, li nnomina espert ambjentali qabel il-bidu tax-xogħlijiet. B’hekk, dan stabbilixxa mappa tad-daħliet tal-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) u stabbilixxa, f’settur partikolari, jekk dawn il-postijiet kinux abitati jew le.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Qabel it-twettiq tax-xogħlijiet, l-imsemmi kuntrattur ta’ proprjetà immobbli neħħa s-saff veġetali, naddaf il-post ta’ kostruzzjoni, żviluppa triq ta’ kostruzzjoni u bena parkeġġ fil-viċinanza immedjata tad-daħliet tal-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>miżuri dannużi<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>). B’mod partikolari, it-tneħħija tas-saff veġetali kienet intiża sabiex iċċaqlaq lill-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), li kien jgħix fuq is-superfiċji fejn seħħet l-attività ta’ kostruzzjoni, lejn is-superfiċji li kienu speċifikament protetti u rriżervati għal din l-ispeċi ta’ annimali. Madankollu, l-awtorizzazzjoni minn qabel tal-miżuri dannużi ma kinitx ġiet mitluba mingħand l-awtorità kompetenti u, konsegwentement, ma kinitx inkisbet qabel ma nbdew ix-xogħlijiet. Barra minn hekk, inqerdu mill-inqas żewġ daħliet għall-postijiet fejn jgħix il-ħamster komuni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>L-Amministrazzjoni Muniċipali tal-Belt ta’ Vjenna għalhekk ikkunsidrat li IE, bħala impjegat tal-istess kuntrattur ta’ proprjetà immobbli, kien responsabbli għad-deterjorazzjoni u għall-qerda tal-postijiet ta’ mistrieħ kif ukoll għas-siti tat-tgħammir tal-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), b’hekk imponietlu, skont il-punt 4 tal-Artikolu 10(3) tal-WNSchG, multa li, fil-każ li ma titħallasx, tista’ tiġi kkonvertita f’piena ta’ priġunerija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>IE adixxa lill-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna, l-Awstrija) b’azzjoni intiża sabiex jikkontesta l-impożizzjoni ta’ din il-multa, minħabba, b’mod partikolari, li, minn naħa, il-postijiet ikkonċernati fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) ma kinux okkupati minn din tal-aħħar fil-mument li ġew implimentati l-miżuri dannużi u, min-naħa l-oħra, dawn il-miżuri ma kinux wasslu għad-deterjorazzjoni jew għall-qerda tal-postijiet ta’ mistrieħ jew tas-siti tat-tgħammir ta’ din l-ispeċi ta’ annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, din il-qorti, permezz tal-ewwel talba għal deċiżjoni preliminari, tat‑<DATE ISO="20190612">12 ta’ Ġunju 2019</DATE>, għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja sensiela ta’ domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, sabiex tikseb preċiżazzjonijiet dwar dak li jkopru l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>post ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0015" ID="QS0015"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni. Permezz tas-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), il-Qorti tal-Ġustizzja rrispondiet għall-ewwel waħda minn dawn id-domandi billi ddeċidiet li l-imsemmija dispożizzjoni għandha tiġi interpretata fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0016" ID="QS0016"/>postijiet ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> jinkludi wkoll il-postijiet ta’ mistrieħ li ma jkunux iktar okkupati mill-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), sa fejn ikun hemm probabbiltà suffiċjentement kbira li din l-ispeċi terġa’ tiġi lura f’dawn il-postijiet ta’ mistrieħ, fatt li hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika. Barra minn hekk, permezz ta’ din is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat id-domandi l-oħra inammissibbli minħabba insuffiċjenzi tat-talba għal deċiżjoni preliminari fid-definizzjoni tal-kuntest fattwali u tal-kuntest ġuridiku nazzjonali kkonċernati kif ukoll minħabba n-nuqqas ta’ spjegazzjoni dwar il-motivi preċiżi li għalihom l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba kienet neċessarja għall-qorti tar-rinviju għall-finijiet tas-soluzzjoni tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li din il-qorti ressqet quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja talba għal deċiżjoni preliminari ġdida, li tippreżenta espożizzjoni tal-fatti iktar iddettaljata u tippreċiża li d-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0017" ID="QS0017"/>deterjorazzjoni ta’ post ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, il-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0018" ID="QS0018"/>qerda ta’ post ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>, id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0019" ID="QS0019"/>deterjorazzjoni ta’ sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0020" ID="QS0020"/>qerda ta’ sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jikkostitwixxu, skont il-leġiżlazzjoni nazzjonali, erba’ vjolazzjonijiet distinti li għandhom jiġu ssanzjonati b’mod awtonomu. Għalhekk, hija tqis neċessarju, sabiex tiġi riżolta l-kawża prinċipali, li tiġi ddeterminata l-portata kemm fil-kuntest kif ukoll fiż-żmien tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0021" ID="QS0021"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> kif ukoll il-kriterji ta’ distinzjoni bejn id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0022" ID="QS0022"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> u l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0023" ID="QS0023"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> ta’ sit tat-tgħammir u/jew ta’ post ta’ mistrieħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk il-protezzjoni mogħtija mill-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0024" ID="QS0024"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> tkoprix biss l-abitazzjoni konkreta tal-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) jew jekk din testendix ukoll għall-madwar ta’ dawn il-postijiet ta’ għajxien. Barra minn hekk, fid-dawl tad-diverġenzi bejn l-opinjoni tal-espert privat innominat minn IE u dak tal-esperti tal-Amministrazzjoni Muniċipali tal-Belt ta’ Vjenna, hija tirrileva n-neċessità li tiġi ċċarata l-kwistjoni dwar jekk il-perijodu ta’ abitazzjoni konkreta u effettiva fil-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) kif ukoll dak ta’ emanċipazzjoni tal-frieħ ta’ din l-ispeċi ta’ annimali biss għandhomx jittieħdu inkunsiderazzjoni għall-finijiet tal-kwalifika, fuq il-livell temporali, ta’ sit tat-tgħammir jew jekk għandux jittieħed inkunsiderazzjoni wkoll il-perijodu ta’ ġestazzjoni u l-perijodu ta’ dipendenza eventwali tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Verwaltungsgericht Wien (il-Qorti Amministrattiva ta’ Vjenna) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0025" ID="QS0025"/>1)</NO.P><TXT>Xi tfisser l-espressjoni <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0026" ID="QS0026"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="2019" ID="QE0026"/> fis-sens tal-Artikolu 12[(1)(d)] tad-Direttiva [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0027" ID="QS0027"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="2019" ID="QE0027"/>] u, fuq livell ġeografiku, kif għandu “sit tat-tgħammir’ jiġi distint minn postijiet oħra?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Skont liema fatturi għandu jiġi ddeterminat jekk l-eżistenza ta’ sit tat-tgħammir hijiex limitata fiż-żmien u, jekk dan huwa l-każ, għal liema perijodu ta’ żmien?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk att jew ommissjoni rriżultawx f’deterjorazzjoni jew f’qerda ta’ sit tat-tgħammir?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT>Skont liema kriterji għandu jiġi ddeterminat jekk <QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0028" ID="QS0028"/>post ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="2019" ID="QE0028"/> fis-sens tal-Artikolu 12[(1)(d)] tad-Direttiva [<QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0029" ID="QS0029"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="2019" ID="QE0029"/>] ġie ddeterjorat jew meqrud?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0030" ID="QS0030"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0031" ID="QS0031"/>siti tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jinkludix biss il-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) jew jekk dan jestendix ukoll għall-madwar tad-daħliet tal-postijiet fejn tgħix din l-ispeċi ta’ annimali protetta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem tagħha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jiġi rrilevat li, skont l-istess kliem tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0032" ID="QS0032"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, l-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jistabbilixxu