02010R1014 — MT — 28.07.2017 — 003.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2010 tal-10 ta’ Novembru 2010 dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 293 11.11.2010, p. 15) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 429/2012 tat-22 ta’ Mejju 2012 |
L 132 |
11 |
23.5.2012 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 396/2013 tat-30 ta’ April 2013 |
L 120 |
1 |
1.5.2013 |
|
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 |
L 175 |
679 |
7.7.2017 |
|
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1231 tas-6 ta' Ġunju 2017 |
L 177 |
11 |
8.7.2017 |
|
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1014/2010
tal-10 ta’ Novembru 2010
dwar il-monitoraġġ u r-rapportar ta’ dejta fuq ir-reġistrazzjoni ta’ karozzi ġodda tal-passiġġieri skont ir-Regolament (KE) Nru 443/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Definizzjonijiet
Flimkien mad-definizzjonijiet stabbiliti fl-Artikoli 2 u 3 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1) “dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip” tfisser id-dokument li jinkludi dejta speċifikata fit-tielet kolonna tat-Tabella stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament;
(2) “dejta aggregata ta’ monitoraġġ” tfisser id-dejta aggregata speċifikata fl-ewwel tabella fit-Parti C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009;
(3) “dejta dettaljata ta’ monitoraġġ” tfisser id-dejta dettaljata speċifikata fit-tieni tabella fil-Taqsima C tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009 li hija disaggregata (spjegata fid-dettal) mill-manifattur u s-serje tal-vettura kif definit mit-tip, varjant u verżjoni.
(4) “vettura ta’ bażi” hija kif definita fl-Artikolu 3(18) tad-Direttiva 2007/46/KE;
(5) “vettura li tieħu żewġ fjuwils” u “vettura flex fuel li tieħu l-etanol” huma kif definiti fl-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 ( 1 );
Artikolu 2
Trażmissjoni tad-dejta
Id-dejta ta’ monitoraġġ aggregata flimkien mad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandhom jiġu trażmessi mill-Istat Membru permezz ta’ trasferiment elettroniku tad-dejta għar-Repożitorju tad-Dejta Ċentrali ġestit mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent. L-Istati Membri għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni meta d-dejta tiġi trażmessa.
Artikolu 3
Sorsi ta’ dejta
1. Irrispettivament mis-sors tad-dejta użat minn kull Stat Membru sabiex jipprepara d-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, din id-dejta kollha għandha tiġi bbażata fuq l-informazzjoni li tkun tinsab fiċ-ċertifikat ta’ konformità tal-karozza tal-passiġġieri rilevanti jew id-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip li tinkludi l-informazzjoni speċifikata fl-Anness III u fl-Annes VIII għad-Direttiva 2007/46/KE kif speċifikat fit-tabella fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
2. Il-parametru “total tan-numru tar-reġistrazzjonijiet ġodda” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandu jiġi determinat mit-total tan-numru tar-rekords tar-reġistrazzjoni li jinħoloq kull sena u li jkun rilevanti għal kull vettura.
3. Meta jkun hemm iktar minn isem ta’ manifattur wieħed fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità jew tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip, l-Istat Membru għandu jirrapporta lill-manifattur dwar il-vettura bażi.
4. Il-valuri tal-emissjonijiet tas-CO2 li għandhom jiġu rrapportati skont il-parametru “Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata għandhom jittieħdu mill-entrata “ikkombinat” fiċ-ċertifikat ta’ konformità jew fid-dokumentazzjoni approvata tat-tip, ħlief fil-każ fejn tapplika l-entrata għal “ippeżat (bil-komponenti ta’ medja ta’ fatturi) u kkombinat”.
5. Fir-rapportar dwar vetturi bi fjuwil alternattiv fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-awtorità kompetenti għandha tipprovdi t-tip u l-modalità tal-fjuwil kif speċifikat fl-Anness I għal dan ir-Regolament.
