02018D1113 — MT — 08.07.2019 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1113 tat-3 ta' Awwissu 2018 li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (KM-ØØØH71-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (notifikata bid-dokument C(2018) 5029) (It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi) (ĠU L 203 10.8.2018, p. 32) |
Emendata bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
L 182 |
44 |
8.7.2019 |
||
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2018/1113
tat-3 ta' Awwissu 2018
li ġġedded l-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq ta' ikel u għalf magħmulin mill-pitravi ħelu ġenetikament modifikat tat-tip H7-1 (KM-ØØØH71-4), skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(notifikata bid-dokument C(2018) 5029)
(It-testi bl-Olandiż, bil-Franċiż u bil-Ġermaniż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
Artikolu 1
Organiżmu ġenetikament modifikat u identifikatur uniku
Il-pitravi ħelu ġenetikament modifikat (Beta vulgaris subsp. vulgaris) H7-1, kif speċifikat fil-punt (b) tal-Anness, jiġi assenjat l-identifikatur uniku KM-ØØØH71-4, skont ir-Regolament (KE) Nru 65/2004.
Artikolu 2
Tiġdid tal-awtorizzazzjoni
L-awtorizzazzjoni għat-tqegħid fis-suq tal-prodotti li ġejjin tiġġedded b'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti f'din id-Deċiżjoni:
(a) ikel u ingredjenti tal-ikel magħmulin minn pitravi ħelu KM-ØØØH71-4;
(b) għalf magħmul minn pitravi ħelu KM-ØØØH71-4.
Artikolu 3
Tikkettar
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar previsti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “pitravi ħelu”.
Artikolu 4
Metodu ta' detezzjoni
Il-metodu stipulat fil-punt (d) tal-Anness għandu japplika għad-detezzjoni tal-pitravi ħelu H7-1.
Artikolu 5
Reġistru Komunitarju
L-informazzjoni stipulata fl-Anness ta' din id-Deċiżjoni għandha tiddaħħal fir-reġistru tal-Komunità tal-ikel u l-għalf ġenetikament modifikati, kif imsemmi fl-Artikolu 28 tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 6
Detenturi tal-awtorizzazzjoni
1. Id-detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu:
(a) KWS SAAT SE, il-Ġermanja, u
(b) ►M1 Monsanto Company, United States of America, rappreżentata minn Bayer Agriculture BVBA, Belgium ◄ .
2. Iż-żewġ detenturi tal-awtorizzazzjoni għandhom ikunu responsabbli biex iwettqu l-impenji imposti fuq id-detenturi tal-awtorizzazzjoni minn din id-Deċiżjoni u mir-Regolament (KE) Nru 1829/2003.
Artikolu 7
Validità
Din id-Deċiżjoni għandha tapplika għal perjodu ta' 10 snin mid-data tan-notifika tagħha.
Artikolu 8
Destinatarju
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lil:
(a) KWS SAAT SE, Grimsehlstrasse 31, D-37574 Einbeck, il-Ġermanja u
(b) ►M1 Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju ◄ .
ANNESS
(a) Applikanti u detenturi tal-awtorizzazzjoni:
Isem: KWS SAAT SE
Indirizz: Grimsehlstrasse 31, D-37574 Einbeck, il-Ġermanja
kif ukoll
Isem: Monsanto Company
Indirizz: 800 N, Lindbergh Boulevard, St. Louis, Missouri 63167, l-Istati Uniti tal-Amerika
Rappreżentat minn Bayer Agriculture BVBA, Scheldelaan 460, 2040 Antwerp, il-Belġju.
(b) Denominazzjoni u speċifikazzjoni tal-prodotti:
(1) Ikel u ingredjenti tal-ikel magħmulin minn pitravi ħelu tat-tip KM-ØØØH71–4;
(2) Għalf magħmul minn pitravi ħelu tat-tip KM-ØØØH71–4.
Il-pitravi ħelu KM-ØØØH71–4 ġenetikament modifikat, kif deskritt fl-applikazzjoni, jesprimi l-proteina CP4 EPSPS wara li jiddaħħal il-ġene cp4 epsps mill-mikrobu Agrobacterium sp.tar-razza CP4 fil-pitravi ħelu (Beta vulgaris subsp. vulgaris).
Il-proteina CP4 EPSPS tikkonferixxi tolleranza għall-glifosat li jkun fih l-erbiċidi.
(c) Tikkettar:
Għall-finijiet tar-rekwiżiti speċifiċi dwar it-tikkettar stabbiliti fl-Artikoli 13(1) u 25(2) tar-Regolament (KE) Nru 1829/2003, l-“isem tal-organiżmu” għandu jkun “pitravi ħelu”.
(d) Metodu tad-detezzjoni:
(1) Il-metodu tar-reazzjoni katina bil-polimerażi f'ħin reali speċifika għal avveniment/okkorrenza partikolari għall-kwantifikazzjoni tal-pitravi ħelu tat-tip KM-ØØØH71-4.
(2) Ivvalidat mil-Laboratorju ta' Referenza tal-UE stabbilit skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003, ippubblikat fuq http://gmo-crl.jrc.ec.europa.eu/StatusOfDossiers.aspx
(3) Materjal ta' Referenza: ERM®-BF419 huwa aċċessibbli miċ-Ċentru Konġunt tar-Riċerka (JRC) tal-Kummissjoni Ewropea, fuq https://ec.europa.eu/jrc/en/reference-materials/catalogue/
(e) Identifikatur uniku:
KM-ØØØH71–4
(f) Tagħrif meħtieġ skont l-Anness II tal-Protokoll ta' Kartaġena dwar il-Bijosikurezza fir-rigward tal-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika:
Mhux applikabbli.
(g) Kundizzjonijiet għat-tqegħid fis-suq, għall-użu jew għall-immaniġġjar tal-prodotti jew restrizzjonijiet fuqhom:
Mhux meħtieġa.
(h) Pjan ta' monitoraġġ għall-effetti ambjentali:
Mhux applikabbli.
(i) Rekwiżiti għall-monitoraġġ wara t-tqegħid fis-suq għall-użu tal-ikel għall-konsum mill-bniedem:
Mhux meħtieġa.
Nota: il-links għad-dokumenti rilevanti jista' jkollhom bżonn jiġu emendati minn żmien għall-ieħor. Dawk il-modifiki se jkunu mqiegħda għad-dispożizzjoni tal-pubbliku permezz tal-aġġornament tar-reġistru tal-UE tal-ikel u tal-għalf ġenetikament modifikati.