sistema ta’ ħarsien strett tal-ispeċi tal-annimali msemmija fl-Anness IV(a), ta’ din id-direttiva, fil-firxa naturali tagħhom, u li jipprojbixxu id-deterjorazzjoni jew qerda ta’ siti tat-tgħammir jew postijiet ta’ mistrieħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, il-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, hekk kif inhi, ma tippermettix li jiġi ddeterminat jekk il-protezzjoni mogħtija minn din id-dispożizzjoni lis-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta testendix ukoll għall-madwar ta’ dawn is-siti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0033" ID="QS0033"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, għalkemm id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0034" ID="QS0034"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> ma tinkludix definizzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0035" ID="QS0035"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat li l-projbizzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni ma tikkonċernax direttament l-ispeċi tal-annimali iżda hija intiża sabiex tipproteġi partijiet sinjifikattivi tal-habitat tagħhom (sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li l-protezzjoni stretta mogħtija mill-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0036" ID="QS0036"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> hija intiża sabiex tiggarantixxi li partijiet sinjifikattivi tal-habitat tal-ispeċi ta’ annimali protetti jiġu ppreżervati b’mod li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet rikjesti sabiex, b’mod partikolari, jirriproduċu fihom (ara, b’analoġija, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi rrilevat li interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0037" ID="QS0037"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, li jinsab fl-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0038" ID="QS0038"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, kif issuġġerita mir-rikorrenti fil-kawża prinċipali, li għandha l-intenzjoni li tillimita l-portata ta’ dan il-kunċett biss għall-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), tista’ teskludi minn din il-protezzjoni ż-żoni neċessarji għat-tgħammir u għat-tnissil ta’ frieħ ta’ din l-ispeċi ta’ annimali protetta, li jistgħu jinsabu fil-madwar ta’ dawn il-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni). Tali interpretazzjoni ma hijiex ta’ natura li tiggarantixxi li partijiet sinjifikattivi tal-habitat tal-imsemmija speċi ta’ annimali jiġu ppreżervati b’mod li din tal-aħħar tkun tista’ tibbenefika mill-kundizzjonijiet rikjesti sabiex, b’mod partikolari, tirriproduċi fihom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fid-Dokument ta’ Gwida fuq il-Protezzjoni Stretta tal-Ispeċi ta’ Annimali ta’ Interess Komunitarju skont id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0039" ID="QS0039"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> 92/43/KEE (verżjoni finali, Frar 2007), il-Kummissjoni tippreċiża li, minn naħa, l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0040" ID="QS0040"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għandu jiġi miftiehem li għandu l-għan li jissalvagwardja l-funzjonalità ekoloġika tas-siti tat-tgħammir u, min-naħa l-oħra, li dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jinkludu s-siti neċessarji għar-rit ta’ tgħammir, it-tgħammir, il-kostruzzjoni ta’ bejtiet jew għażla ta’ sit ta’ tqegħid ta’ bajd jew ta’ ħlas, il-post ta’ żvilupp u tat-tfaqqis tal-bajd u s-sit ta’ fejn ibejtu jew ta’ fejn isir il-ħlas, meta jkun okkupat minn frieħ dipendenti fuq dak is-sit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Għalhekk, jirriżulta mill-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0041" ID="QS0041"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0042" ID="QS0042"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> għandu jinftiehem bħala li jkopri ż-żoni kollha neċessarji sabiex jippermetti li l-ispeċi ta’ annimali kkonċernata tkun tista’ tirriproduċi ruħha b’suċċess, inkluż il-madwar tas-sit tat-tgħammir, fejn din l-interpretazzjoni hija kkorroborata wkoll mill-għanijiet ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Fil-fatt, fit-tielet lok, għandu jitfakkar, kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja fil-punt 18 