<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-785/18</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62018CJ0785</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:46">EU:C:2020:46</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>11</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>11</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad-<DATE ISO="20200129">29.1.2020</DATE> – Kawża C‑785/18</HT></P><P><HT TYPE="SC">GAEC Jeanningros</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-qorti tal-ġustizzja</HT> (Ir-Raba’ Awla)</P><P><DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini tal-prodotti agrikoli u tal-prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Denominazzjoni ta’ oriġini protetta <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Comté<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="2019" ID="QE0001"/></KEYWORD><KEYWORD>Emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ prodott</KEYWORD><KEYWORD>Applikazzjoni għal emenda kkontestata quddiem il-qrati nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Ġurisprudenza tal-qrati nazzjonali li tipprovdi li r-rikors isir mingħajr skop meta l-Kummissjoni Ewropea tkun approvat l-emenda</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni ġudizzjarja effettiva</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑785/18,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20181114">14 ta’ Novembru 2018</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20181214">14 ta’ Diċembru 2018</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">GAEC Jeanningros</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Institut national de l’origine et de la qualité (INAO),</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Ministre de l’Économie et des Finances,</HT></P><P>fil-preżenza ta’:</P><P><HT TYPE="BOLD">Comité interprofessionnel de gestion du Comté,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Ir-Raba’ Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, S. Rodin (Relatur), D. Šváby, K. Jürimäe u N. Piçarra, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: M. Campos Sánchez-Bordona,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li rat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas, A.-L. Desjonquères u C. Mosser, bħala aġenti,</P></ITEM><?PAGE NO="2"?><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Bianchi u I. Naglis, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali fis-seduta tas-<DATE ISO="20190926">26 ta’ Settembru 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 53 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>), tal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-istabbiliment ta’ simboli tal-Unjoni għal denominazzjonijiet protetti tal-oriġini, indikazzjonijiet ġeografiċi protetti u speċjalitajiet tradizzjonali ggarantiti u fir-rigward ta’ ċerti regoli dwar il-ksib, ċerti regoli proċedurali u ċerti regoli tranżitorji oħrajn (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="179" PAGE.FIRST="17" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 179, p. 17</REF.DOC.OJ>), u tal-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="179" PAGE.FIRST="36" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 179, p. 36</REF.DOC.OJ>), moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea (iktar ’il quddiem il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Karta<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn, minn naħa, il-GAEC Jeanningros, grupp agrikolu ta’ operat b’mod konġunt, u, min-naħa l-oħra, l-Institut national de l’origine et de la qualité (INAO) (l-Istitut Nazzjonali tal-Oriġini u tal-Kwalità, Franza), u l-ministre de l’Agriculture et de l’Alimentation (il-Ministru għall-Agrikoltura u għall-Ikel, Franza) u l-ministre de l’Économie et des Finances (il-Ministru għall-Ekonomija u għall-Finanzi, Franza) dwar l-emenda tal-ispeċifikazzjonijiet tad-denominazzjoni ta’ oriġini protetta (DOP) <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Comté<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessa 58 tar-Regolament Nru 1151/2012 tipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Sabiex ikun żgurat li l-ismijiet irreġistrati ta’ denominazzjonijiet tal-oriġini u ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi kif ukoll ta’ speċjalitajiet tradizzjonali garantiti jissodisfaw il-kondizzjonijiet stabbiliti b’dan ir-Regolament, l-applikazzjonijiet għandhom jiġu eżaminati mill-awtoritajiet nazzjonali tal-Istat Membru kkonċernat, f’konformità ma’ dispożizzjonijiet minimi komuni, li jinkludu proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali. Sussegwentement, il-Kummissjoni għandha teżamina bir-reqqa l-applikazzjonijiet biex tiżgura li ma jkun hemm l-ebda żball evidenti u li jkun ittieħed kont tal-liġi tal-Unjoni u tal-interessi tal-partijiet interessati barra l-Istat Membru tal-applikazzjoni.