|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Serje C |
|
C/2023/1269 |
29.11.2023 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.11303 – AGI / BNPPF / JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2023/1269)
1.
Fit-22 ta’ Novembru 2023, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
AG Insurance NV/SA (“AGI”, il-Belġju), ikkontrollata minn Ageas (il-Belġju), |
|
— |
BNP Paribas Fortis NV/SA (“BNPPF”, il-Belġju), ikkontrollata minn BNP Paribas Group (Franza). |
AGI u BNPPF jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u tal-Artikolu 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ impriża bi sħab (joint venture, JV) ffurmata ġdida.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża bi sħab (joint venture, JV).
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
AGI hija kumpanija tal-assikurazzjoni b’diversi kanali li topera fil-Belġju. Il-kumpanija hija attiva fl-assikurazzjoni tal-ħajja u mhux tal-ħajja (karozzi, nirien, inċidenti, rikoveru fl-isptar, responsabbiltà ċivili u oħrajn) u pensjonijiet supplimentari, |
|
— |
BNPPF tipprovdi servizzi finanzjarji għal individwi privati, dawk li jaħdmu għal rashom, professjonisti, intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju, korporazzjonijiet u organizzazzjonijiet pubbliċi fil-Belġju. |
3.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriża bi sħab se jkunu:|
— |
Il-JV se tħaddem pjattaforma ta’ mobilità diġitali fil-forma ta’ suq tal-vetturi użat fejn bejjiegħa terzi (bejjiegħa tal-karozzi, kumpaniji tal-lokazzjoni, eċċ.) joffru vetturi użati lil klijenti privati (bejgħ B2C). |
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11303 – AGI / BNPPF / JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2023/1269/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)