<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-116/20</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62020TJ0116</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:632">EU:T:2021:632</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>28</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>28</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tad‑<DATE ISO="20210929">29.9.2021</DATE> – Kawża T‑116/20</HT></P><P><HT TYPE="SC">Società agricola Vivai Maiorana <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti Ġenerali</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (UE) 2016/2031</KEYWORD><KEYWORD>Miżuri protettivi kontra l-pesti tal‑pjanti</KEYWORD><KEYWORD>Lista ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni</KEYWORD><KEYWORD>Livell limitu li minnu l-preżenza ta’ pest irregolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni fil-pjanti intiżi għat‑tħawwil għandha impatt ekonomiku inaċċettabbli</KEYWORD><KEYWORD>Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072</KEYWORD><KEYWORD>Assoċjazzjonijiet professjonali</KEYWORD><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD><HT TYPE="ITALIC">Locus standi</HT></KEYWORD><KEYWORD>Ammissibbiltà</KEYWORD><KEYWORD>Proporzjonalità</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu ta’ motivazzjoni</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża T‑116/20,</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Società agricola Vivai Maiorana Ss</HT>, stabbilita f’Curinga (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">Confederazione Italiana Agricoltori – CIA</HT>, stabbilita f’Ruma (l-Italja),</P><P><HT TYPE="BOLD">MIVA – Moltiplicatori Italiani Viticoli Associati</HT>, stabbilita f’Faenza (l-Italja),</P><P>irrappreżentati minn E. Scoccini u G. Scoccini, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Eggers u F. Moro, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS><INTERVENERS><P>sostnuta minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea</HT>, irrappreżentat minn S. Emmerechts, A. Vitro u S. Barbagallo, bħala aġenti,</P><P>u minn</P><P><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew</HT>, irrappreżentat minn L. Knudsen u G. Mendola, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>intervenjenti,</PARTY.STATUS></INTERVENERS></PARTIES><?PAGE NO="2"?><P>li għandha bħala suġġett talba għall-annullament tal-Partijiet A, B, C, F, I u J tal‑Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/2072 tat-<DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE> li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r‑Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 319, p. 1</REF.DOC.OJ>),</P><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. J. Costeira, Presidenta, D. Gratsias (Relatur) u M. Kancheva, Imħallfin,</P><P>Reġistratur: J. Palacio González, Amministratur Prinċipali,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-fażi bil-miktub tal-proċedura u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20210609">9 ta’ Ġunju 2021</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20161026">26 ta’ Ottubru 2016</DATE> dwar il-miżuri protettivi kontra pesti tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 228/2013, (UE) Nru 652/2014 u (UE) Nru 1143/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 69/464/KEE, 74/647/KEE, 93/85/KEE, 98/57/KE, 2000/29/KE, 2006/91/KE u 2007/33/KE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="317" PAGE.FIRST="4" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 317, p. 4</REF.DOC.OJ>), għandu l-għan li jistabbilixxi miżuri li jippermettu li jiġi ddeterminat ir-riskju fitosanitarju tal-pesti li jheddu s-saħħa tal-pjanti u li dan ir-riskju jinżamm f’livell aċċettabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 36 tar-Regolament Nru 2016/2031:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Pest ikun <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>pest regolat mhux ta’ kwarantina fl-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="2019" ID="QE0002"/> jekk jissodisfa l-kondizzjonijiet kollha li ġejjin u jiġi inkluż fil-lista msemmija fl-Artikolu 37:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>l-identità tiegħu tiġi stabbilita f’konformità mal-punt (1) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>ikun preżenti fit-territorju tal-Unjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>ma jkunx pest ta’ kwarantina fl-Unjoni jew pest soġġett għal miżuri adottati skont l-Artikolu 30(1);</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>ikun trasmess prinċipalment permezz ta’ pjanti għat-tħawwil speċifiċi, f’konformità mal-punt (2) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(e)</NO.P><TXT>il-preżenza tiegħu fuq dawk il-pjanti għat-tħawwil ikollha impatt ekonomiku mhux aċċettabbli, fir-rigward tal-użu maħsub ta’ dawk il-pjanti għat-tħawwil, f’konformità mal-punt (3) tat-Taqsima 4 tal-Anness I;</TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>(f)</NO.P><TXT>ikunu disponibbli miżuri fattibbli u effettivi għall-prevenzjoni tal-preżenza tiegħu fuq il-pjanti għat-tħawwil ikkonċernati.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 37(2) tar-Regolament 2016/2031 jipprevedi, essenzjalment, li l-Kummissjoni Ewropea għandha tfassal, permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni, il-lista ta’ pesti rregolati mhux ta’ kwarantina tal-Unjoni (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>PRMK<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>) u ta’ pjanti speċifiċi intiżi għat-tħawwil. Skont l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 37(1) tar-Regolament Nru 2016/2031, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>[l]-operaturi professjonisti ma għandhomx jintroduċu [PRMK] fl-Unjoni fit-territorju tal-Unjoni jew iċaqalqu lil dak il-pest fi ħdanu, fuq il-pjanti għat-tħawwil li permezz tagħhom jinxtered, kif speċifikat fil-lista msemmija fil-paragrafu 2<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 37(8) tar-Regolament 2016/2031 jipprovdi li, fejn il-kundizzjoni prevista fil-punt (e) tal-Artikolu 36 tiġi ssodisfatta biss jekk il-pest ikkonċernat ikun preżenti