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Speċifikazzjoni tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>, jipprovdi, fil-paragrafu 1 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Denominazzjoni protetta tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika protetta, għandha tkun konformi ma’ speċifikazzjoni li għandu jkun fiha mill-inqas:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-isem li għandu jiġi protett bħala denominazzjoni tal-oriġini jew indikazzjoni ġeografika, kif jintuża, kemm jekk fil-kummerċ kif ukoll jekk fil-lingwaġġ komuni, u bil-lingwi biss li huma jew li kienu storikament użati biex jiddeskrivu l-prodott speċifiku fiż-żona ġeografika ddefinita;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-prodott, inkluża materja prima, jekk ikun opportun, kif ukoll il-karatteristiċi prinċipali fiżiċi, kimiċi, mikrobijoloġiċi jew organolettiċi tal-prodott;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-definizzjoni taż-żona ġeografika delimitata fir-rigward tar-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) ta’ dan il-paragrafu, u, fejn ikun opportun, id-dettalji li jindikaw konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 5(3);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>evidenza li l-prodott joriġina fiż-żona ġeografika ddefinita msemmija fl-Artikolu 5(1) jew (2);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>deskrizzjoni tal-metodu kif jinkiseb il-prodott u, fejn ikun opportun, tal-metodi lokali awtentiċi u li ma jinbidlux kif ukoll informazzjoni dwar l-ippakkjar, jekk il-grupp applikant jiddetermina hekk u jagħti ġustifikazzjoni suffiċjenti speċifika għall-prodott għaliex l-ippakkjar ikun irid isir fiż-żona ġeografika ddefinita biex tiġi salvagwardata l-kwalità, biex tkun żgurata l-oriġini jew ikun żgurat il-kontroll, b’kont meħud tal-liġi tal-Unjoni, b’mod partikolari dik dwar il-moviment liberu tal-merkanzija u l-forniment liberu tas-servizzi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>dettalji li jistabbilixxu dan li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>(i)</NO.P><TXT>ir-rabta bejn il-kwalità jew il-karatteristiċi tal-prodott u l-ambjent ġeografiku msemmi fl-Artikolu 5(1); jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ii)</NO.P><TXT>fejn ikun opportun, ir-rabta bejn kwalità, reputazzjoni jew karatteristika oħra speċifika tal-prodott u l-oriġini ġeografika msemmija fl-Artikolu 5(2);</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(g)</NO.P><TXT>l-isem u l-indirizz tal-awtoritajiet jew, jekk disponibbli, l-isem u l-indirizz tal-korpi li jivverifikaw il-konformità mad-dispożizzjonijiet tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott skont l-Artikolu 37 u l-kompiti speċifiċi tagħhom;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(h)</NO.P><TXT>kwalunkwe regola ta’ ttikkettar speċifika għall-prodott ikkonċernat.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 tal-imsemmi regolament, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ ismijiet<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 2 sa 4 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="049.002"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>2.</NO.PARAG><ALINEA>[…]</ALINEA><ALINEA>L-Istat Membru għandu jiskrutinja bir-reqqa l-applikazzjoni b’mezzi adatti sabiex jivverifika li din hija ġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="049.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Bħala parti mill-iskrutinju msemmi fit-tieni subparagrafu tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, l-Istat Membru għandu jagħti bidu għal proċedura ta’ oppożizzjoni nazzjonali li tiżgura pubblikazzjoni adegwata tal-applikazzjoni u li tipprovdi għal perijodu raġonevoli taż-żmien li matulu kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu u li tkun stabbilita jew residenti fit-territorju tiegħu tkun tista’ tressaq oppożizzjoni għall-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="049.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>Jekk, wara li jivvaluta kull oppożizzjoni li jkun irċieva, l-Istat Membru jqis bħala li ġew sodisfatti r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament, huwa jista’ jieħu deċiżjoni favorevoli u jippreżenta dossier ta’ applikazzjoni lill-Kummissjoni. F’tali każ huwa għandu jinforma lill-Kummissjoni bl-oppożizzjonijiet ammissibbli riċevuti minn xi persuna naturali jew ġuridika li tkun legalment ikkummerċjalizzat il-prodotti inkwistjoni, bl-użu tal-ismijiet ikkonċernati b’mod kontinwu għal mill-anqas ħames snin qabel id-data tal-pubblikazzjoni msemmija fil-paragrafu 3.</ALINEA><ALINEA>L-Istat Membru għandu jiżgura li d-deċiżjoni favorevoli tiegħu tiġi ppubblikata u li kwalunkwe persuna fiżika jew ġuridika li jkollha interess leġittimu jkollha opportunità biex tagħmel appell.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 50(1) tal-istess regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>Il-Kummissjoni għandha tiskrutinja b’mezzi adatti kwalunkwe applikazzjoni li tirċievi taħt l-Artikolu 49, sabiex tivverifika li din tkun iġġustifikata u li tissodisfa l-kondizzjonijiet tal-iskema rispettiva. […]<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1151/2012, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="053.