27.8.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 217/1


REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1204

tas-27 ta' Awwissu 2018

li jemenda għall-290 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta' Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da'esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(1) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar tal-fondi u tar-riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

(2)

Fit-23 ta' Awwissu 2018, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jżid tliet entrati fil-lista ta' persuni, gruppi u entitajiet li fuqhom jenħtieġ li japplika l-iffriżar ta' fondi u ta' riżorsi ekonomiċi. Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan.

(3)

Sabiex jiġi żgurat li l-miżuri previsti f'dan ir-Regolament ikunu effettivi, jenħtieġ li jidħol fis-seħħ immedjatament.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u għandu japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-27 ta' Awwissu 2018.

Għall-Kummissjoni,

F'isem il-President,

Il-Kap tas-Servizz għall-Istrumenti tal-Politika Barranija


(1)   ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, jiddaħħlu l-entrati li ġejjin taħt l-intestatura “Persuni fiżiċi”:

“—

Mohammed Yusip Karim (magħruf bħala (a) Abu Walid al Indunisi (b) Zidni Elma (c) Udtadz Syaifudin (d) Mohammad Yusef Karim Faiz (e) Muh Saifudin (f) Kembar Khalid (g) Mohamad Yusuf Karim Saifullah Faiz (h) Mohammad Saifuddin Mohammad Yusuf Faiz (i) Ustadz Faiz (j) Saifudin Faiz (k) Kholid Faiz (l) Abdullah Faiz (m) Fauz Faturohman. Data tat-twelid: 11.10.1978. Post tat-twelid: l-Indoneżja Indirizz: ir-Repubblika Għarbija Sirjana (post mill-2015). Nazzjonalità: Indoneżjan. Informazzjoni oħra: Membru mlaħħaq tal-Istat Iżlamiku tal-Iraq u tal-Levant (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irrekluta għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi permezz ta' vidjo online. Deskrizzjoni fiżika: kulur tax-xagħar: iswed; binja: irqiq. Jitkellem bl-Indoneżjan, bl-Għarbi u bi djalett ta' Mindanao Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.8.2018.

—

Mohamad Rafi Bin Udin (magħruf bħala (a) Mohd Radi Bin Udin (b) Abu Awn al Malizi (c) Muhammad Ratin (d) Muhammad Rafiuddin (e) Abu Una al Malayzie (f) Mhammad Rahim Bin Udin (g) Abu Ayn Tok Cit (h) Muhammad Ratin Bin Nurdin). Data tat-twelid: 3.6.1966. Post tat-twelid: Negri Sembilan, il-Malasja. Indirizz: (a) B-3B-19 Glenview Villa, Jalan 49 Off Jalan Kuari, Taman Pinggiran Cheras, 56000 Kuala Lumpur, Wilayah Persekutuan Kuala Lumpur, il-Malasja (mit-30 ta' Jannar 2014), (b) 90-00-04 Flat Sri Kota, Bandar Tun Razak, 56100, Kuala Lumpur, Wilayah Persekutuan Kuala Lumpur, il-Malasja (mit-23 ta' April 2010), (c) 96-06-06 Flat Sri Kota, Bandar Tun Razak, 56100, Kuala Lumpur, Wilayah Persekutuan Kuala Lumpur, il-Malasja (mis-6 ta' April 2007), (d) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (post mill-2014). Nazzjonalità: (a) Malasjan, (b) Indoneżjan. Nru tal-Passaport: numru tal-passaport Malasjan A31142734, maħruġ fis-6 ta' Novembru 2013 (maħruġ mid-Dipartiment tal-Immigrazzjoni tal-Malasja, data ta' skadenza s-6 ta' Novembru 2015). Nru ta' identifikazzjoni nazzjonali: Karta tal-Identifikazzjoni Nazzjonali Malasjana 660603-05-5267 (maħruġa mid-Dipartiment tar-Reġistru Nazzjonali Malasjan; maħruġa lil Mohd Rafi bin Udin). Informazzjoni oħra: Membru mlaħħaq tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irrekluta għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristi permezz ta' vidjo online. Deskrizzjoni fiżika: kulur tal-għajnejn: kannella; kulur tax-xagħar: kannella; karnaġġjon: skur. Jitkellem bil-Malasjan, bl-Ingliż, b'Għarbi limitat. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.8.2018.

—

Muhammed Reza Lahaman Kiram (magħruf bħala (a) Abdul Rahman (b) Abu Abdul Rahman al Filipini (c) Abtol Rahman). Data tat-twelid: 3.3.1990. Post tat-twelid: Zamboanga City, Zamboanga del Sur, il-Filippini. Indirizz: (a) Brgy Recodo, Zamboanga City, Western Mindanao, il-Filippini (l-indirizz preċedenti), (b) 96 IlangLlang, Sarmiento Subdivision, Panabo, Davao City, Eastern Mindanao, il-Filippini (indirizz preċedenti), (c) ir-Repubblika Għarbija Sirjana (post mill-2015). Nazzjonalità: Filippin. Nru tal-passaport: (a) numru tal-passaport Filippin XX3966391 (maħruġ fil-25.2.2015 mid-Dipartiment tal-Affarijiet Barranin tal-Filippini, data ta' skadenza 24.2.2020), (b) numru tal-passaport Filippin EC3524065. Informazzjoni oħra: Membru mlaħħaq tal-Istat Iżlamiku fl-Iraq u l-Levante (ISIL), elenkat bħala Al-Qaida fl-Iraq. Irrekluta għall-ISIL u ta struzzjonijiet lil individwi biex iwettqu atti terroristiċi permezz ta' vidjo online. Deskrizzjoni fiżika: tul: 156cm; piż: 60 kg (f'Settembru 2016); kulur tal-għajnejn: suwed; kulur tax-xagħar: iswed; binja: medja; għadam tal-ħadd għoljin. Jitkellem bit-Tagalog, bl-Ingliż, bl-Għarbi. Data tan-nomina msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 23.8.2018.”