<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-554/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CC0554</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:956">EU:C:2017:956</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT – KAWŻA C‑554/16</P><P>EP AGRARHANDEL</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fis-<DATE ISO="20171207">7 ta’ Diċembru 2017</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il‑Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑554/16</HT></P><P>EP Agrarhandel GmbH</P><P>vs</P><P>Bundesminister für Land-, Forst-, Umwelt und Wasserwirtschaft</P><P><HT TYPE="NORMAL">(talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l‑Awstrija))</HT></P></STI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Talba għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 117 tar-Regolament (KE) Nru 73/2009</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE emendata bid-Deċiżjoni 2010/300/UE</KEYWORD><KEYWORD>Primjums għall-baqar li jreddgħu</KEYWORD><KEYWORD>Movimenti ta’ annimali tal-ifrat minn ażjendi differenti lejn mergħat f’żoni muntanjużi</KEYWORD><KEYWORD>Terminu għall-komunikazzjoni tal-informazzjoni suġġetta għan-notifika</KEYWORD><KEYWORD>Effett tan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu fuq l-eliġibbiltà għall-primjums</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Biex terminu jiġi osservat, għandha titqies id-data tar-riċezzjoni tal-informazzjoni jew dik li fiha tkun intbagħtet? Notifika tardiva x’konsegwenzi jkollha?</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn id-domandi qegħdin isiru fil-kuntest ta’ deċiżjoni tal-awtorità kompetenti Awstrijaka li ċaħdet l-applikazzjoni ta’ EP Agrarhandel GmbH għall-għoti tal-primjums għall-baqar li jreddgħu għas-sena 2011 fir-rigward ta’ bhejjem ta’ iktar minn 40 annimal tal-ifrat, bir-raġunament li n-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf waslet tard wisq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tieħu deċiżjoni dwar il-modalitajiet għall-osservanza tat-terminu u, jekk applikabbli, dwar l-effetti fuq l-eliġibbiltà għal primjums tal-annimali meta t-terminu għan-notifika ma jiġix osservat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dritt tal-Unjoni</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kuntest ġuridiku tal-Unjoni għall-kawża prinċipali huwa kkostitwit,mir-Regolament Nru 1760/2000<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Regolament (KE) Nru 1760/2000 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20000717">17 ta’ Lulju 2000</DATE> li jistabbilixxi sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart u dwar it-tikkettjar tal-laħam taċ-ċanga u tal-prodotti tal-laħam taċ-ċanga u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 820/97 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 30, p. 248) fil-verżjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1791/2006 tal-<DATE ISO="20061120">20 ta’ Novembru 2006</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="352M" PAGE.FIRST="629" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 352M, p. 629</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat, mid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE adottata abbażi tal-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300/UE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-<DATE ISO="20010820">20 ta’ Awwissu 2001</DATE> li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 33, p. 341).</P></NOTE>, kif ukoll mir-Regolament (KE) Nru 73/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="030" PAGE.FIRST="16" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 30, p. 16</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 785/2011, tal-<DATE ISO="20110805">5 ta’ Awwissu 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="203" PAGE.FIRST="10" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 203, p. 10</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> dwar pagamenti diretti fil-politika agrikola, bir-Regolamenti ta’ Implementazzjoni tiegħu (KE) Nru 1121/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1121/2009 tad-<DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-iskemi ta’ appoġġ għal bdiewa previsti fit-Titoli IV u V tiegħu (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="27" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 316, p. 27</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2011 tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 341, p. 33</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> u (KE) Nru 1122/2009<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1122/2009 tat-<DATE ISO="20091130">30 ta’ Novembru 2009</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 fir-rigward tal-kundizzjonalità, il-modulazzjoni u s-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll, skont l-iskemi ta’ appoġġ għall-bdiewa previsti għal dak ir-Regolament, kif ukoll għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1234/2007 fir-rigward tal-kundizzjonalità skont l-iskema ta’ appoġġ prevista għas-settur tal-inbid (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="316" PAGE.FIRST="65" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 316, p. 65</REF.DOC.OJ>), kif emendat bir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 1368/2011, tal-<DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="341" PAGE.FIRST="33" DATE.PUB="2011">ĠU 2011, L 341, p. 33</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1760/2000 u d-Deċiżjoni 2001/672</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jsir riferiment għall-premessa 7 tar-Regolament Nru 1760/2000:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>B’riżultat, il-fiduċja tal-konsumatur fil-kwalità tal-laħam taċ-ċanga u l-prodotti mill-laħam taċ-ċanga tittejjeb, jiġi ppreservat livell aktar għoli tas-saħħa pubblika u l-istabbiltà fit-tul tas-suq tal-laħam taċ-ċanga tkun irrinfurzata.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-ewwel paragrafu tal-Artikolu 3 tar-Regolament Nru 1760/2000 jiddeskrivi s-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Is-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjemtal-fart għandha tinkludi l-elementi li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-lametti tal-widnejn li jidentifikaw il-bhejjem individwalment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-ħażniet ta’ l-informazzjoni kkomputerizzata;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>il-passaporti tal-bhejjem;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ir-reġistri individwali miżmuma fuq kull impriża.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 jirregola l-obbligi ta’ min iżomm l-annimali fil-kuntest tas-sistema tal-identifikazzjoni u tar-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Bl-eċċezzjoni tat-trasportaturi, kull min iżomm il-bhejjem għandu:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>iżomm reġistru aġġornat,</P></ITEM><ITEM><P>ġaladarba l-ħażna ta’ l-informazzjoni kkomputerizzata tkun qiegħda taħdem kollha kif imiss, jirrapporta lill-awtorità kompetenti l-movimenti kollha lejn u mill-impriża u t-twelid u l-imwiet kollha tal-bhejjem fuq l-impriża, flimkien mad-dati ta’ dawn l-avvenimenti, f’perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ bejn tlieta jew sebat ijiem minn meta jkun ġara l-avveniment. Madanollu, fuq it-talba ta’ Stat Membru u skond il-proċedura referita fl-Artikolu 23(2), il-Kummissjoni tista’ tistabbilixxi ċ-ċirkostanzi li fihom l-Istati Membri jistgħu jestendu l-perjodu massimu taż-żmien u jipprovdu regoli speċjali li japplikaw għall-moviment tal-bhejjem tal-fart meta jinħarġu għall-mergħa tas-sajf f’erji muntanjużi differenti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni adottat id-Deċiżjoni 2001/672 b’regoli speċjali għall-moviment lejn mergħa tas-sajf abbażi tat-tieni sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, jeħtieġ li jsir riferiment għall-premessa 3 tal-imsemmija deċiżjoni:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Ir-regoli speċjali għandhom ikunu stabbiliti b’tali mod li huwa possibbli li jkun magħruf il-lok ta’ kwalunkwe annimal bovin fi kwalunkwe żmien.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-paragrafu 2 tiegħu, l-Artikolu 2 tad-Deċiżjoni 2001/672 jirregola d-data li għandha tiġi nnotifikata. Il-paragrafu 4 jistabbilixxi t-terminu li għandu jiġi osservat minn min iżomm l-annimali għan-notifika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>L-informazzjoni li tinstab fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 hija introdotta fid-<HT TYPE="ITALIC">database</HT> għall-annimali bovini għal inqas sebat ijiem wara d-data meta l-annimali huma mdaħħla fil-mergħa.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Id-Deċiżjoni 2010/300 emendat l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>L-informazzjoni li tinsab fil-lista msemmija fil-paragrafu 2 għandha tiġi riportata lill-awtorità kompetenti skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1760/2000 fil-15-il jum wara d-data ta’ meta l-annimali kienu ttieħdu fil-mergħa.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 5 tal-imsemmija deċiżjoni, l-emenda tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 hija bbażata fuq il-kunsiderazzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Taħt ċerti kundizzjonijiet, l-annimali, li jiġu spustati minn azjendi differenti għall-istess żona muntanjuża ta’ mergħat għas-sajf, jaslu hemm fuq perjodu ta’ iktar minn sebat ijiem. Sabiex jitnaqqsu l-piżijiet amministrattivi bla bżonn, il-limiti ta’ żmien fid-Deċiżjoni 2001/672/KE għandhom għalhekk jiġu adattati sabiex jittieħed kont ta’ dak il-fatt prattiku mingħajr ma tkun kompromessa t-traċċabilità.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 73/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 73/2009 jistabbilixxi regoli komuni għal pagamenti diretti fi ħdan il-politika agrikola komuni kif ukoll għal ċerti skemi ta’ għajnuna għall-bdiewa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>It-Titolu II tar-Regolament Nru 73/2009 jipprevedi dispożizzjonijiet ġenerali dwar pagamenti diretti. L-Artikolu 21 u l-Artikolu 23 jirregolaw it-tnaqqis u l-esklużjoni fil-każ ta’ nuqqas ta’ osservanza tar-regoli ta’ eliġibbiltà jew fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mar-regoli tal-kundizzjonalità tal-bidwi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>It-Titolu III tar-Regolament Nru 73/2009 jinkludi regoli dwar l-iskema ta’ primjums uniformi li hija indipendenti mill-produzzjoni. It-Titolu IV (min-naħa l-oħra) jipprovdi skemi oħra ta’ għajnuna. L-ewwel kapitolu ta’ dan it-titolu (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Skemi komunitarji ta’ għajnuna<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) jinkludi pagamenti għal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella fit-Taqsima 11 tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>L-Artikolu 111 tar-Regolament Nru 73/2009 jistipula l-primjums għall-baqar li jreddgħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="111.