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Grupp li jkollu interess leġittimu jista’ japplika għall-approvazzjoni ta’ emenda fi speċifikazzjoni ta’ prodott.</ALINEA><ALINEA>L-applikazzjonijiet għandhom jiddeskrivu u jagħtu raġunijiet għall-emendi mitlubin.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="053.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fejn l-emenda tkun tinvolvi emenda waħda jew aktar għall-ispeċifikazzjoni li ma jkunux minuri, l-applikazzjoni għall-emenda għandha ssegwi l-proċedura stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52.</P><P>Madankolllu, jekk l-emendi proposti jkunu minuri, il-Kummissjoni għandha tapprova jew tirrifjuta l-applikazzjoni. Fil-każ ta’ approvazzjoni ta’ emendi li jimplikaw modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2), il-Kummissjoni għandha tippubblika dawk l-elementi f’<HT TYPE="ITALIC">Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea</HT>.</P><P>Biex emenda titqies bħala waħda minuri fil-każ tal-iskema tal-kwalità deskritta fit-Titolu II, din ma għandhiex:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tkun marbuta mal-karatteristċi essenzjali tal-prodott;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tibdel ir-rabta msemmija fil-punt (f)(i) jew (ii) tal-Artikolu 7(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>tinkludi bidla fl-isem, jew f’xi parti tal-isem, tal-prodott;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>taffettwa ż-żona ġeografika definita; jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>tirrappreżenta żieda fir-restrizzjonijiet fuq il-kummerċ tal-prodott jew il-materja prima tiegħu.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega Nru 664/2014, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>Emenda tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, jipprovdi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjoni għal emenda ta’ speċifikazzjoni ta’ prodott, kif imsemmi fl-Artikolu 53(1) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, li ma hijiex minuri, għandu jkun fiha deskrizzjoni eżawrjenti bir-raġunijiet speċifiċi għal kull emenda. Id-deskrizzjoni għandha tqabbel fid-dettall, għal kull emenda, l-ispeċifikazzjoni oriġinali tal-prodott u, fejn rilevanti, dokument uniku oriġinali bil-verżjoni emendata proposta.</ALINEA><ALINEA>Dik l-applikazzjoni għandha tkun awtosuffiċjenti. Din għandha tinkludi l-emendi kollha fl-ispeċifikazzjoni tal-prodott u, fejn rilevanti, għad-dokument uniku li għalih tkun qiegħda titfittex l-approvazzjoni.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="5"?><PARAG IDENTIFIER="006.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjonijiet għal emenda minuri għal speċifikazzjoni ta’ prodott dwar denominazzjonijiet protetti tal-oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom jitressqu quddiem l-awtoritajiet tal-Istat Membru li ż-żona ġeografika tad-denominazzjoni jew indikazzjoni tirreferi għalih. […] Jekk l-Istat Membru jqis li r-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati bis-saħħa tiegħu jkunu ġew issodisfati, jista’ jippreżenta dossier ta’ applikazzjoni ta’ emenda minuri lill-Kummissjoni. […]</ALINEA><ALINEA>L-applikazzjoni għal emenda minuri għandha tipproponi biss emendi minuri skont it-tifsira tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din għandha tiddeskrivi dawk l-emendi minuri, tesprimi fil-qosor ir-raġuni għaliex hija meħtieġa emenda, u turi li l-emendi proposti jikkwalifikaw bħala minuri skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Din għandha tqabbel, għal kull emenda, l-ispeċifikazzjoni oriġinali tal-prodott u, fejn rilevanti, dokument uniku oriġinali bil-verżjoni emendata proposta. L-applikazzjoni għandha tkun awtosuffiċjenti u għandha tinkludi l-emendi kollha għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott, u fejn rilevanti, għad-dokument uniku li għalihom tkun qiegħda titfittex l-approvazzjoni.</ALINEA><ALINEA>L-emendi minuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitqiesu approvati jekk il-Kummissjoni ma tinformax lill-applikant mod ieħor fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Applikazzjoni għal emenda minuri li ma tikkonformax mat-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tkun ammissibbli. L-approvazzjoni taċita msemmija fit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu ma għandhiex tapplika għal applikazzjonijiet bħal dawn. Il-Kummissjoni għandha tinforma lill-applikant jekk l-applikazzjoni hix meqjusa bħala inammissibbli fi żmien tliet xhur mill-wasla tal-applikazzjoni.</ALINEA><ALINEA>Il-Kummissjoni għandha tagħmel pubblika l-emenda minuri approvata għal speċifikazzjoni ta’ prodott li ma timplikax modifika tal-elementi msemmija fl-Artikolu 50(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012.