tas-sentenza tagħha tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li, skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0043" ID="QS0043"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>, din tal-aħħar [għandha] <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0044" ID="QS0044"/>[l]-għan […] li tikkontribwixxi biex tiġi żgurata l-biodiversità permezz tal-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa fit-territorju Ewropew ta’ l-Istati Membri li jgħodd għalihom it-Trattat [FUE]<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 2(2) u (3) ta’ din id-direttiva, il-miżuri meħuda abbażi tagħha huma ddisinjati sabiex jiżguraw iż-żamma jew jirripristinaw, fi stat ta’ konservazzjoni favorevoli, il-habitat naturali u l-ispeċi tal-fawna u l-flora selvaġġa li huma ta’ interess għall-Unjoni, u għandhom iqisu l-ħtiġiet ekonomiċi, soċjali u kulturali u l-karatteristiċi reġjonali u lokali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Barra minn hekk, id-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0045" ID="QS0045"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/> tfittex li tiżgura protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali, permezz b’mod partikolari tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(1) tagħha, b’tali mod li s-sistema ta’ protezzjoni prevista f’din id-dispożizzjoni għandha tkun f’pożizzjoni li effettivament tevita li jkun hemm ħsara lill-habitat tal-ispeċi ta’ annimali protetti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni),</NAME.CASE> <NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-protezzjoni tas-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta, prevista fl-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0046" ID="QS0046"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>, għandha tippermetti li jiġi ggarantit li dawn is-siti jikkontribwixxu għaż-żamma jew għall-irripristinar ta’ stat ta’ konservazzjoni favorevoli ta’ din l-ispeċi tal-annimali, fis-sens li din il-protezzjoni tiżgura l-permanenza tal-funzjonalità ekoloġika tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Issa, ma jkunx kompatibbli ma’ dan l-għan li jiġi mċaħħad mill-protezzjoni l-madwar ta’ dawn is-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta peress li dan jista’ jkun neċessarju sabiex din l-ispeċi ta’ annimali tkun tista’ tirriproduċi ruħha b’suċċess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa stabbilit li l-miżuri dannużi kkonsistew fit-tneħħija tas-saff veġetali mill-madwar tad-daħliet tal-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), it-tindif tal-post ta’ kostruzzjoni, l-iżvilupp ta’ triq ta’ kostruzzjoni u l-bini ta’ parkeġġ fil-viċinanza immedjata tad-daħliet tal-imsemmija postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, u kif jirriżulta kemm mill-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0047" ID="QS0047"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> kif ukoll mill-għanijiet segwiti minnu, għandu jiġi kkunsidrat li l-protezzjoni ta’ sit tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta, kif din id-dispożizzjoni timponi, tisfa mingħajr effett utli jekk attivitajiet tal-bniedem, imwettqa madwar dan is-sit, kellhom bħala għan jew bħala effett li din l-ispeċi ta’ annimali ma tibqax tiffrekwenta iktar is-sit tat-tgħammir ikkonċernat, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għall-ewwel domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0048" ID="QS0048"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0049" ID="QS0049"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jinkludi wkoll il-madwar ta’ dan is-sit peress li dan jirriżulta neċessarju sabiex jippermetti lill-ispeċi ta’ annimali protetti msemmija fl-Anness IV(a) ta’ din id-direttiva, bħall-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), jirriproduċu ruħhom b’suċċess.