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Bidwi li jrabbi baqar li jreddgħu fl-impriża tiegħu jista’ jikkwalifika, malli japplika, għal primjum ta’ manteniment ta’ baqar li jreddgħu (<QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>primjum għall-baqar li jreddgħu<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>). Għandu jingħata f’forma ta’ primjum annwali għal kull sena kalendarja u għal kull bidwi skont il-limiti massimi individwali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="111.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Il-primjum għal baqar li jreddgħu għandu jingħata lil kull bidwi:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>[…]</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Madankollu, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu abbażi ta’ kriterji oġġettivi u mhux diskriminatorji stabbiliti minnhom, li jbiddlu jew jirtiraw il-limitu kwantitattiv, dment li l-bidwi jżomm, għal talanqas sitt xhur konsekuttivi minn meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni, għadd ta’ baqar li jreddgħu mhux anqas minn 60 % u għadd ta’ erħiet li ma jaqbiżx 40 % tan-numru li għalih ġie mitlub il-primjum. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>L-Artikolu 116 jirregola l-primjums għall-qatla fl-istess taqsima tar-Regolament Nru 73/2009. L-Artikolu 117 bl-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Regoli komuni dwar pirmjums<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>, u li jinsab fl-istess taqsima, jinkludi d-dispożizzjoni li ġejja:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Biex jikkwalifika għall-pagamenti diretti taħt din it-Taqsima, annimal għandu jkun identifikat u rreġistrat skont ir-Regolament (KE) Nru 1760/2000.</ALINEA><ALINEA>Madankollu, annimal għandu wkoll jitqies eliġibbli għall-pagamenti meta l-informazzjoni stabbilita fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 760/2000 tkun ġiet irraportata lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal kif iddeterminat skont il-proċedura msemmija fl-Artikolu 141(2) ta’ dan ir-Regolament.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1121/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 1121/2009 jinkludi regoli għall-implementazzjoni tal-iskemi ta’ għajnuna għall-bdiewa fit-Titolu IV tar-Regolament Nru 73/2009. Ma’ dawn jappartjenu l-primjums għall-baqar li jreddgħu rregolati fl-Artikolu 111 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>L-Artikolu 61 tar-Regolament Nru 1121/2009 jistabbilixxi regoli dwar il-perijodu taż-żamma, li skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 73/2009 huwa kundizzjoni għall-eliġibbiltà tal-primjums għall-baqar li jreddgħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Il-perjodu taż-żamma ta’ sitt xhur previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament (KE) Nru 73/2009 għandu jibda fil-jum wara dak li fih tiġi ppreżentata l-applikazzjoni.</ALINEA><?PAGE NO="5"?><ALINEA>Madankollu, fejn Stat Membru jagħmel użu mill-possibbiltà prevista fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 16(3) tar-Regolament (KE) Nru 1122/2009, huwa għandu jiffissa d-data meta jibda l-perjodu msemmi fl-ewwel paragrafu ta’ dan l-Artikolu.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>–</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 1122/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>Fil-Parti II tiegħu, ir-Regolament Nru 1122/2009 jinkludi regoli għall-implementazzjoni tas-sistema integrata ta’ amministrazzjoni u kontroll li hija prevista fil-Kapitolu 4 tat-Titolu II (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-pagamenti diretti<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>) tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tar-Regolament Nru 1122/2009 jipprevedi d-dispożizzjonijiet għall-iffurmar tal-bażi tal-kalkolu għall-għajnuna li għandha tingħata. Il-paragrafi 3 u 4 tiegħu jadottaw dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="063.003"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-Artikoli 65 u 66, jekk l-għadd ta’ bhejjem dikjarati f’applikazzjoni għall-għajnuna jaqbeż dak determinat bħala riżultat ta’ kontrolli amministrattivi jew verifiki fuq il-post, l-għajnuna għandha tkun ikkalkulata abbażi tal-bhejjem determinati.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="063.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn jinstabu każi ta’ irregolaritajiet fir-rigward tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini, għandhom japplikaw dawn li ġejjin:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>annimal bovin li jkun tilef waħda miż-żewġ lametti tal-widnejn għandu jitqies bħala determinat kemm-il darba jkun identifikat b’mod ċar u individwalment bl-elementi l-oħra tas-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni għall-annimali bovini;</TXT></NP></ITEM></LIST><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta l-irregolaritajiet misjuba jirrigwardaw entrati inkorretti fir-reġistru jew passaporti tal-bhejjem, il-bhejjem konċernati għandhom ikunu meqjusa biss bħala mhux determinati jekk jinstabu żbalji bħal dawn f’tal-inqas żewġ verifiki f’perjodu ta’ 24 xahar. Fil-każijiet l-oħra kollha l-bhejjem konċernati għandhom jitqiesu bħala mhux determinati wara l-ewwel sejba.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>L-Artikolu 21 għandu japplika fir-rigward tal-entrati fis-sistema għall-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-annimali bovini.<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Dritt nazzjonali</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 12 tar-Regolament Awstrijak dwar il-pagamenti diretti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über Direktzahlungen im Rahmen der gemeinsamen Agrarpolitik (ir-Regolament tal-Ministru Federali għall-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ambjent u l-Ġestjoni tal-ilma dwar pagamenti diretti fi ħdan il-politika agrikola komuni) (BGBl. II n.<HT TYPE="SUP">o</HT>491/2009).</P></NOTE>, l-informazzjoni fid-database elettronika għall-annimali tal-ifrat titqies bħala applikazzjoni għall-primjums għall-baqar li jreddgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Awstrijak dwar il-pagamenti diretti, bħala applikant jitqies dak il-bidwi li jrabbi baqar li jreddgħu, erieħ jew baqar tal-ħalib eliġibbli fl-1 ta’ Jannar, fis-16 ta’ Marzu jew fl-10 ta’ April, u li jkun ippreżenta, għas-sena kkunsidrata, applikazzjoni unika għall-impriża tiegħu. Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-artikolu, il-perijodu taż-żamma previst fl-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 73/2009 jibda fit-2 ta’ Jannar, fis-17 ta’ Marzu għal baqar li jreddgħu li jiżdiedu wara l-1 ta’ Jannar tas-sena rispettiva u fil-11 ta’ April għal baqar li jreddgħu li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wara s-16 ta’ Jannar tas-sena rispettiva.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 6(5) tar-Regolament Awstrijak dwar l-identifikazzjoni ta’ annimali tal-ifrat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Kennzeichnung und Registrierung von Rindern (ir-Regolament tal-Ministru Federali għall-Agrikoltura, il-Forestrija, l-Ambjent u l-Ġestjoni tal-Ilma dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat), (BGBl. II n.<HT TYPE="SUP">o</HT>201/2008, fil-verżjoni BGBl. II n.<HT TYPE="SUP">o</HT>66/2010).</P></NOTE>, in-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf tista’ ssir bil-posta jew online. In-notifiki l-oħrajn jistgħu jsiru wkoll permezz ta’ telefonata. Skont il-paragrafu 6 ta’ dan l-artikolu, hija r-riċezzjoni li hija determinanti għall-konformità mat-terminu għan-notifika tal-moviment lejn il-mergħat tal-muntanji.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura fil-kawża prinċipali u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>EP Agrarhandel GmbH hija r-rikorrenti fil-proċedura fil-kawża prinċipali. Fis-<DATE ISO="20110617">17 ta’ Ġunju 2011</DATE>, parti mill-merħla tal-baqar tagħha ttieħdet lejn mergħa f’żona muntanjuża. EP Agrarhandel GmbH bagħtet in-notifika ta’ dan il-moviment lejn il-mergħat tal-muntanji bil-posta fit-<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>. Skont it-timbru tar-riċezzjoni, din waslet għand l-awtorità kompetenti fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Bid-deċiżjoni tat-<DATE ISO="20120328">28 ta’ Marzu 2012</DATE> l-awtorità kompetenti tat lil EP Agrarhandel GmbH EUR 398.00 fi primjums għall-annimali tal-ifrat għas-sena 2011, liema deċiżjoni kienet ibbażata fuq l-informazzjoni fid-database elettronika. EP Agrarhandel GmbH ippreżentat oppożizzjoni (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>appell<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>) kontra din id-deċiżjoni, minħabba li b’mod żbaljat, il-primjums għall-baqar li ttieħdu lejn mergħat fis-<DATE ISO="20110617">17 ta’ Ġunju 2011</DATE> ma ġewx awtorizzati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>Il-Ministru Federali tal-Agrikoltura, tal-Forestrija, tal-Ambjent u tal-Ġestjoni tal-Ilma ċaħad dan ir-rimedju legali bid-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131206">6 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Il-motiv għal dik id-deċiżjoni kien li n-notifika tal-moviment lejn il-mergħat tal-muntanji waslet għand l-awtorità kompetenti biss wara li skada t-terminu ta’ 15-il jum u li għalhekk waslet tard wisq. Dan id-dewmien wassal biex ma setgħux jingħataw il-primjums.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>EP Agrarhandel GmbH ippreżentat rikors quddiem il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20131206">6 ta’ Diċembru 2013</DATE>. Il-Verwaltungsgerichtshof (il-Qorti Amministrattiva) għamlet id-domandi segwenti lill-Qorti tal-Ġustizzja skont l-Artikolu 267 TFUE għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>1.