European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Serje L


2023/2507

10.11.2023

REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2023/2507

tad-9 ta’ Novembru 2023

li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1890 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/2488 tad-9 ta’ Novembru 2023 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 (2) jagħti effett lill-miżuri restrittivi stabbiliti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 (3).

(2)

Id-Deċiżjoni (PESK) 2023/2488 temenda l-verżjoni bl-Ingliż tat-titolu tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1894.

(3)

Għalhekk ir-Regolament (UE) 2019/1890 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma jikkonċernax il-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Novembru 2023.

Għall-Kunsill

Il-President

N. CALVIÑO SANTAMARÍA


(1)   ĠU L, 2023/2488, 10.11.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/2488/oj

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran. (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 3).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, p. 47).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/2507/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)