f’inċidenza li taqbeż ċertu livell limitu li jkun ogħla minn żero, il-lista msemmija fl-Artikolu 37(2) għandha tindika dan il-livell limitu filwaqt li tispeċifika li l-projbizzjoni tal-introduzzjoni u tal-moviment għandha tapplika biss meta dan il-livell limitu jinqabeż. Madankollu, sabiex il-Kummissjoni tistabbilixxi tali livell limitu, jeħtieġ ukoll, skont l-istess dispożizzjoni, li l-operaturi professjonisti jkunu f’pożizzjoni li jiggarantixxu li l-effett tal-PRMK fuq dawn il-pjanti intiżi għat-tħawwil ma jaqbiżx dan il-livell limitu u li jkun possibbli li jiġi vverifikat li dan il-livell limitu ma jinqabiżx fil-lottijiet tal-pjanti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>operatur professjonist<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/> huwa ddefinit fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 bħala li jinkludi kull persuna rregolata bid-dritt pubbliku jew privat, involuta professjonalment f’waħda jew iktar mill-attivitajiet li ġejjin marbuta mal-pjanti, mal-prodotti mill-pjanti u oġġetti oħra, u li tkun legalment responsabbli għalihom:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>it-tħawwil;</P></ITEM><ITEM><P>it-tnissil;</P></ITEM><ITEM><P>il-produzzjoni, inkluż it-tkabbir, it-tkattir u ż-żamma;</P></ITEM><ITEM><P>l-introduzzjoni fit-territorju tal-Unjoni u l-moviment fih, u ’l barra minnu;</P></ITEM><ITEM><P>id-disponibbiltà fis-suq;</P></ITEM><ITEM><P>il-ħżin, il-ġbir, id-dispaċċ u l-ipproċessar.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 37(2) tar-Regolament 2016/2031 (ara l-punt 3 iktar ’il fuq), il-Kummissjoni adottat ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072 tat-<DATE ISO="20191128">28 ta’ Novembru 2019</DATE> li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-miżuri protettivi kontra l-pesti tal-pjanti, u li jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 690/2008 u jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/2019 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="319" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2019">ĠU 2019, L 319, p. 1</REF.DOC.OJ>) (iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Il-lista ta’ [PRMK] u ta’ pjanti speċifiċi għat-tħawwil, flimkien mal-kategoriji u l-livelli limiti tagħhom, kif imsemmija fl-Artikolu 37(2) tar-Regolament (UE) 2016/2031, hija stabbilita fl-Anness IV ta’ dan<?PAGE NO="4"?> ir-Regolament. Dawk il-pjanti għat-tħawwil ma għandhomx jiġu introdotti fl-Unjoni jew jinġarru fiha jekk jinqabżu l-livelli limitu tal-preżenza ta’ [PRMK] jew tas-sintomi kkawżati mill-[PRMK].</ALINEA><ALINEA>Il-projbizzjoni tal-introduzzjoni u l-moviment prevista fl-ewwel paragrafu għandha tapplika biss għall-kategoriji ta’ pjanti għat-tħawwil kif previst fl-Anness IV.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jistabbilixxi l-lista ta’ PRMK fir-rigward ta’ tnax‑il pjanta speċifika. Għalhekk, l-Anness inkwistjoni huwa maqsum fi tnax‑il parti, minn A sa L, fosthom:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-parti A, li ssemmi żewġ kumbinazzjonijiet ta’ PRMK u ta’ żrieragħ ta’ pjanti tal-għalf;</P></ITEM><ITEM><P>il-parti B, li ssemmi żewġ kumbinazzjonijiet ta’ PRMK u ta’ żrieragħ taċ-ċereali;</P></ITEM><ITEM><P>il-parti C, li ssemmi disa’ kumbinazzjonijiet ta’ PRMK u ta’ materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli;</P></ITEM><ITEM><P>il-parti F, li ssemmi tlettax‑il kumbinazzjoni ta’ PRMK u ta’ żrieragħ tal-ħxejjex;</P></ITEM><ITEM><P>il-parti I, li ssemmi 15‑il kumbinazzjoni ta’ PRMK u ta’ materjal tal-propagazzjoni ta’ ħxejjex u ta’ pjanti tal-ħxejjex, bl-esklużjoni taż-żrieragħ;</P></ITEM><ITEM><P>il-parti J, li ssemmi 155 kumbinazzjoni ta’ PRMK u ta’ materjal tal-propagazzjoni ta’ frott u ta’ pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont dawn il-partijiet tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, il-Kummissjoni stabbilixxiet, b’erba’ eċċezzjonijiet, il-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 %.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ rikors ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fl-<DATE ISO="20200220">20 ta’ Frar 2020</DATE>, ir-rikorrenti, Società agricola Vivai Maiorana Ss, Confederazione Italiana Agricoltori – CIA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>CIA<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>) u MIVA – Moltiplicatori Italiani Viticoli Associati (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>MIVA<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), ippreżentaw din il-kawża.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-reġistru tal-Qorti Ġenerali, fil-11 u fis-<DATE ISO="20200527">27 ta’ Mejju 2020</DATE> rispettivament, il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea talbu li jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni. Permezz ta’ deċiżjonijiet tat-8 u tat-<DATE ISO="20200722">22 ta’ Lulju 2020</DATE> rispettivament, il-President tad-Disa’ Awla tal-Qorti Ġenerali laqa’ dawn l-interventi. L-intervenjenti ppreżentaw in-noti tagħhom u l-partijiet prinċipali ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom dwar dawn in-noti fit-termini mogħtija.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla l-Partijiet A, B, C, F, I u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat sa fejn, permezz ta’ dawn tal-aħħar, huma stabbiliti livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fuq il-pjanti kkonċernati;</P></ITEM><ITEM><P>tiddikjara l-invalidità tal-Artikolu 36, tal-Artikolu 37(2) u tal-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament 2016/2031;</P></ITEM><?PAGE NO="5"?