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/672/KE, tal-<DATE ISO="20010820">20 ta’ Awwissu 2001</DATE>, li tistabbilixxi regoli speċjali applikabbli għall-movimenti ta’ annimali bovini meta mqegħda jirgħu fis-sajf fl-oqsma tal-muntanji, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2010/300/UE, tal-<DATE ISO="20100525">25 ta’ Mejju 2010</DATE>, jippekludi dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali, bħalma huwa l-paragrafu 6(6) tal-Verordnung des Bundesministers für Land- und Forstwirtschaft, Umwelt und Wasserwirtschaft über die Kennzeichnung und Registrierung von Rindern (BGBl. II n.<HT TYPE="SUP">o</HT>201/2008) (digriet tal-ministeru federali għall-agrikoltura, il-forestrija, l-ambjent u l-ġestjoni tal-ilma dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali bovini; iktar ’il quddiem, id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>digriet tal-2008 dwar l-identifikazzjoni tal-annimali bovini<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>), li, fir-rigward tal-konformità mat-termini kollha koperti minn din id-dispożizzjoni – u għaldaqstant anki fir-rigward tan-notifika ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf – tqis l-irċevuta tan-notifika rilevanti bħala l-fattur determinanti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>X’effett għandu t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009, tad-<DATE ISO="20090119">19 ta’ Jannar 2009</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni għal skemi ta’ appoġġ dirett għal bdiewa fi ħdan il-politika agrikola komuni u li jistabbilixxi ċerti skemi ta’ appoġġ għal bdiewa, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1290/2005, (KE) Nru 247/2006, (KE) Nru 378/2007 u li jirrevoka ir-Regolament (KE) Nru 1782/2003 fuq l-eliġibbiltà għal primjum għal annimali bovini li l-moviment tagħhom lejn mergħa tas-sajf ikun ġie innotifikat tard fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni?</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="7"?><ITEM><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jekk in-notifika tard ta’ moviment lejn mergħa tas-sajf taħt it-tieni pararafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma tirriżultax fit-telf tal-eliġibbiltà għal primjum, jistgħu jiġu imposti sanzjonijiet għal tali notifika tard?<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fil-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, ġew sottomessi osservazzjonijiet bil-miktub mir-Repubblika tal-Awstrija u mill-Kummissjoni Ewropea.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Din il-proċedura għal deċiżjoni preliminari tikkonċerna l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 kif ukoll tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>L-interpretazzjoni tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>[l]-informazzjoni […] għandha tiġi riportata lill-awtorità kompetenti [..] fil-15-il jum wara d-data ta’ meta l-annimali kienu ttieħdu fil-mergħa<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, inkluża fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672, hija s-suġġett tal-ewwel domanda preliminari. Il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk din tfissirx li l-informazzjoni trid tkun waslet għand l-awtorità kompetenti fi ħdan dan it-terminu jew jekk huwiex biżżejjed li din tkun intbagħtet fil-ħin. Iż-żewġ domandi preliminari l-oħra jirrigwardaw il-konsegwenzi legali ta’ notifika eventwalment tardiva. Bit-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf jekk it-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 jwassalx biex l-annimali jitqiesu bħala eliġibbli għal primjums minkejja n-notifika tardiva u, bit-tielet domanda, jekk għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet minħabba n-notifika tardiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>L-ewwel nett għandu jiġi osservat li biex tingħata risposta għad-domandi preliminari għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni l-kuntest li jagħmlu parti minnu l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 u l-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009, kif ukoll l-għanijiet tad-dispożizzjonijiet li jagħmlu parti minnhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 73/2009 jipprevedi regoli għal pagamenti diretti taħt il-politika agrikola komuni. Wieħed minn dawn il-pagamenti diretti, il-primjums għall-baqar li jreddgħu, iservi biex jappoġġja d-dħul tal-impriżi li jżommu l-għoġġiela għall-produzzjoni tal-laħam u jissupplimenta l-iskema ta’ pagament imħallsa fundamentalment li hija indipendenti mill-produzzjoni. Skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 ta’ dan ir-regolament, il-primjums għall-baqar li jreddgħu jingħataw biss għal annimali li huma identifikati u rreġistrati konformement mar-Regolament Nru 1760/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>Min-naħa tiegħu, ir-Regolament Nru 1760/2000 għandu l-għan li jsaħħaħ il-fiduċja tal-konsumaturi fil-kwalità taċ-ċanga u tal-vitella, li jippreserva protezzjoni għolja tas-saħħa pubblika u li jtejjeb l-istabbiltà fit-tul tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara partikolarment il-premessa 7 tar-Regolament Nru 1760/2000.</P></NOTE>. Is-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni pprovduta għal dan il-għan hija bbażata, <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT>, fuq it-twaqqif ta’ database nazzjonali tal-annimali tal-ifrat min-naħa tal-Istati Membri, fejn tiġi rreġistrata l-identità tal-annimali, l-impriżi kollha fit-territorju u l-movimenti kollha tal-annimali. Din is-sistema trid tkun kompleta u effettiva f’kull waqt, hekk li l-awtorità kompetenti tkun tista’ tistabbilixxi l-lok ta’ annimal tal-ifrat fi kwalunkwe żmien u hekk li din tkun f’pożizzjoni li tidentifika malajr l-oriġini ta’ annimal fil-każ ta’ epiżootija biex immedjatament tieħu miżuri għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2001/672 u s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Fi ħdan is-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 min iżomm l-annimali huwa <HT TYPE="ITALIC">inter alia</HT> obbligat jinnotifika lill-awtoritajiet kompetenti bid-data eżatta ta’ kull moviment. Fundamentalment għal dan il-għan japplika terminu għan-notifika ta’ bejn tlieta sa mhux iżjed minn sebat ijiem. Dan l-artikolu jiddelega s-setgħa lill-Kummissjoni biex testendi t-terminu għan-notifika u tadotta regoli speċifiċi fil-każ tal-moviment tal-annimali tal-ifrat lejn mergħa tas-sajf. Il-Kummissjoni għamlet dan bid-Deċiżjoni 2001/672.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 l-annimali jitqiesu bħala eliġibbli għal primjums anki jekk l-informazzjoni skont l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 tiġi nnotifikata lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">A.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-modalitajiet għall-osservanza tat-terminu skont l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 (l-ewwel domanda)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Bl-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju trid tkun taf, jekk l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 jipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali bħall-Artikolu 6(6) tar-Regolament Awstrijak dwar l-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat, li jipprovdi li n-notifika dwar il-moviment tal-annimali tal-ifrat lejn mergħat tas-sajf trid tkun ġiet irċevuta mill-awtorità kompetenti fi żmien 15-il jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, it-terminu beda jiddekorri permezz tal-moviment lejn il-mergħat fis-<DATE ISO="20110617">17 ta’ Ġunju 2011</DATE>, hekk li beda fit-<DATE ISO="20110618">18 ta’ Ġunju 2011</DATE> f’00:00 u spiċċa fl-<DATE ISO="20110704">4 ta’ Lulju 2011</DATE> f’24.00<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Minħabba li ma jeżistux regoli speċjali, dan jirriżulta mill-Artikolu 3(1), (2)(b), (3) u (4) tar-Regolament tal-Kunsill Nru 1182/71 (KEE, EURATOM), tat-<DATE ISO="19710603">3 ta’ Ġunju 1971</DATE>, li jistabbilixxi r-regoli applikabbli għal perjodi, dati u limiti ta’ żmien (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 1, Vol. 1, p. 51).</P></NOTE>. Jekk, kif għamlet ir-Repubblika tal-Awstrija, titqies ir-riċezzjoni tan-notifika (<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>), in-notifika saret tard wisq. Min-naħa l-oħra, jekk wieħed, l-istess bħall-EP Agrarhandel GmbH u l-Kummissjoni, iqis id-data li fiha ntbagħtet in-notifika (<DATE ISO="20110630">30 ta’ Ġunju 2011</DATE>), in-notifika tkun saret fiż-żmien stipulat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 jistabbilixxi sempliċement li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>[l]-informazzjoni […] għandha tiġi <HT TYPE="ITALIC">riportata</HT> lill-awtorità kompetenti [mhux iktar tard minn] fil-15-il jum wara d-data ta’ meta l-annimali kienu ttieħdu fil-mergħa<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Skont il-paragrafu 2 tal-imsemmi artikolu għandhom jiġu nnotifikati l-kodiċi ta’ reġistrazzjoni tal-mergħa u għal kull annimal tal-ifrat in-numru individwali tal-annimal, in-numru ta’ identifikazzjoni taż-żamma ta’ oriġini, id-data tal-wasla fuq il-mergħa u d-data stmata tat-tluq mill-mergħa.