|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/194 |
31.1.2025 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/194
tal-20 ta’ Jannar 2025
dwar it-twaqqif tal-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka tal-Olokawstu (EHRI-ERIC)
(notifikata bid-dokument C(2025)170)
(It-testi biċ-Ċek, bil-Ġermaniż, bl-Ingliż, bil-Kroat, bl-Olandiż, bil-Pollakk, bir-Rumen u bis-Slovakk biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 723/2009 tal-25 ta’ Ġunju 2009 dwar il-qafas ġuridiku Komunitarju applikabbli għal Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC, European Research Infrastructure Consortium) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 6(1)(a) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Awstrija, il-Kroazja, iċ-Ċekja, il-Ġermanja, Iżrael, in-Netherlands, il-Polonja, ir-Rumanija, is-Slovakkja u r-Renju Unit ippreżentaw applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 biex jistabbilixxu l-EHRI-ERIC (European Holocaust Research Infrastructure) (“l-applikazzjoni”). |
|
(2) |
L-applikanti qablu li n-Netherlands ikun l-Istat Membru ospitanti tal-EHRI-ERIC. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 723/2009 ġie inkorporat fil-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) permezz tad-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 (2). |
|
(4) |
Il-Kummissjoni vvalutat l-applikazzjoni skont l-Artikolu 5(2) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, u kkonkludiet li din tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti f’dak ir-Regolament. Matul il-valutazzjoni, il-Kummissjoni kisbet il-fehmiet ta’ esperti indipendenti fil-qasam tal-Istudji Umanistiċi u x-Xjenza Soċjali. |
|
(5) |
Il-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat stabbilita bl-Artikolu 20 tar-Regolament (KE) Nru 723/2009, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Qed titwaqqaf l-Infrastruttura Ewropea tar-Riċerka tal-Olokawstu (EHRI-ERIC).
2. L-elementi essenzjali tal-Istatuti tal-EHRI ERIC kif imsemmija fl-Artikolu 6(3) tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 huma stabbiliti fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Awstrija, lir-Repubblika tal-Kroazja, lir-Repubblika Ċeka, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lill-Istat ta’ Iżrael, lir-Renju tan-Netherlands, lir-Repubblika tal-Polonja, lir-Rumanija, lir-Repubblika Slovakka, u lir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq.
Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Jannar 2025.
Għall-Kummissjoni
Ekaterina ZAHARIEVA
Membru tal-Kummissjoni
(1) ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2009/723/oj, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1261/2013 tat-2 ta’ Diċembru 2013 (ĠU L 326, 6.12.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/1261/oj).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 72/2015 tal-20 ta’ Marzu 2015 li temenda l-Protokoll 31 tal-Ftehim ŻEE, dwar il-kooperazzjoni f’oqsma speċifiċi li ma jagħmlux parti mill-erba’ libertajiet [2016/755] (ĠU L 129, 19.5.2016, p. 85, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2016/755/oj).
ANNESS
ELEMENTI ESSENZJALI TAL-ISTATUTI TAL-EHRI-ERIC
1. Isem u sede
(l-Artikolu 1 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
Għandu jkun hemm infrastruttura tar-riċerka distribwita msejħa l-“Infrastruttura Ewropea għar-Riċerka dwar l-Olokawstu”, minn hawn ’il quddiem imsejħa l-“EHRI”. |
|
2. |
L-EHRI għandu jkollha l-forma legali ta’ Konsorzju għal Infrastruttura Ewropea ta’ Riċerka (ERIC) inkorporata skont id-dispożizzjonijiet tar-Regolament (KE) Nru 723/2009 u tissemma “EHRI-ERIC”. |
|
3. |
L-EHRI-ERIC għandu jkollu s-sede statutorja tiegħu f’Amsterdam, fin-Netherlands. |
2. Kompiti u attivitajiet
(l-Artikolu 2 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
