European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/217

7.2.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/217

tas-6 ta’ Frar 2025

li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Kroata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ottubru 2016 dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 37(2), l-Artikolu 37(4), l-Artikolu 40(2) u l-Artikolu 41(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Kroata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 (2) fiha żball fl-Annessi IV u V fir-rigward tat-terminu għall-virus PPV000. Hemm ukoll żball fl-Annessi VI u VIII fir-rigward tal-pjanti għat-tħawwil tal-ispeċi ta’ Solanum L. Barra minn hekk, fl-Annessi VII u VIII, intuża terminu żbaljat għal wieħed mit-tipi ta’ materjali tal-injam għall-imballaġġ. Dawk l-iżbalji jaffettwaw is-sustanza tal-att.

(2)

Għalhekk, jenħtieġ li l-verżjoni bil-lingwa Kroata tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

(3)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjonijiet tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, li ngħataw qabel l-adozzjoni: tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072, tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2285 (3), (UE) 2023/1492 (4), u (UE) 2024/2004 (5),

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Frar 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 317, 23.11.2016, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/2031/oj.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-28 ta’ Novembru 2019 li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (ĠU L 319, 10.12.2019, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2019/2072/oj).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2285 tal-14 ta’ Diċembru 2021 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 rigward l-elenkar ta’ pesti, ta’ projbizzjonijiet u ta’ rekwiżiti għall-introduzzjoni u l-moviment fl-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra, u li jħassar id-Deċiżjonijiet 98/109/KE u 2002/757/KE u r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/885 u (UE) 2020/1292 (ĠU L 458, 22.12.2021, p. 173, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2021/2285/oj).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/1492 tad-19 ta’ Lulju 2023 li jemenda l-Anness VII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni ta’ ċerti forom ta’ injam li joriġinaw mill-Kanada u mill-Istati Uniti (ĠU L 183, 20.7.2023, p. 42, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/1492/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2004 tat-23 ta’ Lulju 2024 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 fir-rigward tal-elenkar tal-pesti u r-regoli dwar l-introduzzjoni u l-moviment fit-territorju tal-Unjoni ta’ pjanti, ta’ prodotti mill-pjanti u ta’ oġġetti oħra (ĠU L, 2024/2004, 26.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2004/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/217/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)