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0050" ID="QS0050"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għandux jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tas-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta mogħtija minn din id-dispożizzjoni hijiex limitata fiż-żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Mill-proċess li għandha quddiemha l-Qorti tal-Ġustizzja jirriżulta li l-qorti tar-rinviju tfittex, b’mod iktar partikolari, li tkun taf jekk din il-protezzjoni tkoprix biss il-perijodu ta’ abitazzjoni konkreta u effettiva fil-postijiet fejn jgħix il-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni) u tal-emanċipazzjoni tal-frieħ ta’ din l-ispeċi ta’ annimali protetta jew jekk tiġix applikata wkoll għall-perijodu kollu ta’ ġestazzjoni u l-perijodu ta’ dipendenza eventwali tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta għal din id-domanda, għandu jiġi rrilevat li l-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet, fis-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, (<NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), tippreċiża l-portata tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0051" ID="QS0051"/>post ta’ mistrieħ<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0052" ID="QS0052"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>. Hija b’hekk adottat, skont interpretazzjoni letterali, sistematika u teleoloġika ta’ din id-dispożizzjoni, tifsira wiesgħa tal-portata ta’ dan il-kunċett fiż-żmien, li jimplika li l-protezzjoni ta’ postijiet ta’ mistrieħ tal-ispeċi ta’ annimali kkonċernata<?PAGE NO="8"?> tkopri wkoll il-postijiet ta’ mistrieħ li ma humiex iktar okkupati minn din l-ispeċi ta’ annimali peress li jkun hemm probabbiltà suffiċjentement kbira li l-imsemmija speċi ta’ annimali terġa’ tiġi lura f’dawn il-postijiet ta’ mistrieħ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet imsemmija fil-punti 24, 29 u 30 ta’ din is-sentenza dwar il-protezzjoni stretta mogħtija mill-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0053" ID="QS0053"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>, tali tifsira wiesgħa għandha tiġi adottata wkoll fir-rigward tal-portata fiż-żmien tal-protezzjoni tas-siti tat-tgħammir, kif imsemmija f’din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta li, sabiex tiġi żgurata l-protezzjoni stretta mogħtija minn din id-dispożizzjoni, is-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni fit-tul sakemm dan ikun neċessarju sabiex din l-ispeċi ta’ annimali tkun tista’ tirriproduċi ruħha b’suċċess, b’tali mod li din il-protezzjoni testendi wkoll għas-siti tat-tgħammir li ma humiex iktar okkupati peress li jkun hemm probabbiltà suffiċjentement kbira li l-imsemmija speċi ta’ annimali terġa’ tiġi lura f’dawn is-siti, fatt li għandu jiġi vverifikat mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Tali konklużjoni hija barra minn hekk sostnuta mill-qari tad-Dokument ta’ Gwida, imsemmi fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, li fih il-Kummissjoni tippreċiża li s-siti tat-tgħammir huma kruċjali għaċ-ċiklu tal-ħajja ta’ speċi ta’ annimali protetta u jikkostitwixxu partijiet importanti ħafna tal-habitat globali neċessarju għas-sopravivenza tagħha, b’tali mod li dawn għandhom jiġu protetti anki meta ma jkunux okkupati, iżda jkun hemm probabbiltà qawwija li l-ispeċi tal-annimali kkonċernata terġa’ lura f’dawn is-siti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Għaldaqstant, għandu jiġi kkunsidrat li l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0054" ID="QS0054"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> ma jistax jiġi interpretat fis-sens li l-protezzjoni tas-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta li din id-dispożizzjoni tipprevedi hija limitata għall-perijodu ta’ abitazzjoni konkreta u effettiva jew għall-perijodu ta’ ġestazzjoni u għall-perijodu ta’ dipendenza eventwali ta’ din l-ispeċi ta’ annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għall-finijiet tal-implimentazzjoni tas-sistema ta’ protezzjoni stabbilita f’din id-dispożizzjoni, hija għalhekk il-qorti tar-rinviju li għandha teżamina, b’mod partikolari, abbażi tas-salvagwardja tal-funzjonalità ekoloġika tas-siti tat-tgħammir tal-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT> (ħamster komuni), jekk hemmx probabbiltà suffiċjentement kbira li, barra mill-perijodi msemmija fil-punt preċedenti, din l-ispeċi ta’ annimali protetta terġa’ lura f’dawn is-siti sabiex tirriproduċi ruħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tieni domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0055" ID="QS0055"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li s-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni fit-tul sakemm dan ikun neċessarju sabiex din l-ispeċi ta’ annimali tkun tista’ tirriproduċi ruħha b’suċċess, b’tali mod li din il-protezzjoni testendi wkoll għas-siti tat-tgħammir li ma humiex iktar okkupati, peress li jkun hemm probabbiltà suffiċjentement kbira li l-imsemmija speċi ta’ annimali terġa’ tiġi lura f’dawn is-siti.