25.3.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 98/12


Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9439 — Warner Bros/Universal/Home Entertainment JV)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 98/12)

1.   

Fit-13 ta’ Marzu 2020, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Warner Bros. Home Entertainment Inc. (“Warner Bros”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn AT&T Inc. (“AT&T”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

—

Universal City Studios Productions LLLP (“Universal”, l-Istati Uniti tal-Amerka), finalment ikkontrollata minn Comcast Corporation (“Comcast”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Warner Bros u Universal jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ kumpanija maħluqa ġdida.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi f’impriża konġunta (joint venture, JV).

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

Warner Bros: produzzjoni, distribuzzjoni u liċenzjar ta’ programmi tat-televiżjoni u feature films, distribuzzjoni ta’ prodotti ta’ divertiment fid-dar kemm fil-format fiżiku u kemm fil-format diġitali, produzzjoni u distribuzzjoni ta’ videogames u prodotti tal-konsumatur, liċenzjar ta’ marki tad-ditta;

—

AT&T: provvista mad-dinja kollha ta’ telekomunikazzjonijiet u servizzi ta’ divertiment diġitali;

—

Universal: produzzjoni, distribuzzjoni u liċenzjar ta’ programmi tat-televiżjoni u feature films, provvista bl-ingrossta ta’ kanali televiżivi u servizzi mitluba (on-demand), kontenut ta’ divertiment ġenerali u aħbarijiet, liċenzjar ta’ proprjetà intellettwali lill-manifatturi u lid-distributuri ta’ prodotti tal-konsumatur;

—

Comcast: provvista ta’ servizzi tal-media, tat-teknoloġija u tad-divertiment;

—

il-joint venture: manifattura u distribuzzjoni ta’ kontenut ta’ divertiment fid-dar fiżiku fl-Istati Uniti tal-Amerka u l-Kanada.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.9439 — Warner Bros/Universal/Home Entertainment JV

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks: +32 229-64301

Indirizz postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles / Brussel

BELGIQUE / BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.