<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2014, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>Ir-rekwiżiti proċedurali għall-emendi għal speċifikazzjoni ta’ prodott<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, jistabbilixxi, fil-paragrafi 1 u 2 tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="010.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda għall-ispeċifikazzjoni tal-prodott għal denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini u indikazzjonijiet ġeografiċi protetti li mhijiex minuri għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness V. Dawk l-applikazzjonijiet għandhom jimtlew skont ir-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012. Id-dokument uniku emendat għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I għal dan ir-Regolament. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="010.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri msemmija fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 għandhom jitfasslu skont il-formola stabbilita fl-Anness VII għal dan ir-Regolament.</ALINEA><ALINEA>L-applikazzjonijiet għall-approvazzjoni ta’ emenda minuri li tikkonċerna denominazzjonijiet protetti ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi protetti għandhom ikunu akkumpanjati mid-dokument uniku aġġornat, jekk jiġi emendat, li għandu jitfassal skont il-formola stabbilita fl-Anness I. Ir-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott fid-dokument uniku emendat għandha twassal għall-verżjoni aġġornata tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott proposta.</ALINEA><?PAGE NO="6"?><ALINEA>Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Unjoni, l-Istati Membri għandhom jinkludu dikjarazzjoni li huma tal-fehma li l-applikazzjoni tissodisfa l-kondizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 u tad-dispożizzjonijiet adottati b’konformità miegħu, kif ukoll ir-referenza tal-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. Għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi, il-grupp ikkonċernat jew l-awtoritajiet tal-pajjiż terz għandhom jinkludu l-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata. L-applikazzjonijiet għal emenda minuri fil-każijiet imsemmija fil-ħames subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament Iddelegat (UE) Nru 664/2014 għandhom jinkludu r-referenza għall-pubblikazzjoni tal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata, għall-applikazzjonijiet li joriġinaw mill-Istati Membri, flimkien mal-ispeċifikazzjoni tal-prodott aġġornata għall-applikazzjonijiet li joriġinaw minn pajjiżi terzi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Comté<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/> ġiet approvata b’deċiżjoni tal-Kummissjoni fl-<DATE ISO="20180601">1 ta’ Ġunju 2018</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, C 187, p. 7</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Skont il-punt 5.1.18. tal-ispeċifikazzjonijiet tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Comté<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>It-taħlib irid isir darbtejn kuljum, filgħodu u filgħaxija, f’ħinijiet regolari u għalhekk it-taħlib liberu mhuwiex possibbli. Il-magna tat-taħlib hija projbita.</P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, il-Ministru għall-Agrikoltura u għall-Ikel u l-Ministru għall-Ekonomija u għall-Finanzi adottaw digriet għall-approvazzjoni tal-ispeċifikazzjonijiet tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>Comté<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, kif emendati fuq proposta tal-INAO, fid-dawl tat-trażmissjoni ta’ dawn l-ispeċifikazzjonijiet lill-Kummissjoni għall-approvazzjoni, skont il-proċedura prevista fl-Artikolu 53 tar-Regolament Nru 1151/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Din l-emenda tal-imsemmija speċifikazzjonijiet, ikkunsidrata bħala minuri, kellha bħala għan, b’żieda fil-punt 5.1.18 tagħhom, li jiġi pprojbit l-użu tal-magna tat-taħlib fil-produzzjoni tal-ħalib intiż għall-produzzjoni tal-Comté.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fis-<DATE ISO="20171116">16 ta’ Novembru 2017</DATE> quddiem il-Conseil d’État (il-Kunsill tal-Istat, Franza), GAEC Jeanningros talab l-annullament tal-imsemmi digriet tal-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE>, sa fejn dan approva din il-projbizzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Filwaqt li din il-proċedura kienet għadha pendenti, il-Kummissjoni approvat, permezz ta’ deċiżjoni ppubblikata fl-<DATE ISO="20180601">1 ta’ Ġunju 2018</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="187" PAGE.FIRST="7" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, C 187, p. 7</REF.DOC.OJ>), abbażi tat-tielet subparagrafu tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 664/2014, l-applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet tad-DOP <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Comté<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> inkwistjoni