6. Fil-każ ta’ vetturi li jieħdu żewġ fjuwils jew vettura flex fuel li tieħu l-etanol l-awtorità kompetenti għandha tirrapporta il-valuri tal-emmissjonijiet tas-CO2 li ġejjin taħt il-parametru “Emissjonijiet speċifiċi tas- CO2 (g/km)” fid-dejta ta’ monitoraġġ dettaljat:
(a) għal vetturi li jieħdu żewġ gassijiet ta’ fjuwil li jużaw il-petrol u fjuwils gassużi, il-valur tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-gass tal-petroleum likwifikat (LPG) jew għall-gass naturali (NG) skont il-punt 2 fil-Parti A tal-Anness II għar-Regolament (KE) Nru 443/2009;
(b) Għal vetturi flex fuel li jieħdu l-etanol li jużaw petrol u fjuwil tal-etanol (E85) imsemmi fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-valur tal-emissjoni tas-CO2 għall-petrol.
Fil-każ tal-punt (b), L-Istati Membri għandhom jirrapportaw il-valur tal-petrol u anke meta l-kundizzjonijiet għat-tnaqqis stabbiliti fl-Artikolu 6 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ma jiġux sodisfatti. Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jirrapportaw ukoll il-valur E85.
7. Meta vettura jkollha distanzi bejn il-fusien ta’ wisa’ differenti, l-Istati Membri għandhom jirrappurtaw il-wisa’ massimu tal-fus taħt il-parametri “wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir” jew “wisa’ bejn rota u oħra tal-fusien l-oħrajn” fid-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata.
8. Meta d-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata jittieħdu mid-dokumentazzjini approvata tat-tip, u meta dik id-dejta tinkludi firxiet ta’ valuri, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-dejta rrappurtata tipprovdi preċiżjoni adegwata, u li hija konformi mad-dejta li tinsab fiċ-ċertifikat ta’ konformità.
Artikolu 4
Żamma u kontroll tad-dejta
L-Istati Membri għandhom jiżguraw iż-żamma, il-ġbir, il-kontroll, il-verifika u t-trażmissjoni tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u tad-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata.
Artikolu 5
Tħejjija tad-dejta mill-Istati Membri
Meta jkunu qed ilestu d-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata, l-Istati Membri għandhom jinkludu:
(a) għal kull vettura b’emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 ta’ anqas minn 50 gramma ta’ CO2 għal kull kilometru, l-għadd ta’ vetturi rreġistrati mingħajr ma jiġu applikati l-fatturi ta’ multiplikazzjoni stabbiliti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009;
(b) għal kull vettura, il-fattur ta’ devjazzjoni (De) u l-fattur ta’ verifika ddeterminati skont il-punt 3.2.8 tal-Anness I tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 ( 2 );
(c) għal kull vettura mgħammra b’teknoloġiji innovattivi, l-emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 mingħajr ma jitqies it-tnaqqis fl-emissjonijiet tas-CO2 permezz tat-teknoloġiji innovattivi mogħti skont l-Artikolu 12 tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
Id-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata għandha tiġi rrappurtata bil-preċiżjoni stabbilita fit-tabella fl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Minkejja l-parametri dettaljati tad-dejta msemmijin fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, fir-rigward tad-dejta ssorveljata sal-31 ta’ Diċembru 2017, minbarra l-parametri diġà meħtieġa, Stat Membru għandu jirrapporta biss il-fattur ta’ devjazzjoni “De” u l-fattur ta’ verifika. Mill-1 ta’ Jannar 2018, id-dejta dettaljata kollha ta’ monitoraġġ speċifikata fl-Anness II għandha tiġi ssorveljata u rrapportata.
▼M3 —————
Artikolu 7
Vetturi li mhumiex koperti mill-approvazzjoni tat-tip tal-KE
1. F’każ li l-karozzi tal-passiġġieri jkunu suġġetti għal approvazzjoni tat-tip nazzjonali ta’ serje żgħira skont l-Artikolu 23 tad-Direttiva 2007/46/KE jew għal approvazzjoni individwali skont l-Artikolu 24 tal-istess Direttiva, l-Istati Membri għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-għadd rispettiv ta’ dawn il-karozzi rreġistrati fit-territorju tagħhom, kif speċifikat fl-ewwel tabella mogħtija fil-Parti C tal-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 443/2009.