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Madankollu, l-assenza ta’ dispożizzjoni speċifika dwar jekk huwiex determinanti meta jkun hemm riċezzjoni jew meta tintbagħat in-notifika, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu, ma tfissirx għaldaqsant li l-Isati Membri għandhom marġni ta’ diskrezzjoni. Dan għaliex jistgħu jiġu pperikolati l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, l-ugwaljanza bejn l-operaturi ekonomiċi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041111">11 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Toeters u Verberk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:714">EU:C:2004:714</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0040">40</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll, barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro f’dik il-kawża (<REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:341">EU:C:2004:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u l-funzjonament tad-databases tal-annimali tal-ifrat. Iżda dan ma jipprekludix miżura nazzjonali, dment li din tkun ristretta li tadotta ċerti punti tal-leġiżlazzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għall-finijiet tal-koerenza interna ta’ dawn id-dispożizzjonijiet u għall-komprensjoni tagħhom<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara s-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19850328">28 ta’ Marzu 1985</DATE>, <NAME.CASE>Il‑Kummissjoni vs L‑Italja</NAME.CASE> (<NO.CASE>272/83</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1985:147">EU:C:1985:147</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), il-konklużjonijiet tiegħi fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Skoma-Lux</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑161/06</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:525">EU:C:2007:525</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) kif ukoll, barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Saugmandsgaard Øe fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Swiss International Air Lines</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑272/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:573">EU:C:2016:573</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-Artikolu 6(6) tar-Regolament Awstrijak dwar l-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat ikun jikkostitwixxi sempliċi repetizzjoni bħal din jekk l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 jiġi interpretat fis-sens li hija determinanti r-riċezzjoni tan-notifika.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>F’dan l-isfond għandu jiġi ddeterminat, permezz tal-interpretazzjoni, fuq liema avveniment huwa bbażat l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672. Minbarra t-test (ara Taqsima 1) għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni speċjalment il-kuntest li fih tintuża l-iskema (ara Taqsima 2) u l-għan tagħha (ara Taqsima 3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-formulazzjoni tal-leġiżlazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, il-verżjoni Ġermaniża tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>sind […] zu übermitteln<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) iktar tindika li għandha tkun determinanti r-riċezzjoni tan-notifika fiż-żmien stipulat. Dan peress li proċess tal-komunikazzjoni jibda malli tintbagħat l-informazzjoni u jispiċċa biss meta din l-informazzjoni tasal. Dan japplika wkoll għall-formulazzjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>mitteilen<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>unterrichten<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> li jikkorrispondu mal-verżjoni lingwistika Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>sont communiquées<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>), Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>sono comunicate<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>se comunicará<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>) u Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>worden meegedeelt<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, irid jiġi kkonċedut li dawn it-termini huma ta’ natura ġenerali u għalhekk huma suġġetti għal interpretazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Ara fl-istess sens il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Borgmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:393">EU:C:2003:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0044">44</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) dwar l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 1392/2001 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti Kapitolu 3, Vol. 33, p. 104), fil-verżjoni Ġermaniża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>übermittelt<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>), Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>communique<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>), Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>trasmette<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>), Portugiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>comunicará<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>) u Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>transmitirá<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>).</P></NOTE>. Dan diġà jidher fis-sentenza Borgmann, fejn il-Qorti tal-Ġustizzja kienet tal-fehma li l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>tittrażmetti<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>tirrapporta<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> kienu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>jimplikaw pjuttost li l-informazzjoni trid tintbagħat qabel l-iskadenza tat-terminu<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, filwaqt li madankollu ma llimitatx ruħha għall-analiżi tat-test fl-interpretazzjoni tagħha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Borgmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:202">EU:C:2004:202</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0023">23</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Lanqas il-kuntest li fih l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 juża l-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>riportata<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ma joffri kjarezza. Minn naħa waħda, wieħed jista’ jinterpreta r-riferiment espliċitu għad-destinatarju (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>għandha tiġi riportata lill-awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>) bħala sinjal li n-notifika trid ukoll tasal għand l-awtorità<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Poiares Maduro fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Toeters u Verberk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:341">EU:C:2004:341</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0033">33</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Min-naħa l-oħra, wieħed jista’ wkoll jifhem l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fil-15-il jum wara<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> bħala li tfisser li anki fil-15-il jum irid għadu jkun possibbli li l-informazzjoni tiġi kkomunikata b’suċċess. Iżda f’dan ir-rigward irid jiġi osservat li pereżempju l-verżjoni lingwistika Portugiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>no prazo de 15 dias<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>, jiġifieri fi żmien 15-il jum) hija espressa f’sens differenti u l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 ma jispeċifikax li n-notifika trid bilfors issir bil-posta. Anzi, kif juri b’mod eżemplari l-Artikolu 6(5) tar-Regolament Awstrijak dwar l-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat, l-informazzjoni tista’ tiġi kkomunikata wkoll online jew bit-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet għandu jiġi kkonstatat li l-verżjonijiet lingwistiċi differenti ma jwasslux għal konklużjoni preċiża. Għalhekk, sabiex jiġu ggarantiti l-interpretazzjoni u l-applikazzjoni uniformi tad-dritt tal-Unjoni, id-dispożizzjoni inkwistjoni trid tiġi interpretata abbażi tal-ekonomija ġenerali u tal-iskop tal-leġiżlazzjoni li tagħmel parti minnha<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170517">17 ta’ Mejju 2017</DATE>, <NAME.CASE>ERGO Poist’ovňa</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑48/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:377">EU:C:2017:377</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) kif ukoll is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20000309">9 ta’ Marzu 2000</DATE>, <NAME.CASE>EKW u Wein &amp; Co</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑437/97</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:110">EU:C:2000:110</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Borgmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:202">EU:C:2004:202</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-kuntest tal-leġiżlazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>F’dak li għandu x’jaqsam mal-kuntest tal-leġiżlazzjoni, għandu jiġi kkonstatat li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 huwa bbażat fuq it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-espressjoni użata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>[min iżomm l-annimali] jirrapporta lill-awtorità kompetenti<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> ukoll ma hijiex ċara<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara wkoll il-verżjoni Franċiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>signale<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>), Ingliża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>report<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>), Taljana (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>comunica<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>), Spanjola (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>informar<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>), Portugiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>notificar<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>) u Olandiża (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>stelt […] in kennis<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/>) ta’ din l-espressjoni.