fil-kawża prinċipali, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kwistjoni ta’ jekk l-approvazzjoni mill-Kummissjoni, skont it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, ta’ applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP għandhiex il-konsegwenza li ċċaħħad mill-iskop tagħha l-azzjoni ppreżentata quddiemha kontra l-att li permezz tiegħu l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti kienu bagħtu l-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda li jinkludu l-imsemmija emenda minuri lill-Kummissjoni, bl-għan tal-approvazzjoni tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tirrileva li din l-interpretazzjoni, li tirriżulta mill-ġurisprudenza stabbilita tagħha, timplika madankollu li ma ngħatatx deċiżjoni dwar il-legalità tal-ispeċifikazzjonijiet ikkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Madankollu, il-qorti tar-rinviju tistaqsi dwar il-kompatibbiltà tal-ġurisprudenza tagħha stess mad-dritt tal-Unjoni, b’mod partikolari mal-Artikolu 47 tal-Karta, fid-dawl tal-impatt li jista’ jkollu l-annullament ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali dwar applikazzjoni għal emenda tal-ispeċifikazzjoni ta’ DOP fuq il-validità tar-reġistrazzjoni magħmula mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Conseil d’État iddeċieda li jissospendi l-proċeduri quddiemu u li jagħmel id-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>L-Artikolu 53 tar-[Regolament Nru 1151/2012], l-Artikolu 6 tar-[Regolament ta’ Delega Nru 664/2014] flimkien mal-Artikolu 47 tal-[Karta] għandhom jiġu interpretati fis-sens li, fl-ipoteżi partikolari li fiha l-Kummissjoni Ewropea tilqa’ talba tal-awtoritajiet nazzjonali ta’ Stat Membru intiża għal bidla fl-ispeċifikazzjonijiet ta’ isem u tar-reġistrazzjoni tad-[DOP], filwaqt li din it-talba tkun għadha s-suġġett ta’ rikors pendenti quddiem il-qrati nazzjonali ta’ dan l-Istat, dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiddeċiedu li ma jkunx hemm iktar lok li tinqata’ l-kwistjoni pendenti quddiemhom jew, fid-dawl tal-effetti marbuta ma’ annullament eventwali tal-att ikkontestat dwar il-validità tar-reġistrazzjoni mill-Kummissjoni Ewropea, huma jkollhom jagħtu deċiżjoni dwar il-legalità tal-att tal-awtoritajiet nazzjonali?<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk l-Artikolu 53(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 1151/2012, l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega Nru 664/2014 u l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2014, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhomx jiġu interpretati fis-sens li, meta l-Kummissjoni tilqa’ l-applikazzjoni tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru intiża għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP, il-qrati nazzjonali aditi b’azzjoni dwar il-legalità tad-deċiżjoni meħuda minn dawn l-awtoritajiet dwar din l-applikazzjoni fid-dawl tat-trażmissjoni tagħha lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, jistgħu jiddeċiedu li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima pendenti quddiemhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li speċifikazzjonijiet li abbażi tagħhom tkun ġiet irreġistrata DOP, skont il-proċedura li hija prevista għal dan il-għan fl-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament Nru 1151/2012, jistgħu jkunu suġġetti għal emenda fl-osservanza tar-rekwiżiti tal-Artikolu 53 ta’ dan ir-regolament. Dan l-artikolu jagħmel, fil-paragrafu 2 tiegħu, distinzjoni bejn emendi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>li ma jkunux minuri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li għalihom tapplika l-proċedura prevista għar-reġistrazzjoni ta’ DOP fl-Artikoli 49 sa 52 tal-imsemmi regolament, u emendi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>minuri<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, li huma ddefiniti fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tal-istess regolament u li huma suġġetti għall-proċedura ssimplifikata li hija prevista fih.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dan il-każ, huwa paċifiku li inkwistjoni hemm deċiżjoni dwar applikazzjoni għal emenda minuri ta’ speċifikazzjonijiet, fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Sabiex jiġi evalwat l-effett tal-approvazzjoni, mill-Kummissjoni, ta’ tali emenda fuq l-azzjoni intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali dwar din l-emenda, li hija pendenti quddiem qorti nazzjonali, għandu jiġi kkonstatat li r-Regolament Nru 1151/2012 jistabbilixxi tqassim tal-kompetenzi bejn l-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011206">6 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Carl Kühne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:659">EU:C:2001:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-<DATE ISO="19920714">14 ta’ Lulju 1992</DATE> dwar il-protezzjoni ta’ l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni ta’ l-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti ta’ l-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4), li kien jipprevedi proċedura ta’ reġistrazzjoni li tikkorrispondi, essenzjalment, għall-proċedura ta’ reġistrazzjoni stabbilita fl-Artikoli 49 sa 52 tar-Regolament Nru 1151/2012, stabbilixxa sistema ta’ tqassim tal-kompetenzi, fis-sens li, b’mod partikolari, id-deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni bħala DOP setgħet tittieħed mill-Kummissjoni biss jekk l-Istat Membru kkonċernat ikun issottomettielha applikazzjoni għal dan il-għan u li tali applikazzjoni setgħet issir biss jekk dan l-Istat Membru jkun ivverifika li din kienet iġġustifikata. Din is-sistema ta’ tqassim ta’ kompetenzi hija spjegata b’mod partikolari mill-fatt li r-reġistrazzjoni tippreżupponi l-verifika li ċertu numru ta’ kundizzjonijiet ikunu ssodisfatti, u dan jirrikjedi, b’mod sinjifikattiv, għarfien iddettaljat ta’ elementi partikolari marbuta mal-Istat Membru kkonċernat, elementi li l-awtoritajiet kompetenti ta’ dan l-Istat ikunu fl-aħjar pożizzjoni li jivverifikaw (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011206">6 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Carl Kühne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:659">EU:C:2001:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0053">53</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bavaria u Bavaria Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:415">EU:C:2009:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0066">66</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fid-dawl tas-setgħa deċiżjonali li għalhekk l-awtoritajiet nazzjonali għandhom f’din is-sistema ta’ tqassim ta’ kompetenzi, huma biss il-qrati nazzjonali li għandhom jiddeċiedu fuq il-legalità tal-atti adottati minn dawn l-awtoritajiet, bħalma huma dawk li jirrigwardaw applikazzjonijiet għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni, li jikkostitwixxu stadju neċessarju tal-proċedura ta’ adozzjoni ta’ att tal-Unjoni, peress li l-istituzzjonijiet tal-Unjoni għandhom biss fir-rigward ta’ dawn l-atti marġni ta’ diskrezzjoni limitata jew ineżistenti, billi l-atti ta’ dawn l-istituzzjonijiet, bħad-deċiżjonijiet ta’ reġistrazzjoni, huma, min-naħa tagħhom, suġġetti għall-istħarriġ ġudizzjarju tal-Qorti tal-Ġustizzja (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011206">6 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Carl Kühne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:659">EU:C:2001:659</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bavaria u Bavaria Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:415">EU:C:2009:415</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0071">71</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li huma l-qrati nazzjonali li għandhom jirrikonoxxu l-irregolaritajiet li bih att nazzjonali, bħalma huwa att dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni, ikun possibbilment ivvizzjat, billi jadixxu, fejn meħtieġ, lill-Qorti tal-Ġustizzja b’talba għal deċiżjoni preliminari, taħt l-istess kundizzjonijiet ta’ stħarriġ bħal dawk irriżervati għal kwalunkwe att definittiv li, adottat mill-istess awtorità nazzjonali, jista’ jippreġudika lil terzi (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921203">3 ta’ Diċembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:491">EU:C:1992:491</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0011">11</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011206">6 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Carl Kühne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C-269/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:659">EU:C:2001:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bavaria u Bavaria Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:415">EU:C:2009:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, il-qorti tal-Unjoni ma għandhiex ġurisdizzjoni, fil-kuntest ta’ rikors ippreżentat skont l-Artikolu 263 TFUE, sabiex tiddeċiedi dwar il-legalità ta’ att adottat minn awtorità nazzjonali, u din il-konstatazzjoni ma tistax tiġi kkonfutata mill-fatt li l-att inkwistjoni jkun jifforma parti minn proċess deċiżjonali tal-Unjoni (ara, b’analoġija, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19921203">3 ta’ Diċembru 1992</DATE>, <NAME.CASE>Oleificio Borelli vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑97/91</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1992:491">EU:C:1992:491</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0009">9</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0010">10</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punti 51 sa 59 tal-konklużjonijiet tiegħu, din il-ġurisprudenza, assoċjata mal-proċedura ta’ reġistrazzjoni ta’ DOP, hija trasponibbli għall-proċeduri ta’ emenda kemm minuri kif ukoll mhux minuri deskritti fil-punt 21 ta’ din is-sentenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal emendi mhux minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP, ġie rrilevat fl-imsemmi punt 21 li dawn huma, bis-saħħa tar-riferiment magħmul mill-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, suġġetti għall-istess proċedura bħal dik applikabbli għar-reġistrazzjoni ta’ DOP.