|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2025/6080 |
12.11.2025 |
Sejħa għal proposti 2026 — EAC/A12/2025
Il-Programm Erasmus+
(C/2025/6080)
1. Introduzzjoni u Objettivi
Din is-sejħa għal proposti hija msejsa fuq ir-Regolament (UE) 2021/817 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi “Erasmus+”: il-Programm tal-Unjoni għall-edukazzjoni u taħriġ, żgħażagħ u sport (1): (minn hawn ’il quddiem “ir-Regolament Erasmus+”) kif ukoll fuq il-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2026 ta’ Erasmus+ (C(2025) 7358). Il-Programm Erasmus+ ikopri l-perjodu mill-2021 sal-2027. L-objettivi ġenerali u speċifiċi tal-Programm Erasmus+ huma elenkati fl-Artikolu 3 tar-Regolament Erasmus+.
2. Azzjonijiet
Din is-sejħa għal proposti tkopri dawn l-azzjonijiet tal-Programm Erasmus+:
Azzjoni Ewlenija 1 (KA1) — Mobbiltà tal-apprendiment tal-individwi:
|
— |
Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ |
|
— |
Attivitajiet ta’ parteċipazzjoni taż-żgħażagħ |
|
— |
DiscoverEU – Azzjoni ta’ Inklużjoni |
|
— |
Mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport |
|
— |
Skambji virtwali Erasmus+ |
Azzjoni Ewlenija 2 (KA2) — Kooperazzjoni fost l-organizzazzjonijiet u l-istituzzjonijiet:
|
— |
Sħubijiet għall-Kooperazzjoni:
|
|
— |
Sħubijiiet għall-Eċċellenza:
|
|
— |
Sħubijiet għall-Innovazzjoni:
|
|
— |
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, iż-żgħażagħ u l-isport |
|
— |
Avvenimenti sportivi Ewropej mingħajr skop ta’ qligħ |
Azzjoni Ewlenija 3 (KA3) — Appoġġ għall-iżvilupp tal-politika u l-kooperazzjoni:
|
— |
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
Azzjonijiet Jean Monnet:
|
— |
Azzjonijiet Jean Monnet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
|
— |
Azzjonijiet Jean Monnet f’oqsma oħra tal-edukazzjoni u t-taħriġ |
|
— |
Dibattitu ta’ orjentazzjoni Jean Monnet |
3. Eliġibbiltà
Kull korp pubbliku jew privat li hu attiv fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport jista’ japplika għal finanzjament fil-Programm Erasmus+. Barra minn hekk, il-gruppi taż-żgħażagħ li huma attivi fil-ħidma fost iż-żgħażagħ, iżda mhux bilfors fil-kuntest ta’ organizzazzjoni taż-żgħażagħ, jistgħu japplikaw għal finanzjament għall-mobbiltà tal-apprendiment taż-żgħażagħ u tal-persuni li jaħdmu maż-żgħażagħ, l-attivitajiet tal-parteċipazzjoni taż-żgħażagħ u l-Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU.
Il-pajjiżi li ġejjin jistgħu jieħdu sehem bis-sħiħ fl-azzjonijiet kollha tal-Programm Erasmus+ (2):
|
— |
is-27 Stat Membru tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi u t-territorji ekstra-Ewropej; |
|
— |
il-pajjiżi terzi assoċjati mal-Programm:
|
Barra minn hekk, ċerti azzjonijiet tal-Programm Erasmus+ huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-Programm.
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2026 għal aktar dettalji dwar il-modalitajiet tal-parteċipazzjoni.
4. Baġit u tul tal-proġetti
Il-baġit totali allokat għal din is-sejħa għal proposti huwa stmat għal EUR 4 473,447 miljun:
|
Edukazzjoni u Taħriġ (inkluż l-Azzjonijiet Jean Monnet): |
EUR 3 977,562 miljun |
|
Żgħażagħ: |
EUR 421,8315 miljun |
|
Sport: |
EUR 74,053 miljun |
Il-baġit totali allokat għas-sejħa għal proposti, kif ukoll it-tqassim mill-ġdid tiegħu huma indikati fil-Programm ta’ Ħidma Annwali tal-2026 ta’ Erasmus+ li ġie adottat fi Il-5 ta’ Novembru 2025, u jista’ jiġi mmodifikat soġġett għal emenda tal-Programm ta’ Ħidma Annwali ta’ Erasmus+. L-applikanti potenzjali huma mistiedna jikkonsultaw regolarment il-Programm ta’ Ħidma Annwali ta’ Erasmus+ u l-emendi tiegħu, ippubblikati fuq:
https://ec.europa.eu/programmes/erasmus-plus/resources/documents/annual-work-programmes_en
L-għotjiet mogħtija kif ukoll it-tul tal-proġetti jvarjaw skont il-fatturi bħalma huma t-tip ta’ proġett, it-tip ta’ applikanti eliġibbli u l-għadd ta’ sħab involuti.
