li temenda l-Anness E tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE biex tinkludi miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj, u sabiex taġġorna l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa
(notifikata taħt id-dokument numru C(2007) 1811)
(Test b’relevanza għaż-ŻEE)
(2007/265/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE tat-13 ta’ Lulju 1992 li tistabbilixxi l-ħtiġijiet dwar saħħa ta’ l-annimali li jirregolaw il-kummerċ u l-importazzjoni fil-Komunità ta’ annimali, semen, ova u embrijuni mhux suġġetti għal ħtiġijiet ta’ saħħa ta’ l-annimali stabbiliti f’regoli speċifiċi tal-Komunità li hemm referenza għalihom fl-Anness A(1) ta’ Direttiva 90/425/KEE (1), u b’mod partikolari fl-Artikolu 22 tagħha,
Billi:
(1)
Il-mudell taċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju tan-naħal ħaj (Apis mellifera) hu stipulat fil-Parti 2 ta’ l-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE. F’dan iċ-ċertifikat tas-saħħa, m’hemm l-ebda rekwiżiti tas-saħħa ta’ l-annimali f’dak li għandu x’jaqsam mal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal (Aethina tumida) jew it-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp.), peress li dawn l-impestazzjonijiet qatt ma ġew irreġistrati fil-Komunità.
(2)
Madankollu, sabiex tiġi riflessa t-theddida potenzjali ta’ dawn l-annimali ta’ ħsara, il-preżenza tagħhom hi issa suġġetta għal notifika ta’ l-OIE obbligatorja (l-Uffiċċju Internazzjonali tal-Mard Epiżootiku) u ġew stipulati miżuri ta’ ħarsien dwar l-importazzjoni ta’ naħal ħaj minn pajjiżi terżi fid-Deċiżjoni 2003/881/KE (2).
(3)
Minkejja dawn il-miżuri, jekk dawn l-annimali ta’ ħsara jiddaħħlu fil-Komunità, jeħtieġ li jitwaqqfu miżuri ta’ ħarsien supplimentari sabiex jillimitaw il-firxa tal-mard mal-Komunità kollha. Għalhekk jeħtieġ li ċ-ċertifikat għall-kummerċ intra-Komunitarju għal naħal ħaj u naħal bagħal jiġi vverifikat sabiex jintroduċi rekwiżiti għas-saħħa ta’ l-annimali rigward l-impestazzjonijiet tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal u t-Tropilaelaps mite.
(4)
Dawn ir-rekwiżiti għandhom ikunu mmirati biex jillimitaw il-movimenti tan-naħal ħaj (Apis mellifera) u n-naħal bagħal (Bombus spp.) miż-żoni infettati. B’kunsiderazzjoni tal-ħila tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal u t-Tropilaelaps mite li jinfirxu malajr, iż-żona li għandha titqies taħt restrizzjoni fil-każ ta’ tifqigħa ta’ din il-marda għandha tkun mill-inqas 100 kilometru ‘l bogħod mill-post infettat.
(5)
Barra minn hekk, Sistema Esperta tal-Kontroll tal-Kummerċ (Traces), sistema veterinarja kompjuterizzata integrata, twaqqfet skond id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2003/623/KE (3). Sabiex Traces taħdem b’mod effettiv kemm jista’ jkun, il-mudelli għaċ-ċertifikati għall-kummerċ intra-Komunitarju għandhom ikunu kompatibbli ma’ din is-sistema elettronika.
(6)
Għalhekk, iċ-ċertifikati tas-saħħa fl-Anness E tad-Direttiva 92/65/KEE għandhom ikunu emendati sabiex iħaffu l-operazzjoni ta’ Traces, u ċ-ċertifikat tas-saħħa fil-Parti 2 ta’ l-Anness E, barra minn hekk, għandu jkun emendat biex jinkludi l-miżuri tas-saħħa supplimentari għall-kummerċ tan-naħal ħaj u n-naħal bagħal.
(7)
Il-miżuri stipulati f’din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa ta’ l-Annimali,
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Anness E għad-Direttiva 92/65/KEE huwa ssostitwit bl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta’ Mejju 2007.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
92/65 EI Annimali mill-irziezet (għasafar tal- priża, għasafar, lagomorfi, klieb, qtates u inmsa)
II. Tagħrif dwar is-saħħan
II.a. Numru ta ’ referenza taċ-ċertifikat
II.b. Numru ta ’ referenza lokali
Jiena, is-sottoskritt veterinarju uffiċjali (1)/veterinarju responsabbli mill-istabbiliment ta ’ l-oriġini u approvat mill-awtorità kompetenti niċċertifika li:
II.1. fil-ħin ta ’ l-ispezzjoni l-annimali hawn fuq imsemmija kienu b’saħħithom biżżejjed biex jinġarru fuq il-vjaġġ intenzjonat, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill(KE) Nru 1/2005.