Il-kompitu prinċipali tal-EHRI-ERIC għandu jkun li jistabbilixxi u jopera l-EHRI biex jippermetti l-eċċellenza fir-riċerka, fid-dokumentazzjoni, fl-edukazzjoni u fit-tifkira tranżnazzjonali tal-Olokawstu. |
|
2. |
L-EHRI-ERIC għandu jaħdem mill-qrib mal-komunità xjentifika, arkivjali u edukattiva. Fit-twettiq tal-kompitu prinċipali tiegħu u f’konformità mad-dispożizzjonijiet ta’ dawn l-istatuti, l-EHRI-ERIC għandu jwettaq u jikkoordina l-attivitajiet li ġejjin:
|
|
3. |
L-Uffiċċju Ċentrali tal-EHRI-ERIC għandu jkun responsabbli għall-koordinazzjoni tal-attivitajiet tal-EHRI-ERIC. L-EHRI-ERIC għandu jwettaq l-attivitajiet kollha tiegħu b’mod etiku u trasparenti u għandu jevita kunflitti ta’ interess organizzattivi jew personali potenzjali. |
|
4. |
L-EHRI-ERIC għandu jwettaq il-kompitu prinċipali tiegħu fuq bażi mhux ekonomika, madankollu, mingħajr preġudizzju għar-regoli applikabbli dwar l-għajnuna mill-Istat, jista’ jwettaq attivitajiet ekonomiċi limitati dment li jkunu relatati mill-qrib mal-kompitu prinċipali tiegħu u li ma jipperikolawx il-kisba tiegħu. Kwalunkwe introjtu ġġenerat minn attivitajiet ekonomiċi limitati bħal dawn għandu jintuża mill-EHRI-ERIC biex jappoġġa l-missjoni tiegħu. |
3. Durata u Stralċ
(l-Artikolu 3 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
L-EHRI-ERIC għandu jeżisti għal perjodu ta’ żmien indefinit. |
|
2. |
L-istralċ tal-EHRI-ERIC għandu jseħħ wara deċiżjoni f’dan ir-rigward mill-Assemblea Ġenerali, f’konformità mal-Artikolu 20(6)(i) ta’ dawn l-istatuti. |
|
3. |
Mingħajr dewmien bla bżonn u fi kwalunkwe eventwalità fi żmien għaxart ijiem mill-adozzjoni tad-deċiżjoni ta’ stralċ, EHRI-ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-deċiżjoni. |
|
4. |
L-assi li jifdal wara l-ħlas tad-djun tal-EHRI-ERIC għandhom jitqassmu fost il-Membri b’mod proporzjonat għall-kontribuzzjonijiet annwali akkumulati tagħhom lill-EHRI-ERIC matul l-aħħar ħames snin konsekuttivi qabel is-sena li fiha tkun ittieħdet id-deċiżjoni ta’ stralċ. |
|
5. |
Mingħajr dewmien bla bżonn, u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem mill-għeluq tal-proċedura ta’ stralċ, l-EHRI-ERIC għandu jinnotifika lill-Kummissjoni dwar dan. |
|
6. |
L-EHRI-ERIC ma għandux jibqa’ jeżisti mill-jum meta l-Kummissjoni Ewropea tippubblika l-avviż xieraq f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
4. Responsabbiltà u assigurazzjoni
(l-Artikolu 4 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
L-EHRI-ERIC għandu jkun responsabbli għad-djun tiegħu. |
|
2. |
Il-Membri mhumiex responsabbli b’mod konġunt għad-djun tal-EHRI-ERIC. |
|
3. |
Ir-responsabbiltà finanzjarja tal-Membri għad-djun tal-EHRI-ERIC għandha tkun limitata għall-kontribuzzjoni annwali rispettiva tagħhom fl-aħħar sena sħiħa tal-operazzjoni. |
|
4. |
L-EHRI-ERIC għandu jkollu assigurazzjoni xierqa li tkopri r-riskji speċifiċi għall-operazzjonijiet tiegħu. |
5. Politika tal-Evalwazzjoni Xjentifika
(l-Artikolu 5 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
L-attivitajiet u r-riżultati tal-EHRI-ERIC għandhom jiġu evalwati kull 3 snin minn bord indipendenti magħmul minn esperti internazzjonali maħtura mill-Assemblea Ġenerali fuq bażi dinjija, mingħajr rekwiżit li jkunu bbażati f’pajjiż Membru jew Osservatur. |
|
2. |
Il-bord ta’ esperti għandu jevalwa l-attivitajiet xjentifiċi tal-EHRI-ERIC u għandu jittrażmetti r-riżultati tal-evalwazzjoni lill-Assemblea Ġenerali. |
|
3. |
Il-Kumitat tal-Koordinaturi Nazzjonali għandu jassisti lill-bord fit-twettiq tal-evalwazzjoni xjentifika billi jipprovdi l-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-attivitajiet tan-Nodi Nazzjonali. |
6. Politika ta’ Aċċess għall-Utenti
(l-Artikolu 6 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
