Official Journal L 272 , 25/10/2000 P. 0010 - 0011
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2354/2000 ta' l-24 ta' Ottubru 2000 dwar il-klassifikazzjoni ta' oġġetti partikulari fin-Nomenklatura Magħquda IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidrat it-Trattat li jwaqqaf il-Komunità Ewropea Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar it-tariffa u n-nomenklatura ta' l-istatistika u dwar it-Tariffa Komuni tad-Dwana [1], kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1264/2000 [2], u speċjalment l-Artikolu 9 tiegħu, Billi: (1) Biex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament imsemmi jenħtieġ li jiġu adottati miżuri dwar il-klassifika tal-prodotti msemmija fl-Anness ma' dan ir-Regolament. (2) Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 jipprovdi dawn ir-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kull nomenklatura oħra li hija kollha kemm hi jew f'parti bbażata fuqha jew li żżid magħha xi suddiviżjoni u li hija mwaqqfa b'xi dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Komunità, bil-ħsieb ta' l-applikazzjoni tal-miżuri tat-tariffa u oħrajn konnessi man-negozju tal-prodotti. (3) Bis-saħħa ta' l-imsemmija regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa mar-Regolament preżenti għandhom jiġu klassifikati taħt il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2, minħabba r-raġunijiet imniżżla fil-kolonna 3. (4) Huwa xieraq li l-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri dwar il-klassifika tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda u li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament, tista' tibqa' tiġi invokata, skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jwaqqaf il-Kodiċi tad-Dwana Komunitarju [3], kif emendat l-aħħar mill-Parlament Ewropew u bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 955/1999 [4], għall-perjodu ta' tliet xhur mid-detentur. (5) Il-miżuri li hemm provduti f'dan ir-Regolament huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi tad-Dwana, ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT: L-Artikolu 1 Il-prodotti deskritti fil-kolonna 1 ta' l-iskeda annessa huma klassifikati fin-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi NM indikati fil-kolonna 2 ta' l-iskeda msemmija. L-Artikolu 2 L-informazzjoni tat-tariffa li torbot maħruġa mill-awtoritajiet tad-dwana ta' l-Istati Membri li ma tikkonformax mad-dispożizzjonijiet ta' dan ir-Regolament tista' tkompli tissejjaħ skond id-dispożizzjonijiet ta' l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92 għal perjodu ta' tliet xhur. L-Artikolu 3 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-20 jum ta' wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fl-24 ta' Ottubru 2000. Għall-Kummissjoni Frederik Bolkestein Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 256, tas-7.9.1987, p. 1. [2] ĠU L 144, tas-17.6.2000, p. 6. [3] ĠU L 302, tad-19.10.1992, p. 1. [4] ĠU L 119, tas-7.5.1999, p. 1. -------------------------------------------------- L-ANNESS Deskrizzjoni | Kodiċi NM | Raġunijiet | (1) | (2) | (3) | Preparazzjoni ta' tip użata fl-ikel ta' l-annimali, miksub permezz ta' reazzjoni kimika b'temperatura għolja ta' taħlita ta' apatit, aċdu fosforiku u karbonju tas-sodju jew idrossidu tas-sodju. Dan il-prodott huwa difluworinat u huwa kompost l-aktar minn taħlita ta' kalċju u ta' fosfati ta' kalċji-fosfati. | 23099097 | Il-klassifikazzjoni hija stabbilita bid-dispożizzjoni tar-regoli ġenerali 1 u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Kombinata u bil-kliem tal-Kodiċi NM 2309, 230990 u 23099097. Il-prodott ma jħarisx id-deskrizzjonijiet li jinstabu fin-Nota 3(A) tal-Kapitolu 31 għax jinkiseb minn reazzjoni kimika ta' apatit b'komposti tas-sodju u b'aċdu fosforiku li jippermettih jintuża bħala ikel ta' l-annimali. | --------------------------------------------------