><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, il-Parlament u l-Kunsill jitolbu li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors parzjalment bħala inammissibbli u parzjalment bħala infondat;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-rikorrenti għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura previsti fl-Artikolu 89 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali, din tal-aħħar għamlet mistoqsijiet bil-miktub lir-rikorrenti fit-8 ta’ Frar u fit-<DATE ISO="20210430">30 ta’ April 2021</DATE>. Ir-rikorrenti kkonformaw ruħhom ma’ dawn il-miżuri permezz ta’ ittri tal-24 ta’ Frar u tal-<DATE ISO="20210514">14 ta’ Mejju 2021</DATE> rispettivament. Permezz ta’ ittra tas-<DATE ISO="20210517">17 ta’ Mejju 2021</DATE>, il-Kummissjoni ppreżentat l-osservazzjonijiet tagħha fuq l-elementi ppreżentati mir-rikorrenti fl-<DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Fuq proposta tal-Imħallef Relatur, il-Qorti Ġenerali (id-Disa’ Awla) iddeċidiet li tiftaħ il-fażi orali tal-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Minħabba impediment tal-Imħallef Relatur inizjalment maħtur, din il-kawża ġiet assenjata lil Imħallef Relatur ġdid, sedenti fid-Disa’ Awla, permezz ta’ deċiżjoni tal-President tal-Qorti Ġenerali tat-<DATE ISO="20210608">8 ta’ Ġunju 2021</DATE>. Barra minn hekk, permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20210608">8 ta’ Ġunju 2021</DATE>, il-Presidenta tad-Disa’ Awla ħatret Imħallef ieħor sabiex jikkompleta l-Awla.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fid-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Insostenn tar-rikors tagħhom, ir-rikorrenti jressqu sitt motivi, ibbażati rispettivament fuq:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>ksur tal-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031, ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>ksur tat-Trattat Internazzjonali dwar Riżorsi Ġenetiċi tal-Pjanti għall-Ikel u l-Agrikoltura (iktar ’il quddiem it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>TIRPIA<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>), li l-konklużjoni tiegħu ġiet approvata, f’isem il-Komunità Ewropea, permezz tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/869/KE tal-<DATE ISO="20040224">24 ta’ Frar 2004</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="378" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, L 378, p. 1</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>ksur tar-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-<DATE ISO="20180530">30 ta’ Mejju 2018</DATE> dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="150" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2018">ĠU 2018, L 150, p. 1</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>l-inkompatibbiltà tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat mal-politika agrikola komuni.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Qabel il-kontestazzjoni tal-fondatezza tar-rikors, il-Kummissjoni tesprimi dubji dwar l-ammissibbiltà tar-rikors fid-dawl tal-interess ġuridiku u tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti kif ukoll taċ-ċarezza tal-motivi mqajma. Il-Parlament u l-Kunsill, min-naħa tagħhom, jikkunsidraw li l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra r-Regolament 2016/2031 ma turix biċ-ċarezza meħtieġa r-raġunijiet li fuqhom hija bbażata, b’tali mod li din għandha tiġi miċħuda bħala inammissibbli.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-<HT TYPE="NORMAL">locus standi</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, il-Kummissjoni tenfasizza li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jikkostitwixxi att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Minn dan isegwi li, sabiex ir-rikors kontenzjuż ikun ammissibbli, jeħtieġ li l-imsemmi regolament jaffettwa lir-rikorrenti direttament fis-sens ta’ din id-dispożizzjoni tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ fil-każ tas-Società agricola Vivai Maiorana, mixtla tad-dwieli u l-ewwel rikorrenti, sa fejn din ma ssostnix li hija operatriċi professjonista kkonċernata mill-Partijiet A, B, F, I u J tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Għaldaqstant, bħala mixtla tad-dwieli, l-ewwel rikorrenti hija direttament ikkonċernata biss mill-Parti C tal-imsemmi anness.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-żewġ assoċjazzjonijiet rikorrenti, jiġifieri CIA u MIVA, il-Kummissjoni tenfasizza li dawn għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> sabiex jitolbu l-annullament tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat biss fi tliet ipoteżijiet: l-ewwel, meta l-liġi tagħtihom espressament tali dritt, it-tieni, meta xi wħud mill-membri li hija tirrappreżenta għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> fuq bażi individwali jew, it-tielet, meta huma jistgħu jsostnu interess tagħhom stess.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Issa, l-ewwel nett, dawn ir-rikorrenti ma jsostnux li l-ewwel waħda minn dawn l-ipoteżijiet hija ssodisfatta f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>It-tieni, l-assoċjazzjonijiet rikorrenti ma jippreċiżawx liema huma l-membri tagħhom li jikkostitwixxu operaturi professjonisti attivi fil-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti kkonċernati mill-partijiet tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat li tagħhom huma jitolbu l-annullament. Din l-informazzjoni ma tirriżultax mill-istatuti ta’ CIA u ta’ MIVA, u lanqas ma tista’ tiġi estratta mid-dokumenti prodotti bħala anness għar-replika. Peress li l-ewwel rikorrenti barra minn hekk ippreżentat ir-rikors f’isimha stess, MIVA ma tistax tibbaża l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħha fuq il-fatt li r-rikorrenti inkwistjoni hija waħda mill-membri tagħha. Fir-rigward tal-operaturi ċċitati fir-risposta tar-rikorrenti tal-<DATE ISO="20210224">24 ta’ Frar 2021</DATE>, dawn tal-aħħar ma wrewx li huma kienu rreġistrati fir-reġistru uffiċjali tal-operaturi professjonisti li l-Istati Membri kellhom iżommu u jaġġornaw skont l-Artikolu 65 tar-Regolament 2016/2031. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkontesta r-rilevanza tal-fatturi prodotti mir-rikorrenti. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni, skont l-operatur professjonist ikkonċernat, jew li dawn ma jikkonċernawx il-pjanti li jinsabu fil-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, jew li dawn jikkonċernaw biss uħud minn dawn il-pjanti, jew li għandhom data wara d-data tal-preżentata tar-rikors. Il-Kummissjoni żżid li d-dubji li jippersistu fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tar-rikorrenti jirrendu inċerta l-portata tar-rikors u jistgħu jippreġudikaw id-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>It-tielet, sa fejn CIA ssostni interess proprju sabiex tistabbilixxi l-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħha, il-Kummissjoni tenfasizza li l-partijiet tal-Anness IV tar-Regolament ikkontestat li tagħhom huwa mitlub l-annullament ma jbiddlux id-drittijiet jew l-obbligi ta’ CIA bħala assoċjazzjoni, b’tali mod li din tal-aħħar ma hijiex direttament ikkonċernata mill-partijiet inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, min-naħa tagħhom, jikkunsidraw ukoll li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jikkostitwixxi att regolatorju li ma jinvolvix miżuri ta’ implimentazzjoni, iżda jqisu li huma jinsabu direttament ikkonċernat mid-dispożizzjonijiet tiegħu. F’dan ir-rigward,<?PAGE NO="7"?> ir-rikorrenti jirribattu, l-ewwel nett, li l-membri ta’ CIA huma operaturi li jkopru l-ispettru kollu tal-attivitajiet agrikoli, filwaqt li dawk ta’ MIVA huma esklużivament produtturi ta’ materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli. Minn dan isegwi li l-membri kollha tal-assoċjazzjonijiet rikorrenti għandhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> għall-annullament tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat bħala produtturi jew xerrejja ta’ żrieragħ imsemmija minn dawn il-partijiet. F’dan ir-rigward, b’risposta għal miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura, l-assoċjazzjonijiet rikorrenti pproduċew provi li juru, fil-fehma tagħhom, li huma kellhom tal-inqas operatur professjonist li l-attività tiegħu taqa’ taħt il-Partijiet A, B, C, C, F, I jew J tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Fid-dawl tan-numru tal-membri tagħha, CIA hija, barra minn hekk, assoċjazzjoni partikolarment rappreżentattiva. F’dan il-każ, CIA għandha l-intenzjoni tipproteġi interess kollettiv skont l-għan statutorju tagħha għall-iżvilupp u l-valorizzazzjoni tad-dinja rurali, l-iżvilupp tal-agrikoltura u l-promozzjoni tal-bijodiversità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jitfakkar li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ġie adottat fuq il-bażi, b’mod partikolari, tal-Artikolu 37(2) tar-Regolament 2016/2031. Sa fejn dan ifittex li jimplimenta din id-dispożizzjoni tal-aħħar, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat għandu l-għan, skont il-premessi 2, 14 u 15 tiegħu, li jelenka l-PRMK u l-kategoriji speċifiċi ta’ pjanti intiżi għat-tħawwil, filwaqt li jistabbilixxi livelli limiti ta’ preżenza massima ta’ PRMK, jekk il-kundizzjonijiet sabiex jitwettaq dan ikunu ssodisfatti (ara l-punti 3, 4 u 6 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jinkludi l-lista ta’ PRMK u ta’ pjanti speċifiċi intiżi għat-tħawwil flimkien ma’ kategoriji u livelli limiti. Skont l-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni, dawn il-pjanti intiżi għat-tħawwil ma għandhomx jiġu introdotti fl-Unjoni jew jiġu ċċirkulati fiha jekk jinqabżu l-livelli limitu ta’ preżenza ta’ PRMK jew ta’ sintomi kkawżati minn PRMK fuq dawn il-pjanti intiżi għat-tħawwil (ara l-punti 7 sa 9 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, kif ir-rikorrenti u l-Kummissjoni jsostnu (ara l-punti 19 u 25 iktar ’il fuq), bħala att ta’ portata ġenerali mhux leġiżlattiv, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jikkostitwixxi att regolamentari fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE (ara, f’dan is-sens, id-digriet tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20110906">6 ta’ Settembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Inuit Tapiriit Kanatami <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Parlament u Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑18/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2011:419">EU:T:2011:419</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0056">56</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat, dejjem kif jesponu r-rikorrenti u l-Kummissjoni, li, sa fejn jistabbilixxu l-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fuq il-pjanti intiżi għat-tħawwil ikkonċernati, il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma jinkludux miżuri ta’ implimentazzjoni fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE. Barra minn hekk, l-Artikolu 5 ta’ dan ir-regolament tal-aħħar jistabbilixxi projbizzjoni ta’ introduzzjoni u ta’ moviment fl-Unjoni jekk il-preżenza ta’ PRMK jew sintomi kkawżati minn PRMK fuq dawn il-pjanti intiżi għat-tħawwil tkun ogħla minn dawn il-livelli limiti, projbizzjoni li lanqas ma tinvolvi miżuri ta’ implimentazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Konsegwentement, sabiex ir-rikorrenti jkollhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>, huwa biżżejjed li jiġi stabbilit li huma direttament ikkonċernati, fis-sens tar-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, mid-dispożizzjonijiet li tagħhom huma jfittxu l-annullament.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Il-kundizzjoni li persuna fiżika jew ġuridika għandha tkun direttament ikkonċernata mid-deċiżjoni li hija s-suġġett tar-rikors, kif previst fir-raba’ paragrafu tal-Artikolu 263 TFUE, teħtieġ li żewġ kriterji jiġu ssodisfatti b’mod kumulattiv. Minn naħa, il-miżura kkontestata għandha tipproduċi direttament effetti fuq is-sitwazzjoni legali tal-individwu. Min-naħa l-oħra, din il-miżura ma għandha tħalli ebda setgħa diskrezzjonali lid-destinatarji marbuta bl-implimentazzjoni tagħha, sa fejn hija ta’ natura purament awtomatika u toħroġ biss mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni, mingħajr l-applikazzjoni ta’ regoli intermedji oħra (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181106">6 ta’ Novembru 2018</DATE>, <NAME.CASE>Scuola Elementare Maria Montessori vs Il-Kummissjoni, Il-Kummissjoni vs Scuola Elementare Maria Montessori u Il-Kummissjoni vs Ferracci</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑622/16 P sa C‑624/16 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:873">EU:C:2018:873</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0042">42</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Mingħajr ma tqajjem eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà permezz ta’ att separat, il-Kummissjoni tikkontesta li l-ewwel kundizzjoni, dwar l-effett tas-sitwazzjoni legali tar-rikorrenti, hija ssodisfatta f’dan il-każ fir-rigward tar-rikorrenti kollha u fir-rigward tal-partijiet kontenzjużi kollha tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat (ara l-punti 19 sa 24 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat li l-projbizzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat li jiġu introdotti u ċċirkulati pjanti intiżi għat-tħawwil, jekk il-preżenza ta’ PRMK jew ta’ sintomi kkawżati minn PRMK tkun ogħla mil-livelli limiti stabbiliti mill-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV ta’ dan ir-regolament, tikkonċerna direttament l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>operaturi professjonisti<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/> fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 (ara l-punt 5 iktar ’il fuq). Fil-fatt, skont l-Artikolu 37(1) tar-Regolament 2016/2031, huma dawn l-operaturi li huma koperti mill-projbizzjoni inkwistjoni (ara l-punt 3 iktar ’il fuq). Din il-projbizzjoni ma tħalli ebda setgħa diskrezzjonali lill-Istati Membri responsabbli mill-implimentazzjoni tagħha. Konsegwentement, operatur professjonist, fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031, li jeżerċita l-attivitajiet tiegħu fir-rigward tal-kategorija tal-pjanti kkonċernata minn waħda jew iktar mill-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, għandu s-sitwazzjoni legali tiegħu direttament affettwata mill-projbizzjoni li dan ir-regolament tal-aħħar jistabbilixxi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward tal-aħħar, għandu jiġi rrilevat, l-ewwel nett, li r-Regolament 2016/2031 jiddistingwi bejn l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>operaturi professjonisti<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>, kif iddefiniti fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tiegħu, minn naħa, u l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>operaturi rreġistrati<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, li, skont il-punt 10 tal-Artikolu 2 tal-istess regolament, min-naħa l-oħra, huma l-operaturi professjonisti rreġistrati konformement mal-Artikolu 65 tiegħu. Din id-dispożizzjoni tal-aħħar tipprovdi essenzjalment li l-awtorità nazzjonali kompetenti żżomm u taġġorna reġistru li jinkludi l-operaturi professjonisti li jissodisfaw ċerti kundizzjonijiet. Madankollu, mill-Artikolu 65(3) tar-Regolament Nru 2016/2031 jirriżulta li l-operaturi professjonisti li jissodisfaw ċerti kriterji marbuta mar-riskju fitosanitarju li l-pjanti li huma jikkultivaw joħolqu ma għandhomx jiġu rreġistrati fir-reġistru inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, il-projbizzjoni ta’ introduzzjoni u ta’ moviment ta’ pjanti intiżi għat-tħawwil jekk il-preżenza ta’ PRMK jew ta’ sintomi kkawżati minn PRMK tkun ogħla mil-limiti stabbiliti mill-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat tirrigwarda l-operaturi professjonisti fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 u mhux biss l-operaturi rreġistrati fis-sens tal-punt 10 tal-Artikolu 2 tal-istess regolament. L-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq il-fatt li ma huwiex ċert li l-operaturi membri tat-tieni u tat-tielet rikorrenti huma operaturi rreġistrati għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>It-tieni, skont il-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031, il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>operatur professjonist<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/> jinkludi kull persuna rregolata mid-dritt pubbliku jew privat, li tipparteċipa professjonalment f’attività waħda jew iktar imsemmija fil-punt 5 iktar ’il fuq, marbuta b’mod partikolari mal-pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Issa, il-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>pjanti<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/> hija ddefinita fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 bħala li tinkludi l-pjanti ħajjin u l-partijiet ħajjin tal-pjanti, bħal, b’mod partikolari, iż-żrieragħ, il-frott, il-ħxejjex, it-tuberi, ir-rimja bl-għejun, il-biċċiet u l-brokkijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-Artikolu 37(1) u (2) tar-Regolament 2016/2031 jirriżulta li l-lista ta’ PRMK u ta’ pjanti speċifiċi intiżi għat-tħawwil, li l-Kummissjoni tfassal permezz ta’ regolament ta’ implimentazzjoni bħar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, ma tinkludix neċessarjament il-pjanti kollha intiżi għat-tħawwil, iżda biss il-pjanti intiżi għat-tħawwil li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>permezz tagħhom jinxtered [il-PRMK]<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>. B’mod partikolari, kif ġie espost fil-punt 8 iktar ’il fuq, l-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat huwa maqsum fi tnax‑il parti, minn A sa L, li kull waħda minnhom issemmi ċertu numru ta’ kumbinazzjonijiet ta’ pjanti u ta’ PRMK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>B’hekk, bħala eżempju, id-Direttiva tal-Kunsill 66/401/KEE tal-<DATE ISO="19660614">14 ta’ Ġunju 1966</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti ta’ l-għalf (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 55), telenka, fl-Artikolu 2(1)(A) tagħha, 87 ġeneru jew speċi ta’ pjanti tal-għalf. Madankollu, il-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, intitolata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>[PRMK] li jikkonċernaw iż-żrieragħ tal-pjanti tal-għalf<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/> telenka biss l-ispeċi tal-<HT TYPE="ITALIC">Medicago sativa L</HT>., li permezz tagħha huma mxerrda ż-żewġ PRMK li huma hemm indikati (<HT TYPE="ITALIC">Clavibacter michiganensis</HT> u <HT TYPE="ITALIC">Ditylenchus dipsaci</HT>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>operatur professjonist<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> jinkludi l-operaturi kollha li jipparteċipaw f’attività waħda jew iktar elenkati fil-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 u marbuta mal‑<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>pjanti<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/>, kif huma ddefiniti fil-punt 1 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 u elenkati f’kull waħda mid-direttivi li jikkonċernaw il-kummerċjalizzazzjoni tagħhom.