</P></NOTE>. Madankollu, permezz tal-kuntest joħroġ biċ-ċar li l-ispeċifikazzjoni tat-terminu ta’ 15-il jum tikkostitwixxi eċċezzjoni speċifika għall-prinċipju stabbilit fl-ewwel sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000. Skont dan il-prinċipju, it-terminu għan-notifika tal-moviment tal-annimali huwa bejn tliet u seba’ ġranet massimu. Dan ifisser li l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 għandu jiġi interpretat f’sens strett, abbażi tal-prinċipju ġenerali li l-eċċezzjonijiet għandhom jiġu interpretati restrittivament<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara s-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20100422">22 ta’ April 2010</DATE>, Il‑<NAME.CASE>Kummissjoni vs Ir‑Renju Unit</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑346/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:213">EU:C:2010:213</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150226">26 ta’ Frar 2015</DATE>, <NAME.CASE>Wucher Helicopter u Euro-Aviation Versicherung</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑6/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:122">EU:C:2015:122</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0024">24</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, dan il-kuntest jitlob li l-modalitajiet tal-osservanza tat-terminu fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 u fl-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 għandhom jiġu interpretati b’mod uniformi. Iżda mbagħad l-adozzjoni ta’ approċċ ibbażat fuq id-data li fiha tintbagħat in-notifika tkun f’kontradizzjoni mas-setgħa ddelegata lill-Istati Membri biex jistabbilixxu terminu massimu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>ta’ bejn tlieta jew sebat ijiem<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>. L-influenza possibbli tal-Istati Membri tiġi fattwalment innewtralizzata minħabba rotot postali b’tul differenti. Min-naħa l-oħra, jekk wieħed jieħu inkunsiderazzjoni r-riċezzjoni tan-notifika, l-Istati Membri tassew ikollhom marġni ta’ diskrezzjoni. L-Artikolu 6(5) tar-Regolament Awstrijak dwar l-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat juri b’mod eżemplari li fil-każ ineżami ma kienx impossibbli li min iżomm l-annimali jħares it-terminu, peress li n-notifiki, li għalihom japplika dan it-terminu qasir, jistgħu jsiru mhux biss bil-posta iżda anki online jew bit-telefon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Wieħed irid jikkunsidra wkoll li fil-verżjoni oriġinali tiegħu l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 kien jitlob li n-notifika tasal fiż-żmien stipulat. Peress li l-informazzjoni kellha tiġi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>introdotta fid-database għall-annimali tal-ifrat għal inqas [mhux iktar tard minn] sebat ijiem wara d-data meta l-annimali huma mdaħħla fil-mergħa<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>, loġikament dan jirrikjedi li l-informazzjoni tasal qabel l-iskadenza tat-terminu. Kuntrarjament għall-Kummissjoni, ma nqisx li l-interpretazzjoni <HT TYPE="ITALIC">a contrario</HT> li t-tħassir tal-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>introdotta fid-database<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/> ifisser li issa huwa biżżejjed li n-notifika tintbagħat fi żmien 15-il jum hija ammissibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, ma hemm l-ebda indikazzjoni li d-Deċiżjoni 2010/300 riedet tibdel il-modalitajiet tal-osservanza tat-terminu. Infatti, il-premessi tad-Deċiżjoni 2010/300 jiġġustifikaw l-emenda sempliċement bin-neċessità li l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>limiti ta’ żmien fid-Deċiżjoni 2001/672/KE […] jiġu adattati<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Premessa 5 tad-Deċiżjoni 2010/300.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-emenda fit-test tispjega ruħha mill-fatt li tadatta l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 mal-espressjoni fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 u hija fformulata espressament bħala obbligu tal-persuni li jżommu l-annimali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>It-tielet nett, l-approċċ ibbażat fuq id-data li fiha tintbagħat in-notifika jkollu l-konsegwenza li t-terminu oriġinali mhux biss jiżdied b’iktar mid-doppju iżda jitwal ukoll bil-fattur X li jirrappreżenta t-tul tar-rotta postali. Kif juri dan il-każ (in-notifika ntbagħtet fit-30 ta’ Ġunju u waslet fis-<DATE ISO="20110707">7 ta’ Lulju 2011</DATE>), il-mod postali jista’ jieħu ammont kunsiderevoli ta’ żmien. B’dan il-mod it-terminu jispiċċa jiżdied b’mod sinjifikattiv u b’mod differenti f’kull każ. Dan mhux biss jikkontradixxi l-prinċipju tal-interpretazzjoni stretta tal-eċċezzjonijiet, iżda jwassal ukoll għal inċertezza legali u jipperikola n-natura attwali tad-databases nazzjonali tal-annimali tal-ifrat. Fil-fehma tiegħi, rieda korrispondenti min-naħa tal-leġiżlatur li jadotta leġiżlazzjoni daqstant ġeneruża kien ikollha tiġi riflessa fit-test jew tal-inqas fil-premessi tad-Deċiżjoni 2010/300.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Bħala konklużjoni, il-kuntest li fih jinsab l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 jiffavorixxi, kif intqal iktar ’il fuq, li n-notifika trid tasal għand l-awtorità kompetenti fit-terminu stipulat.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="11"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-iskop tal-leġiżlazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata permezz tal-għanijiet segwiti mid-Deċiżjoni 2001/672 u mir-Regolament Nru 1760/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Mill-premessa 7 tar-Regolament Nru 1760/2000 jirriżulta li s-sistema ta’ reġistrazzjoni u ta’ identifikazzjoni sservi biex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>il-fiduċja tal-konsumatur fil-kwalità tal-laħam taċ-ċanga u l-prodotti mill-laħam taċ-ċanga tittejjeb, jiġi ppreservat livell aktar għoli tas-saħħa pubblika u l-istabbiltà fit-tul tas-suq tal-laħam taċ-ċanga tkun irrinfurzata<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/>. Konformement, skont il-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2001/672, id-dispożizzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni għandhom l-għan li jkun <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>possibbli li jkun magħruf il-lok ta’ kwalunkwe annimal bovin <HT TYPE="ITALIC">fi kwalunkwe żmien</HT><QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Enfasi mijuda minni. Nixtieq nosserva li l-espressjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>fi kwalunkwe żmien<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> tinsab fil-maġġoranza kbira tal-verżjonijiet lingwistiċi ta’ din il-premessa. Fil-fehma tiegħi, il-fatt li ma tidhirx fil-verżjoni Franċiża huwa r-riżultat ta’ żball tal-pinna.</P></NOTE>. Anki l-interpretazzjoni tal-modalitajiet tal-osservanza tat-terminu trid torjenta ruħha lejn dawn l-għanijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Dan jissuġġerixxi li għandha tittieħed inkunsiderazzjoni r-riċezzjoni tan-notifika, peress li għall-finijiet tal-attwalità tad-databases nazzjonali tagħmel differenza kunsiderevoli jekk l-awtorità kompetenti tiġix infurmata bil-moviment tal-annimali mhux iktar tard minn 15-il jum wara jew jekk dan jiħux iktar żmien skont il-każ individwali minħabba dewmien fil-posta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Kuntrarjament għall-Kummissjoni lanqas ma jiena tal-fehma li min iżomm l-annimali inġustament ser ikollu jġorr riskju inaċċettabbli, jiġifieri li r-riċezzjoni tan-notifika sseħħ fit-terminu stipulat. Fid-dawl tas-sinjifikat li l-attwalità tar-reġistri nazzjonali għandha għall-protezzjoni tas-saħħa pubblika, għat-trasparenza u għall-istabbiltà tas-suq tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella, ma huwiex inaċċettabbli li min iżomm l-annimali jibgħat l-informazzjoni li hija suġġetta għan-notifika fil-ħin bil-posta jew b’mod ieħor biex tasal għand l-awtorità fit-terminu stipulat. In-notifika hija possibbli mill-mument li jsir il-moviment lejn mergħat tal-muntanja. Jekk min iżomm l-annimali tant idum jistenna biex jimposta n-notifika li r-riċezzjoni tagħha fil-ħin ma tkunx żgurata, għall-inqas ikun raġonevoli li dan jikkomunika l-informazzjoni lill-awtorità permezz tal-internet. L-Artikolu 6(5) tar-Regolament Awstrijak dwar l-identifikazzjoni tal-annimali tal-ifrat espliċitament jirreferi għal din il-possibbiltà. Barra minn hekk, fuq livell ta’ konsegwenzi ġuridiċi jittieħdu inkunsiderazzjoni l-eventwali ċirkustanzi eċċezzjonali li jwasslu għan-nuqqas ta’ osservanza tat-terminu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>Ara l-ispjegazzjonijiet dwar l-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1122/2009 fil-punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Minħabba r-raġunijiet preċedenti lanqas ma jiena tal-fehma li l-prinċipju tan-nondiskriminazzjoni jitlob li tittieħed inkunsiderazzjoni d-data li fiha tintbagħat in-notifika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>Madankollu ara f’dan is-sens ara l-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Tizzano fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Borgmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:393">EU:C:2003:393</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Għandha ssir distinzjoni wkoll bejn dan it-terminu għan-notifika dwar il-movimenti tal-annimali u t-terminu għall-komunikazzjoni tal-kwantitajiet ta’ ħalib, li kien is-suġġett fil-kawża Borgmann u li jrid isir sal-15 ta’ Mejju ta’ kull sena<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20040401">1 ta’ April 2004</DATE>, <NAME.CASE>Borgmann</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑1/02</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:202">EU:C:2004:202</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Infatti, tal-aħħar għandu l-iskop li jiżgura l-kalkolu u l-iffissar fil-ħin tal-imposta addizzjonali fuq il-ħalib sabiex tkun tista’ titħallas sal-1 ta’ Settembru. Il-fatt li huwa deċiżiv li n-notifika tintbagħat fiż-żmien stipulat ma jipperikolax dan l-għan. Iżda l-għan tan-notifika tal-movimenti tal-annimali tal-ifrat konformi mat-terminu huwa proprju <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>li jkun magħruf il-lok ta’ kwalunkwe annimal bovin fi kwalunkwe żmien<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> kif stabbilit fil-premessa 3 tad-Deċiżjoni 2001/672 u, kif tenfasizza l-Qorti tal-Ġustizzja, li s-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>tkun totalment effettiva u li wieħed ikun jista’ jiddependi fuqha f’kull mument biex, b’mod partikolari, tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jindividwaw malajr kemm jista’ jkun, fil-każ ta’ [epiżutija], il-provenjenza ta’ annimal u li tieħu immedjatament il-miżuri neċessarji sabiex tevita kull riskju għas-saħħa pubblika<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="12"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, il-premessa 5 tad-Deċiżjoni 2010/300 tipprovdi tagħrif dwar l-iskop reali tal-emenda tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672. Infatti, l-emenda tieħu inkunsiderazzjoni l-fatt li l-moviment tal-annimali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>minn azjendi differenti għall-istess żona muntanjuża ta’ mergħat għas-sajf [jista’ jdum] iktar minn sebat ijiem<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>. Għalhekk, biex jiġu evitati <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>piżijiet amministrattivi bla bżonn<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/>, it-termini kellhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>jiġu adattati<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>. Fis-sitwazzjoni legali preċedenti, seta’ jinħoloq piż amministrattiv bla bżonn jekk min iżomm l-annimali, li kellu bżonn iktar minn sebat ijiem għall-moviment tal-annimali tiegħu minn ażjendi differenti għall-istess mergħa, ma setax idaħħal il-moviment tal-annimali kollha f’notifika waħda. Peress li t-terminu għan-notifika ta’ annimal jibda mal-moviment ta’ dan l-annimal, f’tali każ l-istess terminu jkun diġà skada fil-mument li jkun sar il-moviment tal-aħħar annimal.