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-applikazzjonijiet għal emendi minuri, bħal dawk inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li jaqgħu taħt it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) ta’ dan ir-regolament, dawn huma suġġetti, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 6(2) tar-Regolament ta’ Delega Nru 664/2014 u tal-Artikolu 10(2)<?PAGE NO="9"?> tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2014, għal proċedura ssimplifikata, iżda essenzjalment simili għall-imsemmija proċedura ta’ reġistrazzjoni, sa fejn hija tistabbilixxi wkoll sistema ta’ tqassim ta’ kompetenzi bejn l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat u l-Kummissjoni f’dak li jirrigwarda, minn naħa, il-verifika tal-konformità tal-applikazzjoni għal emenda mar-rekwiżiti li jirriżultaw minn dawn ir-regolamenti u mir-Regolament Nru 1151/2012 u, min-naħa l-oħra, l-approvazzjoni ta’ din l-applikazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Mill-premess jirriżulta li, skont il-ġurisprudenza mfakkra fil-punt 26 ta’ din is-sentenza, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jirrikonoxxu l-irregolaritajiet li bihom att nazzjonali li jirrigwarda applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP, bħalma huwa d-digriet tat-<DATE ISO="20170908">8 ta’ Settembru 2017</DATE> inkwistjoni fil-kawża prinċipali, jista’ possibbilment ikun ivvizzjat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jitfakkar li, skont ġurisprudenza stabbilita tal-Qorti tal-Ġustizzja, huma l-qrati tal-Istati Membri li, skont il-prinċipju ta’ kooperazzjoni leali stipulat fl-Artikolu 4(3) TUE, għandhom jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja tad-drittijiet li l-individwi jiddeduċu mid-dritt tal-Unjoni, peress li l-Artikolu 19(1) TUE jobbliga, barra minn hekk, lill-Istati Membri jipprovdu r-rimedji meħtieġa sabiex jiżguraw protezzjoni legali effettiva fl-oqsma koperti mid-dritt tal-Unjoni (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161108">8 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Lesoochranárske zoskupenie VLK</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑243/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:838">EU:C:2016:838</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sacko</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:591">EU:C:2017:591</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Dan l-obbligu tal-Istati Membri jikkorrispondi mad-dritt għal rimedju effettiv quddiem qorti imparzjali stipulat fl-Artikolu 47 tal-Karta, li jikkostitwixxi affermazzjoni mill-ġdid tal-prinċipju ta’ protezzjoni ġudizzjarja effettiva (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170726">26 ta’ Lulju 2017</DATE>, <NAME.CASE>Sacko</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑348/16</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:591">EU:C:2017:591</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190626">26 ta’ Ġunju 2019</DATE>, <NAME.CASE>Craeynest <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑723/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:533">EU:C:2019:533</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), u li huwa, barra minn hekk, invokat, fir-rigward tal-proċedura ta’ reġistrazzjoni, fl-Artikolu 49(4) tar-Regolament Nru 1151/2012.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Huwa għalhekk, f’dan il-każ, fid-dawl ta’ dan il-prinċipju li għandu jiġi ddeterminat jekk huwiex possibbli għal qorti nazzjonali, adita b’azzjoni kontra att tal-awtoritajiet nazzjonali dwar applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, li tikkunsidra li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima pendenti quddiemha, minħabba li l-Kummissjoni laqgħet din l-applikazzjoni għal emenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif l-Avukat Ġenerali rrileva fil-punt 58 tal-konklużjonijiet tiegħu, id-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali dwar emendi minuri ma jaqgħux taħt il-kompetenza esklużiva tal-qorti tal-Unjoni, peress li dawn huma atti awtonomi li huma indispensabbli sabiex il-Kummissjoni tkun tista’ sussegwentement tippronunzja ruħha fuqhom. Issa, fid-dawl tal-marġni ta’ diskrezzjoni limitata ħafna li għandha l-Kummissjoni f’dan ir-rigward, huma d-deċiżjonijiet tal-awtoritajiet nazzjonali li effettivament ħadu inkunsiderazzjoni l-elementi kollha li jiġġustifikaw l-approvazzjoni ta’ dawn l-emendi tal-ispeċifikazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni li permezz tagħha l-Kummissjoni tapprova tali applikazzjoni għal emenda hija bbażata fuq id-deċiżjoni li l-awtoritajiet tal-Istat Membru kkonċernat jieħdu fir-rigward ta’ din l-applikazzjoni u, għaldaqstant, hija