II.2. il-kundizzjonijiet ta’ l-Artikolu 4 tad-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE huma ssodisfatti.
II.3.1. annimal li jixtarr/suwidi (1) għajr dak kopert mid-Direttiva 64/432/EEC: (1)
(a) jagħmel parti mill-ispeċi;
(b) fil-ħin ta’ l-eżami, ma jurix xi sinjal kliniku ta’ xi mard li huwa suxxettibbli għalih;
(c) ġej minn merħla/razzett li uffiċjalment huwa ħieles minn tuberkolożi/uffiċjalment ħieles mill-bruċellożi jew minn merħla/razzett li ma humiex suġġetti għar-restrizzjonijiet tal-marda tal-ħnieżer (1) jew minn razzett fejn kien suġġett b’riżultati negattivi għat-testijiet stipulati mill-Artikolu 6(2)(b) tad-Direttiva 92/65/KEE.
II.3.2. għasafar għajr dawk imsemmija fid-Direttiva 90/539/KEE (1)
jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 7 tad-Direttiva 92/65/KEE u li l-annimali ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’mard meta ġew eżaminati.
II.3.3. lagomorfi (1)
jissodisfaw ir-rekwiżiti ta’ l-Artikolu 9 tad-Direttiva 92/65/KEE u li l-annimali ma wrew l-ebda sinjal kliniku ta’ mard meta ġew eżaminati.
II.3.4. klieb, qtates u inmsa (1)
Jew [(a) jissodisfaw ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 5 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Mejju 2003 dwar il-ħtiġijiet rigward is-saħħa ta’ l-annimali li japplikaw għall-moviment mhux kummerċjali ta’ l-annimali domestiċi u li jemenda d-Direttiva tal-Kunsill 92/65/KEE, u]
Jew [(a) jissodisfaw ir-rekwiżit stipulat fl-Artikoli 6 u 16 tar-Regolament (KE) Nru 998/2003 meta l- kummerċ ikun lejn l-Irlanda, ir-Renju Unit jew l-Iżvezja, u]
(b) għaddew minn eżami kliniku, fi żmien 24 siegħa mill-kunsinna, minn veterinarji awtorizzat mill- awtorità kompetenti, u dan l-eżami juri li l-annimali huma b’saħħithom u jistgħu jivvjaġġaw.
II.4. Il-garanziji supplimentari fir-rigward tal-mard imniżżel fl-Anness B (2) tad-Direttiva 92/65/KEE huma kif ġej (1)
Marda
Deċiżjoni
Marda
Deċiżjoni
Marda
Deċiżjoni
Noti
Il-Parti I:
Kaxxa ta ’ referenza I.6.: Nru(i) ta’dokumenti mehmuża: CITES, jekk applikabbli.
Kaxxa ta ’ referenza I.19.: uża l-kodiċi HS xierqa: 01.06.19, 01.06.31, 01.06.32, 01.06.39.
Kaxxa ta ’ referenza I.31.: Identifikazzjoni: Għandha tintuża l-identifikazzjoni individwali kull fejn ikun possibbli iżda fil-każ ta’ l-annimali żgħar, identifikazzjoni tal-lott tista ’ tintuża.
Età u Sess: Għandha timtela biss fil-każ ta ’ annimali ħajjin, jekk xieraq.
(a) ikunu ġejjin minn żona li ma tkunx suġġetta għal ordni ta ’ projbizzjoni assoċjata ma ’ ġrajja tal- marda Amerikana fatali tal-batteriji tal-larva (foulbrood). (Il-perijodu ta ’ projbizzjoni tkompla għall-inqas għal 30 jum wara l-aħħar każ irreġistrat u d-data li fiha il-qolol f’radju ta ’ tliet kilometri ġew ikkontrollati mill-awtorità kompetenti u kull qolla infettata maħruqa jew ittrattata u spezzjonata għas-sodisfazzjoni ta’ l-awtorità kompetenti msemmija);
(b) jiġu minn żona ta’ għall-inqas 100 km radju li m’hijiex soġġetta għal restrizzjonijiet assoċjati mal-preżenza tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal (Aethina tumida) jew it-Tropilaelaps mite (Tropilaelaps spp.) u meta dawn l-impestazzjonijiet m’mhumiex preżenti;
(c) kif ukoll l-imballaġġ tagħhom għadda minn eżami viżwali sabiex jaraw il-preżenza tal-ħanfusa ż-żgħira tal-ġarar tan-naħal (Aethina tumida) jew il-bajd jew il-larva tagħha, jew impestazzjonijiet oħrajn, b’mod partikolari it-Tropilaelaps spp., li taffetwa lin-naħal.