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Permezz taż-żieda tat-terminu għal 15-il jum għandu jiġi evitat il-piż amministrattiv bla bżonn li jinħoloq għal min iżomm l-annimali u għall-awtorità minħabba għadd ta’ notifiki paralleli. Madankollu, ma hemmx għalfejn tittieħed inkunsiderazzjoni d-data li fiha tintbagħat in-notifika biex jintlaħaq dan l-iskop. Kif diġà semmejt, la l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 u lanqas l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1760/2000 ma jispeċifikaw li n-notifika għandha tintbagħat bil-posta. Għall-kuntrarju, teżisti l-possibbiltà li l-informazzjoni tiġi kkomunikata online jew bit-telefon<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Ara l-punti 48 u 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>. Iżda anki jekk min iżomm l-annimali jiddeċiedi li jibgħatha bil-posta, it-terminu ta’ 15-il jum huwa biżżejjed biex din tasal fil-ħin.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni provviżorja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Konformement mal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, l-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/67 għandu jiġi interpretat fis-sens li jfisser li n-notifika dwar il-moviment lejn mergħa tas-sajf trid tasal għand l-awtorità kompetenti mhux iktar tard minn 15-il jum wara l-moviment tal-annimali lejn il-mergħa. Konsegwentement, id-dritt tal-Unjoni ma jipprojbixxix leġiżlazzjoni nazzjonali li tistabbilixxi dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Għalhekk għandha tingħata r-risposta li ġejja għall-ewwel domanda:</TXT><P>L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 fil-verżjoni tad-Deċiżjoni 2010/300 ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu ta’ notifika ta’ movimenti lejn mergħat tas-sajf, li r-riċezzjoni tan-notifika inkwistjoni titqies bħala determinanti.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">B.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-eliġibbiltà għall-primjums għall-baqar li jreddgħu li l-moviment tagħhom lejn mergħat tas-sajf ikun ġie nnotifikat tardivament (it-tieni domanda)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>It-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju għandha tingħata risposta biss jekk tingħata r-risposta proposta għall-ewwel domanda preliminari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Bit-tieni domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tixtieq tkun taf jekk l-annimali jkunux xorta waħda eliġibbli għal primjums skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 minkejja li l-moviment tagħhom lejn mergħat tas-sajf ikun ġie nnotifikat tardivament fis-sens tal-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672, bħal fil-każ tal-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Peress li l-Kummissjoni u l-qorti tar-rinviju jesprimu dubji dwar kemm in-notifika tardiva tal-moviment lejn mergħat tas-sajf twassal għat-telf tal-eliġibbiltà għall-primjums skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009, fl-ewwel lok għandu jiġi indirizzat dan l-aspett (ara Taqsima 1). Infatti, jekk in-notifika tardiva ma għandhiex influwenza fuq l-eliġibbiltà<?PAGE NO="13"?> għall-primjums, ma tqumx il-kwistjoni dwar l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 (ara Taqsima 2). F’każ li n-notifika tardiva twassal fundamentalment għat-telf tal-primjums u ma taqax taħt l-eċċezzjoni stabbilita, għandu jiġi evalwat jekk dan l-eżitu jikkontradixxix il-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara Taqsima 3).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">1.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikazzjoni tal-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>Jekk min iżomm l-annimali ma josservax it-terminu previst fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672, dan ikun qed jikser l-obbligu tiegħu tan-notifika fit-terminu stipulat skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000. La d-Deċiżjoni 2001/672 u lanqas ir-Regolament Nru 1760/2000 ma jirregolaw il-konsegwenzi tal-ksur. Madankollu, l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 jipprovdi li l-pagamenti jingħataw biss għal dawk l-annimali li huma identifikati u rreġistrati skont ir-Regolament Nru 1760/2000.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Jirriżulta b’mod ċar mill-kliem tal-imsemmi artikolu li l-għoti tal-primjums huwa suġġett għal konformità minn dawk li jżommu l-annimali inkwistjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti tal-Unjoni dwar l-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni ta’ annimali tal-ifrat<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. L-Artikolu 7 jagħmel parti mid-dispożizzjonijiet inklużi taħt l-ewwel titolu bl-intestatura <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>L-identifikazzjoni u r-reġistrazzjoni tal-bhejjem tal-fart<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/> tar-Regolament Nru 1760/2000. Barra minn hekk, l-Artikolu 3 tal-imsemmi titolu jiċċara li s-sistema għall-identifikazzjoni u għar-reġistrazzjoni tal-annimali tal-ifrat hija bbażata partikolarment fuq id-databases elettroniċi. Dawn huma magħmula mill-informazzjoni li min iżomm l-annimali jkun ikkomunika lill-awtorità skont l-Artikolu 7.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-uniku aspett dubjuż huwa jekk fih innifsu n-nuqqas ta’ komunikazzjoni fiż-żmien stipulat iwassalx biex annimal tal-ifrat jitqies bħala mhux irreġistrat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>Dan huwa sostnut, l-ewwel nett, bil-fatt li l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1760/2000 jesprimi t-termini għan-notifika f’termini obbligatorji filwaqt li jispeċifika u jillimita b’mod preċiż il-possibbiltajiet li jiġi pprovdut terminu itwal<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Ara, fil-verżjoni Ġermaniża tar-Regolament Nru 1760/2000, il-parti introduttorja tal-Artikolu 7(1) (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>[…] kull min iżomm il-bhejjem għandu<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/>), l-ewwel sentenza tat-tieni inċiż (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>f’perjodu taż-żmien stabbilit mill-Istat Membru ta’ bejn tlieta jew sebat ijiem<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>) kif ukoll id-deskrizzjoni tat-terminu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>perjodu massimu taż-żmien<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/> fit-tieni sentenza. Ara, barra minn hekk, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Huwa minnu li d-Deċiżjoni 2001/672, kif emendata bid-Deċiżjoni 2010/300, ittawwal it-terminu għal 15-il jum, iżda xorta waħda tuża espressjoni f’termini obbligatorji. Hija tistabbilixxi li l-informazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>għandha tiġi riportata lill-awtorità kompetenti fil-15-il jum wara d-data ta’ meta l-annimali kienu ttieħdu fil-mergħa<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/>. Madankollu, l-indikazzjoni speċifikata ta’ dawn il-metodi tkun bla effett utli jekk min iżomm l-annimali jkun ħieles milli josserva dawn it-termini għan-notifika<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Bħala kunsiderazzjoni sussidjarja, nosserva li dik il-konklużjoni tidher li hija kkorroborata mit-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 innifsu tar-Regolament Nru 73/2009. Dan jipprovdi li annimal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>għandu wkoll<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/> jitqies eliġibbli għal primjums meta l-informazzjoni suġġetta għan-notifika tkun ġiet mgħoddija lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal. Wieħed jista’ jikkonkludi li, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009, annimal tal-ifrat huwa fundamentalment eliġibbli għal primjums biss jekk l-informazzjoni suġġetta għal obbligu ta’ notifika tkun ġiet ikkomunikata f’mument ieħor, jiġifieri f’dak previst fl-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1760/2000. Il-konklużjoni opposta, li l-mument tan-notifika ma għandux impatt fuq l-eliġibbiltà għal primjums, ma hijiex konvinċenti peress li mbagħad in-notifika tkun tista’ tiġi rregolarizzata fi kwalunkwe waqt. Dan jirrendi t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 superfluwu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata permezz tal-għanijiet segwiti bid-Deċiżjoni 2001/672 u bir-Regolament Nru 1760/2000 li ġew stabbiliti fil-punt 55. Kif speċifikat il-Qorti tal-Ġustizzja, biex dawn l-għanijiet jintlaħqu, is-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni trid tkun totalment effettiva u li wieħed ikun jista’ jiddependi fuqha f’kull mument, hekk li tippermetti l-ittraċċar effettiv tal-annimali, pereżempju f’każ ta’ epiżootija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Iżda dan ma jkunx possibbli jekk min iżomm l-annimali ma jinnotifikax lid-database elettronika fi ħdan it-termini previsti dwar il-movimenti tal-annimali tal-ifrat tiegħu. Li kieku l-eliġibbiltà għal primjums skont l-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma kinitx tiddependi mill-konformità mat-terminu, min iżomm l-annimali ma kienx ikollu inċentiva finanzjarja biex jissodisfa l-obbligi tiegħu fit-terminu previst<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Kif juru l-ispjegazzjonijiet għat-tielet domanda preliminari fil-punti 93 sa 95 ta’ dawn il-konklużjonijiet, f’dak il-każ il-persuni li jżommu l-annimali lanqas ma huma iktar esposti għar-riskju ta’ sanzjonijiet finanzjarji.