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet u r-raba’ domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet u r-raba’ domanda tagħha, li għandhom jiġu eżaminati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, dwar l-interpretazzjoni tal-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0056" ID="QS0056"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0057" ID="QS0057"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, fis-sens tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0058" ID="QS0058"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>B’mod partikolari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tiddetermina jekk il-miżuri dannużi jikkostitwixxux <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0059" ID="QS0059"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> jew <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0060" ID="QS0060"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> ta’ sit tat-tgħammir u/jew ta’ post ta’ mistrieħ, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi kkonstatat li d-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0061" ID="QS0061"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> ma tinkludix definizzjoni ta’ dawn il-kunċetti, li għandhom, għalhekk, jiġu interpretati konformement mat-tifsira normali tal-kliem li jikkomponuhom fil-lingwaġġ ta’ kuljum, filwaqt li jittieħed inkunsiderazzjoni l-kuntest li fih jintużaw dawn it-termini u l-għanijiet intiżi mil-leġiżlazzjoni li minnha jagħmel parti l-kliem imsemmi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20201001">1 ta’ Ottubru 2020</DATE>, <NAME.CASE>Staatssecretaris van Financiën (Rata mnaqqsa ta’ VAT għal afrodiżijaċi)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑331/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:786">EU:C:2020:786</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward, qabel kollox, tat-tifsira normali fil-lingwaġġ ta’ kuljum tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0062" ID="QS0062"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> u <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0063" ID="QS0063"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>, għandu jiġi rrilevat li dawn il-kliem huma intiżi, rispettivament, għall-azzjoni ta’ degradazzjoni, inkluż il-fatt li gradwalment tiddgħajjef, u l-azzjoni li tagħmel xi ħaġa tisparixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward, sussegwentement, tal-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0064" ID="QS0064"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, jirriżulta mid-Dokument ta’ Gwida tal-Kummissjoni, imsemmi fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, li d-deterjorazzjoni tista’ tiġi ddefinita bħala degradazzjoni fiżika li taffettwa habitat, sit tat-tgħammir jew post ta’ mistrieħ li, b’differenza għall-qerda, tista’ sseħħ bil-mod u progressivament tnaqqas il-funzjonalità ekoloġika tas-sit jew tal-post ikkonċernat, b’tali mod li din id-degradazzjoni ma tistax twassal immedjatament għal telf ta’ funzjonalità, iżda tikkompromettiha kwalitattivament jew kwantitattivament u tista’, eventwalment, twassal għal telf totali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jitfakkar li l-projbizzjoni tal-atti li jikkawżaw id-deterjorazzjoni jew il-qerda tas-siti tat-tgħammir jew tal-postijiet ta’ mistrieħ imsemmija f’din id-dispożizzjoni ma hijiex limitata, kuntrarjament għal dak li huwa previst għall-atti msemmija fl-Artikolu 12(1)(a) sa (ċ) tal-imsemmija direttiva, għall-atti intenzjonali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200702">2 ta’ Lulju 2020</DATE>, <NAME.CASE>Magistrat der Stadt Wien (Ħamster komuni)</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑477/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:517">EU:C:2020:517</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Fl-aħħar lok, fir-rigward tal-għan segwit mid-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0065" ID="QS0065"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/>, huwa importanti li jitfakkar ukoll li dan huwa intiż, kif ġie