28.11.2017   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 403/10


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8699 — CEPSA/CEPSA Gas Comercializadora)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2017/C 403/08)

1.

Fil-21 ta’ Novembru 2017, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ proposta ta’ konċentrazzjoni skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Compañía Española de Petróleos, S.A.U. (“CEPSA”, Spanja), ikkonrollata minn Mubadala Investment Company;

—

CEPSA Gas Comercializadora, S.A. (“CEPSA Gas”, Spanja), li bħalissa hija kkontrollata b’mod konġunt minn Compañía Española de Petróleos, S.A.U. u Total S.A.

CEPSA tikseb, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll ta’ CEPSA Gas kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

CEPSA hija attiva (i) fil-produzzjoni taż-żejt u attivitajiet esplorattivi, (ii) fl-irfinar taż-żejt, (iii) fil-provvista ta’ fjuwil għall-vetturi, l-avjazzjoni u l-bastimenti, (iv) fil-produzzjoni ta’ prodotti petrokimiċi, (v) prodotti oħra derivati miż-żejt, u (vi) fil-provvista bl-imnut ta’ gass lill-klijenti.

—

CEPSA Gas hija attiva fil-forniment bl-imnut tal-gass naturali kemm industrijali kbar u żgħar u ta’ daqs medju (SME) klijenti fi Spanja u l-Portugall u, sa ċertu punt, il-provvista bl-ingrossa tal-gass naturali, inkluż in-negozjar, fi Spanja.

3.

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata fl-Avviż.

4.

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.8699 — CEPSA/CEPSA Gas Comercializadora

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks + 32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.