neċessarjament ikkundizzjonata minn din id-deċiżjoni tal-aħħar, u dan speċjalment minħabba l-fatt li l-marġni ta’ diskrezzjoni mogħti lill-Kummissjoni matul din l-approvazzjoni huwa, essenzjalment, kif jirriżulta mill-premessa 58 tar-Regolament Nru 1151/2012, limitat għall-verifika li l-applikazzjoni tinkludi l-elementi meħtieġa u ma tidhirx li hija vvizzjata bi żbalji manifesti (ara, b’analoġija, is-sentenzi tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20011206">6 ta’ Diċembru 2001</DATE>, <NAME.CASE>Carl Kühne <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑269/99</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2001:659">EU:C:2001:659</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20090702">2 ta’ Lulju 2009</DATE>, <NAME.CASE>Bavaria u Bavaria Italia</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑343/07</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:415">EU:C:2009:415</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-fatt li qorti nazzjonali, adita b’azzjoni li tirrigwarda l-legalità ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali dwar applikazzjoni għal emenda minuri ta’ speċifikazzjonijiet ta’ DOP, tikkunsidra li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar din l-azzjoni, għar-raġuni li l-Kummissjoni approvat din l-applikazzjoni, jikkomprometti l-protezzjoni ġudizzjarja effettiva li din il-qorti hija marbuta li tiżgura f’dak li jirrigwarda tali applikazzjonijiet għal emenda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Dan huwa <HT TYPE="ITALIC">a fortiori</HT> l-każ fejn il-proċedura dwar applikazzjoni għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet stabbilita fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, b’differenza minn dak li huwa previst fir-rigward ta’ emenda tal-ispeċifikazzjonijiet li ma hijiex minuri, ma tipprevedix il-possibbiltà li tiġi ppreżentata oppożizzjoni għall-emenda proposta. F’dawn iċ-ċirkustanzi, l-azzjoni li tirrigwarda l-legalità ta’ deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali li tapprova din l-applikazzjoni għal emenda minuri tikkostitwixxi l-unika possibbiltà għall-persuni fiżiċi jew ġuridiċi affettwati minn tali deċiżjoni li jopponuha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>L-eventwali annullament ta’ tali deċiżjoni tal-awtoritajiet nazzjonali jċaħħad id-deċiżjoni tal-Kummissjoni mill-bażi tagħha u jimplika, għaldaqstant, l-eżami mill-ġdid tal-każ minn din tal-aħħar (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171026">26 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Global Steel Wire <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑454/16 P sa C‑456/16 P u C‑458/16 P</NO.CASE>, mhux ippubblikata, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:818">EU:C:2017:818</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, għad-domanda magħmula għandha tingħata r-risposta li l-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega Nru 664/2014 u l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni Nru 668/2014, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-Kummissjoni tilqa’ l-applikazzjoni tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru intiża għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ DOP, il-qrati nazzjonali aditi b’azzjoni li tirrigwarda l-legalità tad-deċiżjoni meħuda minn dawn l-awtoritajiet dwar din l-applikazzjoni fid-dawl tat-trażmissjoni tagħha lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, ma jistgħux, għal din ir-raġuni biss, jiddeċiedu li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima pendenti quddiemhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Ir-Raba’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 53(2) tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE> dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, l-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Delega tal-Kummissjoni (UE) Nru 664/2014 tat-<DATE ISO="20131218">18 ta’ Diċembru 2013</DATE> li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1151/2012, u l-Artikolu 10 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 668/2014 tat-<DATE ISO="20140613">13 ta’ Ġunju 2014</DATE> li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 1151/2012, moqrija flimkien mal-Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li, meta l-Kummissjoni Ewropea tilqa’ l-applikazzjoni tal-awtoritajiet ta’ Stat Membru intiża għal emenda minuri tal-ispeċifikazzjonijiet ta’ denominazzjoni ta’ oriġini protetta, il-qrati nazzjonali aditi b’azzjoni li tirrigwarda l-legalità tad-deċiżjoni mogħtija minn dawn l-awtoritajiet dwar din l-applikazzjoni fid-dawl tat-trażmissjoni tagħha lill-Kummissjoni, skont l-Artikolu 53(2) tar-Regolament Nru 1151/2012, ma jistgħux, għal din ir-raġuni biss, jiddeċiedu li ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar it-tilwima pendenti quddiemhom.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><?PAGE NO="11"?><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>