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata wkoll permezz tar-Regolament Nru 1122/2009, li ġie adottat għall-implementazzjoni tar-Regolament Nru 73/2009. L-Artikolu 63(3) tiegħu jipprovdi li l-kalkolu tal-ammont tal-għajnuna ma huwiex ibbażat fuq in-numru tal-annimali indikati fl-applikazzjoni għall-għajnuna, iżda fuq in-numru <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0065" REF.END="QE0065"/>dikjarat<QUOT.END REF.START="QS0065" CODE="201D" ID="QE0065"/> waqt il-kontrolli. It-tieni sentenza tal-paragrafu 4(b) tal-imsemmi artikolu tipprovdi li fejn jinstabu każijiet ta’ irregolaritajiet fir-rigward tas-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni, l-annimali jitqiesu fundamentalment bħala mhux determinati. L-Artikolu 63 tar-Regolament jipprovdi eċċezzjonijiet għall-korrezzjoni ta’ żbalji manifesti<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 63(4) tar-Regolament Nru 1122/2009.</P></NOTE> u għat-telf ta’ lametta tal-widna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Artikolu 63(4)(a) tar-Regolament Nru 1122/2009.</P></NOTE> biss. Jeżisti rilassament għal entrati inkorretti fir-reġistru jew fil-passaporti tal-bhejjem, hekk li annimal jitqies bħala mhux iddeterminat biss mat-tieni irregolarità fi żmien sentejn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>L-ewwel sentenza tal-Artikolu 63(4)(b) tar-Regolament Nru 1122/2009.</P></NOTE>. Barra minn hekk, skont l-Artikolu 75(1) tar-Regolament Nru 1122/2009 hija mogħtija eċċezzjoni għal każijiet meta l-bidwi kien ostakolat milli josserva l-obbligi tiegħu minħabba forza maġġuri jew ċirkustanzi eċċezzjonali. Għalhekk, il-konsegwenzi legali minħabba n-nuqqas ta’ osservanza mat-terminu għan-notifika jistgħu jkunu iktar moderati f’sitwazzjonijiet speċjali. Min-naħa l-oħra, fil-każijiet l-oħra kollha, inkluż dak ineżami, l-annimali jitqiesu bħala mhux determinati. B’hekk ma jittieħdux inkunsiderazzjoni fil-formazzjoni tal-bażi tal-kalkolu. Għalhekk ma tingħatax għajnuna fir-rigward tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Fl-aħħar mill-aħħar, il-konklużjoni li n-notifika tardiva tal-moviment lejn mergħat fil-prinċipju twassal għat-telf tal-primjums għall-baqar li jreddgħu hija wkoll konformi mal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza Maatschap Schonewille-Prins<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Fid-deċiżjoni dwar il-primjums għall-qatla, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-ksur tal-obbligu ta’ notifika stipulat fit-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000 iwassal għat-telf ta’ dawn il-primjums<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u ara, barra minn hekk, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Léger fil-kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:466">EU:C:2006:466</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>) fejn ġiet proposta konklużjoni opposta.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>L-oġġezzjonijiet li l-Kummissjoni tippreżenta kontra t-trasferiment tal-imsemmija ġurisprudenza ma humiex konvinċenti minħabba r-raġunijiet li ġejjin.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li ma tistax tagħmel differenza li hemmhekk huwa kkonċernat il-primjum għall-qatla u hawnhekk għall-baqar li jreddgħu. Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja hija bbażata fuq l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1254/1999<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1254/1999 tas-<DATE ISO="19990517">17 ta’ Mejju 1999</DATE> dwar l-organizzazzjoni tas-suq taċ-ċanga u l-vitella (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 25, p. 339).</P></NOTE>,<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0035">35</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. B’espressjoni kważi identika għall-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009, din id-dispożizzjoni tirregola li l-eliġibbiltà għall-primjum tiddependi mill-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-attwali<?PAGE NO="15"?> Regolament Nru 1760/2000<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Fil-verżjoni rilevanti għas-sentenza Maatschap Schonewille-Prins l-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1254/1999 jaqra: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0066" REF.END="QE0066"/>Biex tikkwalifika għal pagamenti diretti skond dan il-kapitolu, kull bhima għandha tiġi identifikata u reġistrata b’mod konformi mar-Regolament (KE) Nru 1760/2000.<QUOT.END REF.START="QS0066" CODE="201D" ID="QE0066"/></P></NOTE>. Barra minn hekk, id-dispożizzjonijiet imsemmija ma jirregolawx dan ir-rekwiżit speċifikament għall-primjums għall-qatla jew għall-baqar li jreddgħu, iżda huma dispożizzjonijiet ġenerali li japplikaw għall-pagamenti kollha tat-taqsima rispettiva. Jagħmlu parti minn dawn kemm il-primjums għall-baqar li jreddgħu kif ukoll dawk għall-qatla<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>L-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 1254/1999 huwa parti mill-Kapitolu 1 (Artikoli 3 sa 25). Għalhekk jgħodd għal primjums għall-baqar li jreddgħu u għall-qatla (Artikolu 6 jew Artikolu 11). L-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 japplika għal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0067" REF.END="QE0067"/>pagamenti diretti taħt din it-Taqsima<QUOT.END REF.START="QS0067" CODE="201D" ID="QE0067"/> u għaldaqstant għall-primjums kollha tat-Taqsima 11 (Artikoli 108 sa 119). Għal dawn jappartjenu kemm il-primjums għall-baqar li jreddgħu kif ukoll dak għall-qatla (Artikolu 111 jew Artikolu 116).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>Barra minn hekk, l-oġġezzjoni li hawnhekk huwa rakkomandabbli eżitu differenti għax b’differenza għan-notifika ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0068" REF.END="QE0068"/>moviment [tal-annimali] lejn u mill-impriża<QUOT.END REF.START="QS0068" CODE="201D" ID="QE0068"/>, in-notifika tal-moviment lejn mergħa ma hijiex ta’ natura kostituttiva għall-bhejjem iżda hija ta’ natura provviżorja biss u inqas importanti fir-rigward tal-qatla u tal-konsum immedjat għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>L-ewwel nett, is-sentenza Maatschap Schonewille-Prins ma kinitx tirreferi pereżempju għan-notifika tardiva tal-qatla ta’ annimal tal-ifrat, iżda għan-notifika tardiva tal-wasla ta’ annimal fl-impriża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Ara s-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Iżda peress li, l-istess bħan-notifika dwar il-moviment lejn mergħat tas-sajf, din lanqas ma tippreċedi immedjatament il-konsum tal-laħam taċ-ċanga u tal-vitella mill-konsumatur, dan l-aspett ma jistax ikollu rwol għad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>It-tieni nett, l-oġġezzjoni hija bbażata fuq il-premessa żbaljata li l-moviment lejn mergħa tas-sajf ma jirrigwardax <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0069" REF.END="QE0069"/>[i]l-movimenti kollha lejn u mill-impriża<QUOT.END REF.START="QS0069" CODE="201D" ID="QE0069"/> fis-sens tal-ewwel sentenza tat-tieni inċiż tal-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 1760/2000. Għaliex, kif turi d-definizzjoni fit-tieni inċiż tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1760/2000, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0070" REF.END="QE0070"/>impriża<QUOT.END REF.START="QS0070" CODE="201D" ID="QE0070"/> hija dak l-istabbiliment jew dik il-kostruzzjoni fejn fil-prinċipju jinżammu l-annimali. Għaldaqstant, il-moviment lejn mergħa tas-sajf huwa sottokategorija u mhux natura differenti tal-kunċett. Għalhekk, it-test tal-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 1760/2000 ma jipprovdix indikazzjoni għal distinzjoni korrispondenti tal-konsegwenzi legali meta ma jiġix imħares it-terminu. L-istess japplika għad-Deċiżjoni 2001/672.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>It-tielet nett, distinzjoni skont it-tip tat-terminu għan-notifika lanqas ma hija konvinċenti fid-dawl tal-għanijiet stabbiliti fil-punt 56 u fil-punt 71 iktar ’il fuq, segwiti mid-Deċiżjoni 2001/672 u mir-Regolament Nru 1760/2000. Peress li epiżootija tista’ tfaqqa’ fuq mergħat tas-sajf bl-istess mod bħal f’impriża, anki l-moviment lejn mergħat tas-sajf irid jiġi nnotifikat mill-iktar fis possibbli fil-kuntest ta’ dak li huwa prattikament raġonevoli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Bħala riżultat għandu jiġi kkonstatat li n-notifika tardiva tal-moviment lejn mergħat tas-sajf għandha l-konsegwenza li l-annimali inkwistjoni ma jkunux irreġistrati skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 li jikkorrispondi mar-Regolament Nru 1760/2000 u li għalhekk fil-prinċipju ma humiex eliġibbli għall-primjums.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">2.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-applikazzjoni tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Huwa f’dan il-kuntest li hemm lok li jiġi ċċarat jekk, f’każ bħal dak ineżami, it-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 jwassalx biex l-annimali, eċċezzjonalment, jitqiesu bħala eliġibbli għall-primjums xorta waħda. Il-kundizzjoni tkun li l-informazzjoni suġġetta għan-notifika tiġi mgħoddija lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimal inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0071" REF.END="QE0071"/>perjodu taż-żamma<QUOT.END REF.START="QS0071" CODE="201D" ID="QE0071"/> huwa l-perijodu li fih annimal, li għalih issir applikazzjoni għal għajnuna, irid jinżamm fl-impriża<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Punt 21 tal-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 1122/2009, Artikolu 61 tar-Regolament Nru 1121/2009, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 73/2009.</P></NOTE>. Skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 111(2) tar-Regolament Nru 73/2009, għall-primjums għall-baqar li jreddgħu huwa previst perijodu taż-żamma ta’ sitt xhur <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0072" REF.END="QE0072"/>mill-jum meta tiġi ppreżentata l-applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0072" CODE="201D" ID="QE0072"/>. L‑Artikolu 13(1) tar-Regolament Awstrijak dwar il-pagamenti diretti jiffissa l-1 ta’ Jannar, is-16 ta’ Marzu u l-10 ta’ April bħala l-jiem li fihom issir l-applikazzjoni għall-primjums<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Ara l-Artikolu 62(2) tar-Regolament Nru 1121/2009.