2. L-Istati Membri jistgħu jimlew id-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata għall-vetturi msemmija fil-paragrafu 1 u, f’dak il-każ, għandhom jużaw waħda mid-denominazzjonijiet li ġejjin minflok isem il-manifattur:
(a) “AA-IVA” biex jirrappurtaw tipi ta’ vetturi approvati individwalment;
(b) “AA-NSS” biex jirrappurtaw tipi ta’ vetturi approvati f’serje żgħira b’mod nazzjonali.
Artikolu 8
Lista tal-manifatturi
1. Il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissoni b’li ġej sal-15 ta’ Diċembru 2010
(a) l-ismijiet li jindikaw jew li għandhom ħsieb li jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità;
(b) l-ewwel taqsima ta’ kull Numru ta’ Identifikazzjoni tal-Vettura kif speċifikat fid-Direttiva 76/114/KEE li jindikaw jew li jkollhom ħsieb li jindikaw fuq iċ-ċertifikati ta’ konformità.
Huma għandhom jgħarrfu mingħajr dewmien lill-Kummissjoni dwar tibdiliet fl-informazzjoni msemmija fil-punti (a) u (b). Il-manifatturi l-ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar id-dettalji msemmija fl-ewwel subparagrafu.
2. Fil-ġbir tad-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-ismijiet tal-manifatturi meħudin mil-lista li għandha tiġi mfassla mill-Kummissjoni abbażi tal-ismijiet notifikati skont il-paragrafu 1. Din il-lista għanda tiġi ppubblikata fuq l-Internet għall-ewwel darba fil-31 ta’ Diċembru 2010 u għandha tiġi aġġornata regolarment.
3. Fil-każ li l-isem tal-manifattur ma jkunx inkluż f’dik il-lista, l-awtorità kompetenti għandha tuża l-isem ta’ fuq iċ-ċertifikat ta’ konformità jew tad-dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip sabiex id-dejta ta’ monitoraġġ aggregata u d-dejta ta’ monitoraġġ dettaljata jkunu jistgħu jinġabru.
Artikolu 9
Informazzjoni addizzjonali li trid tingħata mill-manifatturi
1. Għal għan tan-notifika msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, sal-31 ta’ Mejju ta’ kull sena, il-manifatturi għandhom jinfurmaw lill-Kummissjoni dwar l-isem u l-indirizz rilevanti tal-persuna ta’ kuntatt li għaliha trid tiġi indirizzata n-notifika.
Fil-każ li jkun hemm xi tibdil fid-dejta provduta, il-manifattur għandu jinforma lill-Kummissjoni mingħajr dewmien. Manifatturi ġodda li jidħlu fis-suq għandhom jinfurmaw il-Kummissjoni mingħajr dewmien dwar id-dettalji tal-kuntatt.
2. Fil-każ li grupp ta’ intrapriżi marbutin flimkien jiffurmaw għaqda, dawn għandhom jipprovdu evidenza tar-rabta ta’ bejn il-membri tal-grupp sabiex tkun tista’ tiġi ddeterminata l-applikabbiltà tal-Artikolu 7(6) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, skont il-kriterji stabbiliti mill-Artikolu 3(2) ta’ dak ir-Regolament.
3. Il-manifatturi li jinnotifikaw l-iżbalji f’konformità mal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandhom jużaw is-settijiet tad-dejta proviżorji nnotifikati mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 8(4) bħala l-bażi tan-notifika tagħhom.
In-notifka tal-iżball għandha tinkludi s-settijiet tad-dejta kollha relatati mar-reġistrazzjonijiet tal-vetturi li huwa responsabbli għalihom il-manifatturi li qed jibgħat in-notifika.
L-iżball għandu jkun indikat permezz ta’ entrata separata fis-sett tad-dejta għal kull verżjoni, intitolata “Kummenti mill-manifattur”, fejn għandu jkun speċifikat wieħed minn dawn il-kodiċijiet li ġejjin:
(a) Kodiċi A, fil-każ li r-rekords ġew mibdula mill-manifattur;
(b) Kodiċi B, fil-każ li l-vettura ma tistax tiġi identifikata;
(c) Kodiċi C, fil-każ li l-vettura taqa’ ’l barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 jew il-produzzjoni tagħha twaqqfet.
