13.8.2013   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 217/37


DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI

tad-9 ta’ Awwissu 2013

li temenda d-Deċiżjoni 2007/453/KE fir-rigward tal-istatus tal-BSE tal-Kosta Rika, l-Iżrael, l-Italja, il-Ġappun, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja u l-Istati Uniti

(notifikata bid-dokument C(2013) 5160)

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

(2013/429/UE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (1), u b’mod partikolari t-tielet subparagrafu tal-Artikolu 5(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 jistipula li Stati Membri, pajjiżi terzi jew reġjuni tagħhom (‘pajjiżi jew reġjuni’) għandhom ikunu kklassifikati skont l-istatus tagħhom tal-Enċifalopatija Sponġiformi Bovina (BSE) f’waħda minn tliet kategoriji: riskju ta’ BSE negliġibbli, riskju ta’ BSE kkontrollat u riskju ta’ BSE mhux stabbilit.

(2)

L-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/453/KE (2) jelenka l-pajjiżi jew ir-reġjuni skont l-istat tagħhom tal-BSE.

(3)

L-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) għandha rwol ewlieni fil-kategorizzazzjoni ta’ pajjiżi jew reġjuni skont ir-riskju tagħhom tal-BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE tikkunsidra r-Riżoluzzjoni Nru 16 - Ir-Rikonoxximent tal-Istatus tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Membri - adottata mill-OIE f’Mejju 2012.

(4)

F’Mejju 2013, l-OIE adottat ir-Riżoluzzjoni Nru 20 - Ir-Rikonoxximent tal-Istatus ta’ Riskju tal-Enċefalopatija Sponġiformi Bovina tal-Pajjiżi Membri. Dik ir-Riżoluzzjoni rrikonoxxiet il-Ġappun, l-Iżrael, l-Italja, il-Pajjiżi l-Baxxi, is-Slovenja u l-Istati Uniti bħala pajjiżi li għandhom riskju negliġibbli ta’ BSE u l-Kosta Rika bħala pajjiż li għandu riskju kkontrollat ta’ BSE. Il-lista fl-Anness tad-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha għaldaqstant tiġi emendata biex issir konformi ma’ dik ir-Riżoluzzjoni fir-rigward ta’ dawn il-pajjiżi terzi.

(5)

Għalhekk, id-Deċiżjoni 2007/453/KE għandha tiġi emendata kif xieraq.

(6)

Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

L-Anness għad-Deċiżjoni 2007/453/KE jinbidel bit-test fl-Anness għal din id-Deċiżjoni.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.

Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Awwissu 2013.

Għall-Kummissjoni

Tonio BORG

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1.

(2)   ĠU L 172, 30.6.2007, p. 84.


ANNESS

“ANNESS

LISTA TA’ PAJJIŻI JEW REĠJUNI

A.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju negliġibbli ta’ BSE

L-Istati Membri

—

Il-Belġju

—

Id-Danimarka

—

L-Italja

—

Il-Pajjiżi l-Baxxi

—

L-Awstrija

—

Is-Slovenja

—

Il-Finlandja

—

L-Isvezja

Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

—

L-Islanda

—

In-Norvegja

Il-pajjiżi terzi

—

L-Arġentina

—

L-Awstralja

—

Il-Brażil

—

Iċ-Ċilì

—

Il-Kolombja

—

L-Indja

—

Iżrael

—

Il-Ġappun

—

In-New Zealand

—

Il-Panama

—

Il-Paragwaj

—

Il-Perù

—

Singapor

—

L-Istati Uniti

—

L-Urugwaj

B.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju kkontrollat ta’ BSE

L-Istati Membri

—

il-Bulgarija, ir-Repubblika Ċeka, il-Ġermanja, l-Estonja, l-Irlanda, il-Greċja, Spanja, Franza, l-Italja, Ċipru, il-Latvja, il-Litwanja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Pajjiżi l-Baxxi, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovenja, is-Slovakkja u r-Renju Unit.

Il-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles

—

Il-Liechtenstein

—

L-Isvizzera

Il-pajjiżi terzi

—

Il-Kanada

—

Il-Kosta Rika

—

Il-Messiku

—

In-Nikaragwa

—

Il-Korea t’Isfel

—

It-Tajwan

C.   Pajjiżi jew reġjuni b’riskju mhux determinat ta’ BSE

—

Pajjiżi jew reġjuni li mhumiex elenkati fil-punti A jew B.”