</P></NOTE>. Għalhekk, skont l-Artikolu 13(2) ta’ dan ir-regolament, l-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma huwa t-2 ta’ Jannar jew is-17 ta’ Marzu jew il-11 ta’ April tas-sena rispettiva (għall-baqar li jreddgħu li għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni wara l-1 ta’ Jannar jew is-16 ta’ Marzu)<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Ara l-Artikolu 61(2) tar-Regolament Nru 1121/2009.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>Peress li hawnhekk il-moviment sar fis-<DATE ISO="20110617">17 ta’ Ġunju 2011</DATE>, huwa kkonċernat avveniment li jinsab wara l-aħħar data possibbli ta’ bidu tal-perijodu taż-żamma (fil-11 ta’ April). Għalhekk, l-informazzjoni suġġetta għan-notifika ma ġietx trażmessa lill-awtorità kompetenti fl-ewwel jum tal-perijodu taż-żamma tal-annimali inkwistjoni. Li dan ma kienx possibbli f’każ bħal dak ineżami joħroġ biċ-ċar min-natura eċċezzjonali tat-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009. Huwa biss meta min iżomm l-annimali jirreġistra annimal ġdid fid-database nazzjonali qabel ma jibda l-aħħar perijodu taż-żamma possibbli li dan għandu jkollu l-possibbiltà li jirċievi l-primjums minkejja ksur tal-persuna li żżomm l-annimali preċedenti tal-obbligu tan-notifika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għalhekk, l-istess bħar-Repubblika tal-Awstrija, jiena tal-fehma li t-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma jkoprix sitwazzjonijiet bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">3.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-proporzjonalità tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Konsegwentement, b’mod konklużiv tqum il-kwistjoni dwar jekk l-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 jikkorrispondix mal-prinċipju tal-proporzjonalità sa fejn minn dan jirriżulta t-telf tal-primjums għall-baqar li jreddgħu bħala konsegwenza tan-notifika tardiva tal-moviment lejn mergħat tas-sajf.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86.</NO.P><TXT>Peress li l-leġiżlatur tal-Unjoni għandu setgħa diskrezzjonali wiesgħa fil-qasam tal-politika agrikola li tikkorrispondi mar-responsabbiltajiet politiċi li jattribwixxulu l-Artikoli 40 TFUE sa 43 TFUE, l-istħarriġ tal-proporzjonalità min-naħa tal-Qorti tal-Ġustizzja għandu jkun limitat għall-evalwazzjoni intiża biex jiġi ddeterminat jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni qabiżx manifestament il-limiti tas-setgħa diskrezzjonali tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara s-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20131017">17 ta’ Ottubru 2013</DATE>, <NAME.CASE>Schaible</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑101/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:661">EU:C:2013:661</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat, qabel kollox, li, meta l-leġiżlatur tal-Unjoni – bħal fl-ewwel paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 – jistabbilixxi kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-għoti ta’ għajnuna, l-esklużjoni li hija riżultat tan-nuqqas ta’ konformità ma’ waħda minn dawn il-kundizzjonijiet ma tammontax għal sanzjoni, iżda għal sempliċi konsegwenza tan-nuqqas ta’ konformità mal-imsemmija kundizzjonijiet previsti mil-liġi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), ara wkoll, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041111">11 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Toeters u Verberk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:714">EU:C:2004:714</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88.</NO.P><TXT>Jekk il-leġiżlatur tal-Unjoni jirregola – bħal fl-Artikolu 23(1) tar-Regolament Nru 1122/2009 – li l-preżentazzjoni tardiva tal-applikazzjoni għall-għajnuna twassal biss għal tnaqqis fl-ammont mogħti, dan ma jirriflettix prinċipju ġenerali iżda deċiżjoni intenzjonali tal-leġiżlatur, skont liema l-osservanza tat-terminu eċċezzjonalment ma kinitx ikkunsidrata bħala sinjifikattiva<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20041111">11 ta’ Novembru 2004</DATE>, <NAME.CASE>Toeters u Verberk</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑171/03</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2004:714">EU:C:2004:714</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="17"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89.</NO.P><TXT>Bil-kontra, kif joħroġ partikolarment mill-punt 69 u mill-punt 71 ta’ dawn il-konklużjonijiet, l-obbligu li jiġi osservat it-terminu għan-notifika previst fl-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 huwa ta’ importanza speċjali għall-għanijiet imfittxin bis-sistema ta’ identifikazzjoni u ta’ reġistrazzjoni. Barra minn hekk, kif ġie spjegat fil-punt 72 ta’ dawn il-konklużjonijiet, huma previsti wkoll eċċezzjonijiet għal ċirkustanzi speċjali, bħal f’każijiet ta’ forza maġġuri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-leġiżlatur tal-Unjoni ma eċċediex manifestament il-limiti tad-diskrezzjoni tiegħu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20070524">24 ta’ Mejju 2007</DATE>, <NAME.CASE>Maatschap Schonewille-Prins</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑45/05</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2007:296">EU:C:2007:296</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0049">49</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, bħala konklużjoni, l-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma jippreġudikax il-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="ITALIC">4.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Konklużjoni provviżorja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91.</NO.P><TXT>B’konformità mal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, it-tieni domanda preliminari għandha tingħata risposta kif ġej:</TXT><P>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux bħala effett, fil-każ ta’ notifika tardiva tal-moviment tal-annimali tal-ifrat lejn mergħat tas-sajf, li jseħħ wara l-bidu tal-perijodu ta’ żamma, li l-annimali kkonċernati min-notifika huma madankollu meqjusa bħala eliġibbli għall-benefiċċju tal-primjum.</P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">C.</HT></HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq is-sanzjonijiet (it-tielet domanda)</HT></HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92.</NO.P><TXT>Jekk il-Qorti tal-Ġustizzja ssegwi l-proposta tiegħi għar-risposta tal-ewwel u tat-tieni domanda preliminari, it-tielet domanda preliminari ma għandhiex għalfejn tiġi risposta. Il-qorti tar-rinviju tagħmel din id-domanda għall-każ li għalkemm in-notifika tal-moviment lejn mergħa tas-sajf għandha titqies li saret tardivament, dan xorta ma jwassalx għat-telf tal-primjums għall-baqar li jreddgħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju essenzjalment trid tkun taf jekk imbagħad għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet minħabba n-notifika tardiva. Mill-motivazzjoni tat-tielet domanda preliminari joħroġ li l-qorti tar-rinviju qiegħda tirreferi għat-tnaqqis u għall-esklużjonijiet abbażi tal-Artikolu 21 u tal-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 73/2009 u skont l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1122/2009.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94.</NO.P><TXT>Ir-risposta għal din id-domanda għandha tkun fin-negattiv. Huwa minnu li r-Regolamenti Nru 73/2009 u Nru 1122/2009 jipprevedu, fid-dispożizzjonijiet iċċitati iktar ’il fuq, sanzjonijiet korrispondenti mal-preżentazzjoni tardiva tal-applikazzjoni għall-għajnuna<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1122/2009.</P></NOTE>, man-nuqqas ta’ konformità mar-regoli ta’ eliġibbiltà<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Artikolu 21 tar-Regolament Nru 73/2009, Artikolu 65 tar-Regolament Nru 1122/2009.</P></NOTE> u man-nuqqas ta’ konformità mar-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0073" REF.END="QE0073"/>regoli tal-kundizzjonalità<QUOT.END REF.START="QS0073" CODE="201D" ID="QE0073"/> tal-bidwi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Artikolu 23 tar-Regolament Nru 73/2009, Artikoli 70 sa 72 tar-Regolament Nru 1122/2009.</P></NOTE>. Madankollu, skont l-ewwel paragrafu tal-Artikolu 74 u l-Artikolu 73(1) tar-Regolament Nru 1122/2009, it-tnaqqis u l-esklużjoni ma japplikawx jekk il-bidwi jkun ipprovda informazzjoni korretta. Peress li mit-talba għal deċiżjoni preliminari ma jirriżulta xejn li jagħti x’jifhem li l-informazzjoni nnotifikata tardivament kienet inkorretta, ma għandhomx jiġu imposti sanzjonijiet minħabba notifika tardiva tal-moviment lejn mergħat tas-sajf skont dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95.</NO.P><TXT>Għalhekk, ir-risposta li għandha tingħata għat-tielet domanda għandha tkun li meta n-notifika tardiva tal-moviment tal-annimali tal-ifrat lejn mergħat tas-sajf skont it-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 ma twassalx għat-telf tal-eliġibbiltà għall-primjums, it-tnaqqis u l-esklużjonijiet previsti fl-Artikolu 21 tar-Regolament Nru 73/2009, fl-Artikolu 65 tar-Regolament Nru 1122/2009, fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 73/2009, fl-Artikoli 70 sa 72 tar-Regolament Nru 1122/2009 u fl-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 1122/2009 ma japplikawx jekk l-informazzjoni fattwali nnotifikata tardivament tkun korretta.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V.</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet li saru iktar ’il fuq, nipproponi lill-Qorti tal-Ġustizzja illi tirrispondi d-domandi preliminari tal-Verwaltungsgerichtshof (Il-Qorti Amministrattiva, l-Awstrija) kif ġej:</TXT><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(4) tad-Deċiżjoni 2001/672 fil-verżjoni tad-Deċiżjoni 2010/300 ma jipprekludix li dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi, għall-finijiet tal-osservanza tat-terminu ta’ notifika ta’ movimenti lejn mergħat tas-sajf, li r-riċezzjoni tan-notifika inkwistjoni titqies bħala determinanti.</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu tal-Artikolu 117 tar-Regolament Nru 73/2009 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma għandux bħala effett, fil-każ ta’ notifika tardiva tal-moviment tal-annimali tal-ifrat lejn mergħat tas-sajf, li jseħħ wara l-bidu tal-perijodu ta’ żamma, li l-annimali kkonċernati min-notifika huma madankollu meqjusa bħala eliġibbli għall-benefiċċju tal-primjums.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>