Għall-finijiet tal-punt (b) tat-tielet subparagrafu, vettura ma tistax tiġi identifikata meta l-manifattur ma jistax jidentifika jew jikkoreġi l-kodiċi għat-tip, għall-varjant u għall-verżjoni, jew fejn applikabbli, għan-numru tal-approvazzjoni tat-tip indikat fis-sett tad-dejta proviżorju.
4. Meta manifattur ma jkunx innotifika l-iżbalji lill-Kummissjoni skont it-tielet subparagrafu, jew meta n-notifika tiġi sottomessa wara l-iskadenza tal-perjodu ta’ tliet xhur stipulat fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009, il-valuri proviżorji notifikati f’konformità mal-Artikolu 8(4) ta’ dak ir-Regolament għandhom ikunu kkunsidrati bħala finali.
5. In-notifika tal-iżball msemmija fil-paragrafu 3 għandha tintbagħat f’format elettroniku li ma jistax jitħassar, immarkata “Notifika ta’ żball — emissjonijiet ta’ CO2 mill-karozzi” u għandha tintbagħat fuq dan l-indirizz:
European Commission
Secretariat General
B-1049 Brussels
BELGIUM
Għall-finijiet ta’ informazzjoni għandha tintbagħat kopja elettronika tan-notifika fuq dawn l-indirizzi elettroniċi:
EC-CO2-LDV-IMPLEMENTATION@ec.europa.eu
kif ukoll
CO2-monitoring@eea.europa
Artikolu 9a
Tħejjija tas-sett tad-dejta proviżjorju
1. Is-sett tad-dejta proviżorju li jrid jiġi nnotifikat lil manifattur skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 għandu jinkludi r-rekords li, abbażi ta’ isem il-manifattur u, mill-1 ta’ Jannar 2018, in-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura, jistgħu jiġu attribwiti lil dak il-manifattur.
Ir-reġistru ċentrali msemmi fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 443/2009 ma għandux jinkludi xi dejta dwar in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vetturi.
2. L-ipproċessar tan-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma għandux jinkludi l-ipproċessar ta’ xi dejta personali li tista’ tkun marbuta ma’ dawk in-numri jew ma’ xi dejta oħra li tista’ torbot in-numri ta’ identifikazzjoni tal-vettura ma’ dejta personali.
Artikolu 10
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
ANNESS I
Sorsi tad-dejta
|
Parametru |
Ċertifikat ta’ konformità (Parti 1, Mudell B stabbilit fl-Anness IX tad-Direttiva 2007/46/KE) |
Dokumentazzjoni tal-approvazzjoni tat-tip (Direttiva 2007/46/KE) |
|
Il-Manifattur |
It-Taqsima 0.5 |
It-Taqsima 0.5 tal-Parti I tal-Anness III |
|
In-numru tal-approvazzjoni tat-tip u l-estensjoni tiegħu |
It-Taqsima 0.10 |
Ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip kif speċifikat fl-Anness VI |
|
Tip |
It-Taqsima 0.2 |
It-Taqsima 0.2 tal-Parti I tal-Anness III (fejn applikabbli) |
|
Il-varjant |
It-Taqsima 0.2 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII (fejn applikabbli) |
|
Il-verżjoni |
It-Taqsima 0.2 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII (fejn applikabbli) |
|
L-għamla |
It-Taqsima 0.1 |
It-Taqsima 0.1 tal-Parti I tal-Anness III |
|
L-isem kummerċjali |
It-Taqsima 0.2.1 |
It-Taqsima 0.2.1 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-kategorija tat-tip ta’ vettura approvat |
It-Taqsima 0.4 |
It-Taqsima 0.4 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-kategorija tal-vettura rreġistrata |
mhux applikabbli |
mhux applikabbli |
|
Il-massa fi stat ta’ tħaddim (kg) |
It-Taqsima 13 |
It-Taqsima 2.6 tal-Parti I tal-Anness III (1) |
|
L-impronta - Il-bażi tar-rota (mm) |
It-Taqsima 4 |
It-Taqsima 2.1 tal-Parti I tal-Anness III (2) |
|
L-impronta - Il-wisgħa bejn ir-roti (mm) |
It-Taqsima 30 |
It-Taqsima 2.3.1 u t-Taqsima 2.3.2 tal-Parti I tal-Anness III (3) |
|
Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tal-NEDC (g/km) (4) |
It-Taqsima 49.1 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
|
Emissjonijiet speċifiċi tas-CO2 tad-WLTP (g/km) (4) |
It-Taqsima 49.4 |
mhux applikabbli |
|
It-tip ta’ fjuwil |
It-Taqsima 26 |
It-Taqsima 3.2.2.1 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-modalità tal-fjuwil |
It-Taqsima 26.1 |
It-Taqsima 3.2.2.4 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-kapaċità tal-magna (cm3) |
It-Taqsima 25 |
It-Taqsima 3.2.1.3 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-konsum tal-enerġija elettrika (Wh/km) |
It-Taqsima 49.2 |
It-Taqsima 3 tal-Anness VIII |
|
Il-kodiċi tal-ekoinnovazzjoni(jiet) |
It-Taqsima 49.3.1 |
It-Taqsima 4 tal-Anness VIII |
|
L-emissjonijiet ta’ CO2 totali ffrankati tal-NEDC bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet) |
It-Taqsima 49.3.2.1 |
It-Taqsima 4 tal-Anness VIII |
|
L-emissjonijiet ta’ CO2 totali ffrankati tad-WLTP bis-saħħa tal-ekoinnovazzjoni(jiet) |
It-Taqsima 49.3.2.2 |
|
|
In-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura |
It-Taqsima 0.10 |
Il-Punt 9.17 tal-Parti I tal-Anness III |
|
Il-massa tat-test [WLTP] |
It-Taqsima 47.1.1 |
mhux applikabbli |
|
Il-fattur ta’ devjazzjoni De |
It-Taqsima 49.1 |
L-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151 |
|
Il-fattur ta’ verifika (“1” jew “0”) |
It-Taqsima 49.1 |
L-Appendiċi tal-Addendum għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip stabbilit fl-Appendiċi 4 tal-Anness I tar-Regolament (UE) 2017/1151 |
|
In-numru tal-identifikazzjoni tal-familja tal-vettura |
|
Il-punt 5.0 tal-Anness XXI tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/1151 (5) |
|
(1) Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament (2) Skont l-Artikolu 3(8) ta’ dan ir-Regolament (3) Skont l-Artikoli 3(7) u 3(8) ta’ dan ir-Regolament (4) Skont l-Artikoli 3 u 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 (metodoloġija għall-korrelazzjoni) (5) Ir-Regolament tal-Kummissojni (UE) 2017/1151 tal-1 ta' Ġunju 2017 li jissupplimenta r-Regolament (KE) Nru 715/2007 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta' Ġunju 2007 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta' vetturi bil-mutur fir-rigward tal-emissjonijiet ta' vetturi ħfief għall-passiġġieri u ta' vetturi kummerċjali (Euro 5 u Euro 6) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi, li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 692/2008 u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 1230/2012 u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 692/2008 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 1). |
||
ANNESS II
Tabella dwar il-preċiżjoni tad-dejta
Il-preċiżjoni meħtieġa għad-dejta ta’ monitoraġġ iddettaljata li għandha tiġi rrappurtata skont l-Artikolu 2:
|
Is-CO2 (fi g/km) |
Numru sħiħ |
|
Il-massa (f’kg) |
Numru sħiħ |
|
It-tul bejn il-fusien (f’mm) |
Numru sħiħ |
|
Il-wisa’ bejn rota u oħra tal-fus tat-tidwir u tal-fusien l-oħrajn (f’mm) |
Numru sħiħ |
|
It-tnaqqis fl-emissjonijiet permezz tat-teknoloġiji innovattivi (fi g/km) |
Numru mqarreb għall-eqreb ċifra wara l-punt deċimali |
( 1 ) ĠU L 199, 28.7.2008, p. 1.
( 2 ) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/1153 tat-2 ta’ Ġunju 2017 li jistabbilixxi metodoloġija biex jiġu determinati l-parametri ta’ korrelazzjoni meħtieġa biex tiġi riflessal-bidla fil-proċedura tat-test regolatorju u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1014/2010 (ĠU L 175, 7.7.2017, p. 679).