L-EHRI-ERIC għandu jagħti lill-utenti tiegħu aċċess fiżiku u virtwali għar-riżorsi u l-għarfien espert rilevanti għall-Olokawst. Ir-riżorsi u l-għarfien espert rilevanti jistgħu jiġu ospitati miċ-Ċentru Ċentrali jew min-Nodi Nazzjonali. Fi kwalunkwe każ, l-utenti jiġu pprovduti b’punt ta’ dħul uniku ġestit miċ-Ċentru Ċentrali. |
|
2. |
Fejn possibbli, l-aċċess għandu jiġi pprovdut fuq il-bażi ta’ aċċess wiesa’ - jiġifieri mingħajr restrizzjonijiet, liberu u miftuħ għal kulħadd. F’każijiet fejn l-aċċess ikollu jiġi ristrett għal raġunijiet ta’ kapaċità, l-għażla għandha ssir abbażi tal-eċċellenza. |
|
3. |
L-informazzjoni dwar l-opportunitajiet ta’ aċċess, il-proċeduri u l-kriterji tal-evalwazzjoni għandhom ikunu disponibbli għall-pubbliku fuq is-sit web tal-EHRI-ERIC. |
|
4. |
Il-Politika ta’ Aċċess tal-EHRI-ERIC għandha tkun is-suġġett ta’ dokument ta’ regolament speċifiku, soġġett għall-approvazzjoni mill-Assemblea Ġenerali. |
7. Politika dwar it-Tixrid
(l-Artikolu 7 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
L-EHRI-ERIC għandu jiffaċilita r-riċerka, u bħala regola ġenerali, għandu jinkoraġġixxi l-aċċess liberu l-aktar possibbli għad-data u għar-riżultati ta’ riċerka. |
|
2. |
L-EHRI-ERIC għandu jħeġġeġ lill-utenti jagħmlu r-riżultati tar-riċerka tagħhom disponibbli permezz tar-repożitorju tal-EHRI-ERIC u/jew repożitorji oħra fi żmien raġonevoli u f’konformità mal-prinċipji tad-Data FAIR (Rintraċċabbiltà, Aċċessibbiltà, Interoperabbiltà u Riutilizzabbiltà) u f’perjodu raġonevoli. |
|
3. |
L-EHRI-ERIC għandu jirrikjedi li l-Utenti tiegħu jirrikonoxxu l-użu tal-EHRI-ERIC. |
|
4. |
L-EHRI-ERIC għandu juża l-aktar kanali xierqa u estensivi biex jilħaq l-udjenzi fil-mira tiegħu, inklużi sit web, bullettini, media, media soċjali, workshops, preżenza f’konferenzi, artikli f’rivisti u ġurnali, u kontributi għall-istampar, għax-xandir kif ukoll għal kanali oħra skont kif ikun xieraq. |
8. Politika dwar id-Drittijiet ta’ Proprjetà Intellettwali
(l-Artikolu 8 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
It-terminu “proprjetà intellettwali” għandu jinftiehem f’konformità mal-Artikolu 2 tal-Konvenzjoni li Tistabbilixxi l-Organizzazzjoni Dinjija tal-Proprjetà Intellettwali ffirmata fl-14 ta’ Lulju 1967. |
|
2. |
Soġġett għal kwalunkwe kuntratt bejn l-EHRI-ERIC u parti terza, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali maħluqa, miksuba jew żviluppati minn parti terza għandhom ikunu proprjetà ta’ dik il-parti terza. |
|
3. |
Soġġett għal kwalunkwe kuntratt bejn l-EHRI-ERIC u parti terza, id-drittijiet tal-proprjetà intellettwali maħluqa, miksuba jew żviluppati mill-EHRI-ERIC għandhom ikunu proprjetà tal-EHRI-ERIC. |
|
4. |
L-EHRI-ERIC jista’ jadotta kwalunkwe politika addizzjonali dwar il-proprjetà intellettwali li trid tiġi approvata mill-Assemblea Ġenerali. |
9. Politika dwar l-Impjiegi
(l-Artikolu 9 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
Il-proċedura tal-għażla għall-karigi tal-persunal tal-EHRI-ERIC għandha tkun trasparenti, mhux diskriminatorja u tirrispetta l-opportunitajiet ugwali. |
|
2. |
Il-kuntratti tal-impjieg għandhom isegwu l-liġijiet nazzjonali tal-pajjiż li fih huwa impjegat il-persunal jew fil-pajjiż fejn jaħdem, kif jista’ jiġi ddeterminat mil-liġi applikabbli. |
|
3. |
Ir-regoli dettaljati dwar ir-reklutaġġ tal-persunal għandhom jiġu stabbiliti fir-regoli ta’ implimentazzjoni u għandhom jiġu adottati mill-Assemblea Ġenerali. |
10. Politika tal-akkwist
(l-Artikolu 10 tal-Istatuti tal-EHRI-ERIC)
|
1. |
Il-politika dwar l-akkwist tal-EHRI-ERIC għandha tirrispetta l-prinċipji tat-trasparenza, tan-nondiskriminazzjoni u tal-kompetizzjoni. |
|
2. |
L-EHRI-ERIC għandu jadotta r-regoli u l-proċeduri tal-akkwist, li għandhom jiġu approvati mill-Assemblea Ġenerali. |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/194/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)