16.11.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 421/4


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Novembru 2016

li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-Greċja

(2016/C 421/04)

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament (UE) Nru 492/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ April 2011 dwar il-moviment liberu tal-ħaddiema fi ħdan l-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 23 u 24 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-listi ta’ kandidati ppreżentati lill-Kunsill mill-Gvernijiet tal-Istati Membri,

Billi:

(1)

Il-Kunsill, bid-Deċiżjoni tiegħu tal-20 ta’ Settembru 2016 (2), ħatar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2016 sal-24 ta’ Settembru 2018.

(2)

Il-gvern tal-Greċja ppreżenta nomini oħra għal diversi karigi li għandhom jimtlew,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Dawn li ġejjin huma b’dan maħturin membri u membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema għall-perijodu mill-25 ta’ Settembru 2016 sal-24 ta’ Settembru 2018:

I.   RAPPREŻENTANTI TAL-GVERN

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Greċja

Is-Sur Georgios NERANTZIS

Is-Sinjura Panagiota STAMATIOU

Is-Sinjura Christina LEVENTAKOU


II.   RAPPREŻENTANTI TAT-TRADE UNIONS

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Greċja

Is-Sur Efthymios KATSIKAS

Is-Sur Athanasios VASILOPOULOS

Is-Sur Themistoklis GRIGORIADIS


III.   RAPPREŻENTANTI TAL-ASSOĊJAZZJONIJIET TA’ MIN IĦADDEM

Pajjiż

Membri

Membri supplenti

Greċja

Is-Sinjura Rena BARDANI

Is-Sinjura Evangelia ARANITOU

Is-Sur Nikolaos ZOITOS

Artikolu 2

Il-Kunsill għandu jaħtar f’data aktar tard il-membri u l-membri supplenti li għadhom ma ġewx nominati.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2016.

Għall-Kunsill

Il-President

G. MATEČNÁ


(1)  ĠU L 141, 27.5.2011, p. 1.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-20 ta’ Settembru 2016 li taħtar il-membri u l-membri supplenti tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Moviment Liberu tal-Ħaddiema (ĠU C 348, 23.9.2016, p. 3).