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Għalhekk, ċertament, il-projbizzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, moqri flimkien mal-Artikolu 37(1) tar-Regolament 2016/2031, li jiġu introdotti u ċċirkulati PRMK fit-territorju tal-Unjoni tirrigwarda, <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT>, il-pjanti intiżi għat-tħawwil elenkati fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Madankollu, din il-projbizzjoni hija intiża, <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT>, għall-operaturi professjonisti kollha fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>B’dan il-mod, il-leġiżlatur ried jillimita r-riskju ta’ tixrid ta’ PRMK li jkunu ġejjin mhux biss mill-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>operaturi rreġistrati<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> jew minn operaturi li wettqu attivitajiet marbuta speċifikament mal-pjanti li jidhru fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, iżda minn kull operatur professjonist attiv fil-qasam tal-pjanti, li, minħabba f’hekk, jista’ jeżerċita attivitajiet marbuta mal-pjanti li jistgħu jxerrdu il-PRMK elenkati fl-imsemmi Anness IV.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li l-approċċ tal-Kummissjoni, li skontu huma biss l-operaturi professjonisti li eżerċitaw l-attività tagħhom fir-rigward biss tal-pjanti elenkati fl-annessi kontenzjużi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat li għandhom is-sitwazzjoni legali tagħhom affettwata ma jistax jintlaqa’. Minbarra l-fatt li l-approċċ inkwistjoni jikkunfliġġi mad-dispożizzjonijiet applikabbli (ara l-punti 35 sa 41 iktar ’il fuq), dan huwa bbażat fuq il-premessa li l-projbizzjoni li tirriżulta mill-Artikolu 5 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma hijiex imposta fuq l-operaturi professjonisti kollha fis-sens tal-punt 9<?PAGE NO="10"?> tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031, iżda biss fuq dawk li eżerċitaw fil-passat l-attività tagħhom fir-rigward tal-pjanti li jistgħu jxerrdu l-PRMK. Issa, l-aċċettazzjoni ta’ dan l-argument ikollha l-effett li tikkomprometti b’mod serju l-effett utli tal-politika intiża għall-prevenzjoni tat-tixrid ta’ PRMK fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li, bħala impriża li tikkultiva d-dwieli attiva fis-settur tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli, l-ewwel rikorrenti hija operatur professjonist fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031. Madankollu, f’din il-kwalità, l-ewwel rikorrenti għandha, kif issostni l-Kummissjoni, is-sitwazzjoni legali tagħha affettwata biss mill-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, dwar il-PRMK fir-rigward tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli. Għaldaqstant, huwa biss sa fejn l-ewwel rikorrenti titlob l-annullament ta’ din il-parti tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat li hija għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Fir-rigward taż-żewġ assoċjazzjonijiet rikorrenti, CIA u MIVA, għandu jitfakkar li assoċjazzjoni inkarigata tiddefendi l-interessi kollettivi tal-membri tagħha tista’ tippreżenta rikors għal annullament minħabba li l-interessi tagħha stess bħala assoċjazzjoni huma affettwati jew meta l-persuni li hija tirrappreżenta jew uħud minnhom ikollhom <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> individwalment (sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>UPF vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑747/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:271">EU:T:2019:271</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel minn dawn il-kundizzjonijiet li CIA tinvoka (ara l-punt 26 iktar ’il fuq), għandu jiġi kkonstatat, bħalma tosserva l-Kummissjoni, li l-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma jibdlux id-drittijiet jew l-obbligi ta’ din l-assoċjazzjoni bħala tali, b’mod li dawn ma jaffettwawx il-pożizzjoni legali tagħha. Minn dan isegwi li CIA ma tistax validament tallega li għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> minħabba li l-interessi tagħha stess huma affettwati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tal-persuni li CIA tirrappreżenta, għandu jiġi rrilevat qabelxejn li, skont it-tmintax‑il inċiż tal-Artikolu 3 tal-istatut tagħha, din l-organizzazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-interessi tal-membri tagħha. Ir-rikorrenti hemżu mar-replika lista li tinkludi l-ismijiet u l-indirizzi ta’ <FT TYPE="NUMBER">584842</FT> membru ta’ din tal-aħħar. Bi tweġiba għall-miżuri ta’ organizzazzjoni tal-proċedura (ara l-punt 14 iktar ’il fuq), ir-rikorrenti pproduċew provi li juru li tmien membri ta’ CIA huma operaturi professjonisti attivi fis-setturi taż-żrieragħ ta’ pjanti tal-għalf, taż-żrieragħ ta’ ċereali, tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli, taż-żrieragħ tal-ħxejjex, tal-pjanti tal-ħxejjex u tal-pjanti tal-frott. Dawn is-setturi huma kkonċernati mill-Partijiet A, B, C, F, I u J tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Fir-rigward ta’ MIVA, mill-Artikolu 8 tal-istatut ta’ din l-assoċjazzjoni jirriżulta li hija għandha bħala membri operaturi professjonisti fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 f’dak li jirrigwarda l-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli. Dan huwa ċertament il-każ fir-rigward tal-ewwel rikorrenti. Madankollu, din iċ-ċirkustanza ma tistax twassal għall-ammissibbiltà tar-rikors sa fejn dan ġie ppreżentat minn MIVA, peress li l-ewwel rikorrenti ppreżentat ir-rikors f’isimha proprju (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190430">30 ta’ April 2019</DATE>, <NAME.CASE>UPF vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑747/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:271">EU:T:2019:271</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0025">25</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Issa, bi tweġiba għall-miżura ta’ organizzazzjoni tal-proċedura adottata fit-<DATE ISO="20210208">8 ta’ Frar 2021</DATE>, ir-rikorrenti pproduċew provi xierqa sabiex juru li tliet membri ta’ MIVA, minbarra l-ewwel rikorrenti, huma operaturi professjonisti attivi fis-setturi tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli, ta’ pjanti tal-ħaxix u tal-pjanti tal-frott. Dawn is-setturi huma kkonċernati mill-Partijiet C, I u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/2072.