msemmi fil-punt 29 ta’ din is-sentenza, sabiex jiżgura protezzjoni stretta tal-ispeċi ta’ annimali, b’mod partikolari permezz tal-projbizzjonijiet previsti fl-Artikolu 12(1) tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ din is-sistema ta’ protezzjoni stretta, għandu jiġi kkunsidrat li l-grad ta’ ħsara għall-funzjonalità ekoloġika tas-sit tat-tgħammir jew tal-post ta’ mistrieħ, kemm jekk dan ikun intenzjonat jew le, jikkostitwixxi l-kriterju deċiżiv għall-finijiet li tiġi stabbilita distinzjoni bejn, minn naħa, att li jikkawża deterjorazzjoni ta’ dan is-sit tat-tgħammir jew ta’ dan il-post ta’ mistrieħ u, min-naħa l-oħra, att li jikkawża l-qerda tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>B’mod partikolari, għandu jiġi żgurat li s-siti tat-tgħammir u l-postijiet ta’ mistrieħ ta’ speċi ta’ annimali protetta ma jiġux iddeterjorati jew meqruda permezz tal-attivitajiet tal-bniedem, b’mod li jkomplu jipprovdu l-kundizzjonijiet rikjesti sabiex din l-ispeċi ta’ annimali tkun tista’ tistrieħ jew tirriproduċi ruħha b’suċċess. Tali evalwazzjoni għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-ħtiġiet ekoloġiċi speċifiċi għal kull speċi ta’ annimal ikkonċernata, li għaliha jappartjeni l-individwu inkwistjoni, kif ukoll is-sitwazzjoni fil-livell tal-individwi ta’ din l-ispeċi ta’ annimali li jokkupaw is-sit tat-tgħammir jew il-post ta’ mistrieħ ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għall-finijiet tal-applikazzjoni tal-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0066" ID="QS0066"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/>, hija l-qorti tar-rinviju li għandha teżamina jekk il-miżuri dannużi kinux ta’ natura li jnaqqsu progressivament jew jeliminaw totalment il-funzjonalità ekoloġika ta’ dawn il-habitats.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għat-tielet u għar-raba’ domanda għandha tkun li l-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0067" ID="QS0067"/>habitats<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0068" ID="QS0068"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0069" ID="QS0069"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/>, imsemmija f’din id-dispożizzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu, rispettivament, għat-tnaqqis progressiv tal-funzjonalità ekoloġika ta’ sit tat-tgħammir jew ta’ post ta’ mistrieħ ta’ speċi ta’ annimali protetta u t-telf totali ta’ din il-funzjonalità, indipendentement min-natura intenzjonali jew le ta’ tali danni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tieni Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal‑<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0070" ID="QS0070"/>sit tat-tgħammir<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/>, imsemmi f’din id-dispożizzjoni, jinkludi wkoll il-madwar ta’ dan is-sit peress li dan jirriżulta neċessarju sabiex jippermetti lill-ispeċi ta’ annimali protetti msemmija fl-Anness IV(a) ta’ din id-direttiva, bħall-<HT TYPE="ITALIC">Cricetus cricetus</HT></HT> <HT TYPE="BOLD">(ħamster komuni), jirriproduċu ruħhom b’suċċess</HT>.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li s-siti tat-tgħammir ta’ speċi ta’ annimali protetta għandhom jibbenefikaw minn protezzjoni fit-tul sakemm dan ikun neċessarju sabiex din l-ispeċi ta’ annimali tkun tista’ tirriproduċi ruħha b’suċċess, b’tali mod li din il-protezzjoni testendi wkoll għas-siti tat-tgħammir li ma humiex iktar okkupati, peress li jkun hemm probabbiltà suffiċjentement kbira li l-imsemmija speċi ta’ annimali terġa’ tiġi lura f’dawn is-siti.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 12(1)(d) tad-Direttiva 92/43 għandu jiġi interpretat fis-sens li l-kunċetti ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0071" ID="QS0071"/>deterjorazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> u ta’ <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0072" ID="QS0072"/>qerda<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>, imsemmija f’din id-dispożizzjoni, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jirreferu, rispettivament, għat-tnaqqis progressiv tal-funzjonalità ekoloġika ta’ sit tat-tgħammir jew ta’ post ta’ mistrieħ ta’ speċi ta’ annimali protetta u t-telf totali ta’ din il-funzjonalità, indipendentement min-natura intenzjonali jew le ta’ tali danni.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>