Il-benefiċjarji jistgħu jiddikjaraw il-kostijiet tax-xogħol imwettaq minn voluntiera fl-ambitu ta’ azzjoni abbażi tal-kostijiet unitarji awtorizzati u definiti fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (2019) 2646. Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar l-eliġibbiltà tal-kostijiet tal-voluntiera.
5. Skadenza għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet
L-iskadenzi kollha għas-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet speċifikati hawn taħt jirreferu għall-ħin ta’ Brussell.
|
Azzjoni Ewlenija 1 |
|
|
Mobbiltà tal-individwi fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
19 ta’ Frar 2026 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-individwi fl-oqsma tal-VET, tal-edukazzjoni skolastika u tal-edukazzjoni għall-adulti |
19 ta’ Frar 2026 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-persunal fil-qasam tal-isport |
12 ta’ Frar 2026 f’12:00 |
|
Mobbiltà internazzjonali li tinvolvi pajjiżi terzi mhux assoċjati mal-programm |
19 ta’ Frar 2026 f’12:00 |
|
Akkreditazzjonijiet ta’ Erasmus fil-VET, fl-edukazzjoni skolastika u fl-edukazzjoni għall-adulti |
29 ta’ Settembru 2026 f’12:00 |
|
Akkreditazzjonijiet ta’ Erasmus fil-qasam taż-żgħażagħ |
29 ta’ Settembru 2026 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
12 ta’ Frar 2026 f’12:00 |
|
Mobbiltà tal-individwi fil-qasam taż-żgħażagħ |
1 ta’ Ottubru 2026 f’12:00 |
|
Azzjoni ta’ Inklużjoni ta’ DiscoverEU |
12 ta’ Frar 2026 f’12:00 |
|
Skambji Virtwali Erasmus+ |
26 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Azzjoni Ewlenija 2 |
|
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ, ħlief dawk sottomessi mill-NGOs Ewropej |
5 ta’ Marzu 2026 f’12:00 |
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fl-oqsma tal-edukazzjoni, it-taħriġ u ż-żgħażagħ sottomessi mill-NGOs Ewropej |
5 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Sħubijiet ta’ kooperazzjoni fil-qasam tal-isport |
5 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Sħubijiet fuq skala żgħira fl-oqsma tal-edukazzjoni skolastika, l-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali, l-edukazzjoni għall-adulti u ż-żgħażagħ |
5 ta’ Marzu 2026 f’12:00 |
|
Sħubijiet fuq skala żgħira fil-qasam tal-isport |
5 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Sħubijiet Ewropej għall-iżvilupp tal-iskejjel |
9 ta’ April 2026 f’12:00 |
|
Ċentri ta’ eċċellenza vokazzjonali |
3 ta’ Settembru 2026 fil-17:00 |
|
Azzjoni Erasmus Mundus |
12 ta’ Frar 2026 fil-17:00 |
|
Alleanzi għall-Innovazzjoni |
10 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni għolja |
10 ta’ Frar 2026 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-edukazzjoni u t-taħriġ vokazzjonali |
26 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam taż-żgħażagħ |
26 ta’ Frar 2026 fil-17:00 |
|
Bini tal-kapaċitajiet fil-qasam tal-isport |
5 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Avvenimenti sportivi lokali Ewropej |
5 ta’ Marzu 2026 fil-17:00 |
|
Avvenimenti Ewropej fuq skala kbira |
22 ta’ Jannar 2026 fil-17:00 |
|
Azzjoni Ewlenija 3 |
|
|
Żgħażagħ Ewropej Flimkien |
26 ta’ Frar 2026 fil-17:00 |
|
Networks u Azzjonijiet Jean Monnet |
3 ta’ Frar 2026 fil-17:00 |
|
|
Jekk jogħġbok ara l-Gwida tal-Programm Erasmus+ għal aktar struzzjonijiet dettaljati dwar is-sottomissjoni tal-applikazzjonijiet. |
6. Dettalji sħaħ
Ara l-kundizzjonijiet ta’ din is-sejħa għal proposti fid-dettall, inklużi l-prijoritajiet, fil-Gwida tal-Programm Erasmus+ tal-2026 fl-indirizz tal-internet li ġej:
https://erasmus-plus.ec.europa.eu/mt/erasmus-programme-guide
Il-Gwida tal-Programm Erasmus+ tifforma parti integrali minn din is-sejħa għal proposti u l-kundizzjonijiet għall-parteċipazzjoni u l-finanzjament li jissemmew fiha japplikaw bis-sħiħ għal din is-sejħa.
(1) ĠU L 189, 28.5.2021, p. 1.
(2) L-attivitajiet Jean Monnet huma miftuħa għal organizzazzjonijiet minn madwar id-dinja kollha.
(3) Soġġetti għall-iffirmar tal-Ftehimiet ta’ Assoċjazzjoni bilaterali.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/6080/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)