<?PAGE NO="11"?> Għandu jingħad ukoll, f’dan ir-rigward, li, skont l-Artikolu 3 tal-istatut ta’ MIVA, din l-assoċjazzjoni għandha l-għan li tippromwovi l-interessi relatati mal-attivitajiet tal-membri tagħha, mingħajr ma teskludi attivitajiet agrikoli fir-rigward ta’ pjanti li ma jinkludux il-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument tal-Kummissjoni, li ċerti fatturi prodotti mir-rikorrenti għandhom data wara d-data tal-preżentata tar-rikors, dan ma jistax jintlaqa’. Fil-fatt, il-kwalità ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>operatur professjonist<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/> fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031 għandha, min-natura tagħha, tintwera bl-użu ta’ sensiela ta’ indizji konkordanti. Fil-fatt, jekk tiġi segwita l-loġika tal-Kummissjoni jkun ifisser li huma biss il-provi li għandhom l-istess data bħal dik li fiha ġie ppreżentat ir-rikors li jistgħu juru l-kwalità ta’ operatur professjonist, peress li, pereżempju, fatturi preċedenti għal din id-data ma jippermettux li jiġi eskluż li l-operatur inkwistjoni, sadanittant, ma jkunx abbanduna l-attività relatata mal-pjanti kkonċernati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Issa, f’dan il-każ, ir-rikorrenti pproduċew diversi fatturi, għal somom mhux negliġibbli, li minnhom jirriżulta li l-emittenti tagħhom, membri tal-assoċjazzjonijiet rikorrenti, huma operaturi professjonisti fis-sens tal-punt 9 tal-Artikolu 2 tar-Regolament 2016/2031. Barra minn hekk, kif sostnew ir-rikorrenti waqt is-seduta, il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil teħtieġ l-implimentazzjoni ta’ serje sħiħa ta’ azzjonijiet preċedenti li, skont il-pjanta inkwistjoni, jinfirxu fuq perijodi ftit jew wisq twal. Minn dan isegwi li l-fatt li ġew prodotti fatturi li kellhom data wara dik tal-preżentata tar-rikors sabiex jintwera li l-membri tat-tieni u t-tielet rikorrenti għandhom il-kwalità ta’ operaturi professjonisti, fis-sens imsemmi iktar ’il fuq, ma huwiex, fih innifsu, ta’ natura li jeskludi r-rilevanza ta’ dawn il-provi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, peress li l-Kummissjoni tpoġġiet f’pożizzjoni li tippreżenta b’mod utli, bil-miktub u oralment, l-osservazzjonijiet tagħha fuq il-provi kollha prodotti mir-rikorrenti dwar il-<HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> tagħhom, ma jista’ jiġi kkonstatat l-ebda ksur tad-drittijiet tad-difiża tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li r-rikorrenti jagħtu prova ta’ <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> skont il-preċiżazzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-ewwel rikorrenti għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> għall-annullament tal-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat;</P></ITEM><ITEM><P>CIA għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> għall-annullament tal-Partijiet A, B, C, F, I u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat;</P></ITEM><ITEM><P>MIVA għandha <HT TYPE="ITALIC">locus standi</HT> għall-annullament tal-Partijiet C, I u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-interess ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni ssostni li l-eventwali annullament tal-Partijiet A, B, C, F, I u J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jinvalida l-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK stabbiliti skont il-partijiet inkwistjoni, b’tali mod li l-pjanti kkonċernati ma jibqgħux suġġetti għall-projbizzjoni ta’ introduzzjoni u ta’ moviment fit-territorju tal-Unjoni. Madankollu, tali annullament ma jaffettwax l-obbligi sanitarji imposti fuq l-operaturi professjonisti, kif jirriżultaw mid-diversi direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-istess pjanti. Dawn id-direttivi jikkostitwixxu atti awtonomi li sempliċement jieħdu inkunsiderazzjoni l-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK stabbiliti mill-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Għaldaqstant, dawn ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala atti ta’ implimentazzjoni<?PAGE NO="12"?> tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, li l-validità tagħhom tiġi affettwata wara l-eventwali annullament ta’ dan tal-aħħar. Minn dan isegwi li, anki jekk ir-rikorrenti jiksbu l-annullament imfittex f’dan il-każ, l-operaturi professjonisti kkonċernati huma dejjem obbligati josservaw ir-rekwiżiti fitosanitarji previsti mill-imsemmija direttivi f’dak li jirrigwarda kemm ir-risanament mhux oneruż fl-istadju tal-produzzjoni kif ukoll dak neċessarju għall-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti kkonċernati. Fl-aħħar nett, l-interess tar-rikorrenti li jikkonsisti fil-protezzjoni tal-bijodiversità huwa bbażat fuq ipoteżijiet puri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li rikors għal annullament imressaq minn persuna fiżika jew ġuridika huwa ammissibbli biss sa fejn ir-rikorrent ikollu interess li l-att ikkontestat jiġi annullat. Tali interess jippreżupponi li l-annullament ta’ dan l-att ikun jista’, fih innifsu, ikollu konsegwenzi legali u li r-rikors ikun jista’ għalhekk, bħala riżultat tiegħu, jipproduċi benefiċċju lill-parti li tkun ippreżentatu (ara s-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>Mory <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑33/14 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:609">EU:C:2015:609</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni ssostni li r-rikorrenti ma jieħdu ebda benefiċċju mill-eventwali annullament tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, peress li tali annullament