II.2. il-garanziji supplimentari fir-rigward tal-mard imniżżel fl-Anness B (1) tad-Direttiva 92/65/KEE huma kif ġej (2):
Marda
Deċiżjoni
Marda
Deċiżjoni
Marda
Deċiżjoni
Noti
Il-Parti I:
Kaxxa ta ’ referenza I.31.: Speċi: daħħal l-Apis mellifera jew il-Bombus spp.
Kwantità: agħti n-numru tal-kolonji.
Numru tal-lott agħti n-numru ta’ siġilli fejn applikabbli.
Il-Parti II:
(1) Kif mitlub minn Stat Membru li jibbenefika minn garanziji supplimentari skond il-Leġislazzjoni Komunitarja.
(2) Ħassar kif meħtieġ.
Il-kulur tat-timbru u l-firma għandhom ikunu differenti minn dawk tad-dettalji l-oħra fiċ-ċertifikat.
Veterinarju approvat jew uffiċjali approvat
Isem (b ’ ittri kbar):
Kwalifika u titlu
Unità Veterinarja Lokali:
Numru ta ’ l-LVU relatat:
Data:
Firma:
Timbru
Il-Parti 3 – Ċertifikat tas-saħħa għall-kummerċ ta’ l-annimali, sperma, embrijuni jew ova minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati
92/65 EIII Annimali sperma, embrijuni u ova minn entitajiet, istituti jew ċentri approvati
II. Tagħrif dwar is-saħħa
II.a. Numru ta ’ referenza taċ- ċertifikat
II.b. Numru ta ’ referenza lokali
Jiena, is-sottoskritt veterinarju responsabbli għall-istabbiliment ta’ l-oriġini u approvat mill-awtorità kompetenti niċċertifika li:
II.1. Il-korp, istitut jew ċentru ta’ l-oriġini huwa approvat bi qbil ma ’ l-Anness C tad-Direttiva 92/65/KEE għall-iskop ta’ negozju ta’ l-annimali, sperma, embrijuni jew ova deskritt hawn fuq.
II.2. L-annimali/annimali donaturi deskritti f’dan iċ-ċertifikat ġew eżaminati llum u nstabu li huma b’saħħithom u ħielsa minn sinjali kliniċi ta ’ mard li jinfetta inkluż dak imsemmi fl-Anness A tad-Direttiva 92/65/KEE u ma huma soġġetti għall-ebda restrizzjoni uffiċjali u baqgħu fuq dan il-korp, istitut jew ċentru jew mit-twelid jew għal perjodu ta ’ żmien li ġej (xhur jew snin).
II.3. Fil-ħin ta’ l-ispezzjoni l-annimali hawn fuq imsemmija kienu b’saħħithom biżżejjed biex jinġarru fuq il-vjaġġ intenzjonat, bi qbil mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u mal-ħtiġijiet ta’ l-IATA u/jew linji ta’ gwida CITES għat-trasport fejn applikabbli.
II.4. Il-garanziji supplimentari fir-rigward tal-mard imniżżel fl-Anness B (1) tad-Direttiva 92/65/KEE huma kif ġej (2):
Marda
Deċiżjoni
Marda
Deċiżjoni
Marda
Deċiżjoni
II.5. L-għasafar jikkonformaw mad-Deċiżjoni 2006/474/KEE tlaqqmu kontra l-Influwenza tat-Tjur fuq (data), tilqima (isem).
Noti
Il-Parti I:
Kaxxa ta’ referenza I.6.: Nru(i) ta ’ dokumenti mehmuża: CITES, jekk applikabbli.
Kaxxa ta’ referenza I.19.: uża l-kodiċi HS xierqa: 01.06.31, 01.06.32, 01.06.39, 01.06.11, 01.06.19, 05.11.99.90.
Kaxxa ta’ referenza I.31.: Identifikazzjoni: l-identifikazzjoni individwali għandha tintuża kull fejn hu possibbli Iżda fil-każ ta’ l-annimali żgħar, identifikazzjoni tal-lott tista ’ tintuża.
Età u Sess: għandha timtela biss fil-każ ta’ annimali ħajjin, jekk meħtieġ.
Il-Parti II:
(1) Kif mitlub minn Stat Membru li jibbenefika minn garanziji supplimentari skond il-Leġislazzjoni Komunitarja.
(2) Ħassar kif meħtieġ.
Il-kulur tat-timbru u l-firma għandhom ikunu differenti minn dawk tad-dettalji l-oħra fiċ-ċertifikat.