iħalli intatti l-obbligi ta’ risanament tal-pjanti intiżi għat-tħawwil ikkonċernati, kif dawn l-obbligi jirriżultaw mid-direttivi rispettivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-imsemmija pjanti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58</NO.P><TXT>Sabiex tiġi evalwata l-fondatezza ta’ dan l-argument tal-Kummissjoni, għandhom jiġu esposti l-elementi bażiċi tas-sistema fitosanitarja tal-Unjoni dwar il-PRMK, kif dawn l-elementi jirriżultaw mir-Regolament 2016/2031, mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat u mid-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti kkonċernati minn dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59</NO.P><TXT>B’mod partikolari, minn naħa, kif jirriżulta mill-Artikolu 36 tar-Regolament 2016/2031, il-PRMK huma pesti, preżenti fit-territorju tal-Unjoni, li huma mxerrda fuq kollox permezz ta’ ċerti pjanti intiżi għat-tħawwil u li l-preżenza tagħhom fuq l-imsemmija pjanti għandha impatt ekonomiku inaċċettabbli fuq l-użu previst tal-pjanti inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60</NO.P><TXT>Skont il-premessa 23 tar-Regolament 2016/2031, sabiex tiġi limitata l-preżenza ta’ PRMK, hemm lok li tiġi pprojbita l-introduzzjoni jew il-moviment tagħhom, fit-territorju tal-Unjoni, fuq il-pjanti intiżi għat-tħawwil ikkonċernati meta l-inċidenza ta’ dawn il-pesti jaqbeż ċertu livell limitu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61</NO.P><TXT>Kif ġie espost fil-punti 3 u 4 iktar ’il fuq, il-Kummissjoni tipprovdi lista ta’ PRMK u pjanti speċifiċi intiżi għat-tħawwil, flimkien ma’, fejn applikabbli, livelli limiti ogħla minn żero li minnhom il-preżenza ta’ PRMK fuq il-pjanti intiżi għat-tħawwil ikollha impatt ekonomiku inaċċettabbli. Din il-lista tinsab fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat (ara l-punt 8 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="13"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, ir-regoli li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni ta’ kull veġetazzjoni intiża għat-tħawwil u li hija kkonċernata minn parti tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat huma stabbiliti permezz ta’ direttivi. Il-korrispondenza bejn il-PRMK elenkati f’kull parti kontenzjuża tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat u d-direttivi ta’ kummerċjalizzazzjoni relatati magħhom tinsab fit-tabella li ġejja:</TXT><TBL NO.SEQ="0001" CLASS="GEN" COLS="2"><CORPUS><ROW><CELL COL="1">Parti mill-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat</CELL><CELL COL="2">Direttiva dwar il-kummerċjalizzazzjoni</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>Parti A</P><P>PRMK li jikkonċernaw iż-żrieragħ tal-pjanti tal-għalf</P></CELL><CELL COL="2">Direttiva 66/401.</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>Parti B</P><P>PRMK li jikkonċernaw iż-żrieragħ taċ-ċereali</P></CELL><CELL COL="2">Direttiva tal-Kunsill 66/402/KEE tal-<DATE ISO="19660614">14 ta’ Ġunju 1966</DATE> dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 66).</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>Parti C</P><P>PRMK li jikkonċernaw il-materjal tal-propagazzjoni tad-dwieli</P></CELL><CELL COL="2">Direttiva tal-Kunsill 68/193/KEE tad-<DATE ISO="19680409">9 ta’ April 1968</DATE> dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 1, p. 123).</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>Parti F</P><P>PRMK li jikkonċernaw iż-żrieragħ tal-ħxejjex</P></CELL><CELL COL="2">Direttiva tal-Kunsill 2002/55/KE tat-<DATE ISO="20020613">13 ta’ Ġunju 2002</DATE> dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 36, p. 313).</CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>Parti I</P><P>PRMK li jikkonċernaw il-materjal tal-propagazzjoni u tat-tħawwil tal-ħxejjex għajr iż-żrieragħ</P></CELL><CELL COL="2"><P>Direttiva tal-Kunsill 2008/72/KE tal-<DATE ISO="20080715">15 ta’ Lulju 2008</DATE> dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex ta’ propagazzjoni u materjal taż-żrigħ, barra ż-żerriegħa (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="205" PAGE.FIRST="28" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 205, p. 28</REF.DOC.OJ>).</P><P>Direttiva tal-Kummissjoni 93/61/KEE tat-<DATE ISO="19930702">2 ta’ Lulju 1993</DATE> li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti, barra miż-żerriegħa skond id-Direttiva tal-Kunsill 92/33/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 15, p. 101).</P></CELL></ROW><ROW><CELL COL="1"><P>Parti J</P><P>PRMK li jikkonċernaw il-materjal tal-propagazzjoni ta’ frott u l-pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott</P></CELL><CELL COL="2"><P>Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE tad-<DATE ISO="20080929">29 ta’ Settembru 2008</DATE> dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="267" PAGE.FIRST="8" DATE.PUB="2008">ĠU 2008, L 267, p. 8</REF.DOC.OJ>).</P><P>Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/98/UE tal-<DATE ISO="20141015">15 ta’ Ottubru 2014</DATE> li timplimenta d-Direttiva tal-Kunsill 2008/90/KE fir-rigward ta’ rekwiżiti speċifiċi għall-ġeneru u l-ispeċi tal-pjanti tal-frott imsemmija fl-Anness I tagħha, rekwiżiti speċifiċi li għandhom jiġu ssodisfati mill-fornituri u regoli dettaljati dwar l-ispezzjonijiet uffiċjali (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="298" PAGE.FIRST="22" DATE.PUB="2014">ĠU 2014, L 298, p. 22</REF.DOC.OJ>).</P></CELL></ROW></CORPUS></TBL></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63</NO.P><TXT>Id-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni jipprevedu l-miżuri fitosanitarji li għandhom jittieħdu sabiex jiġi ġestit ir-riskju ta’ preżenza ta’ PRMK u sabiex jiġi żgurat li l-pjanti introdotti u li jiċċirkulaw fl-Unjoni huma konformi mar-rekwiżiti tal-parti rilevanti tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat fir-rigward tal-preżenza ta’ PRMK.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64</NO.P><TXT>B’hekk, wara l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, id-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti ġew emendati permezz tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/177 tal-<DATE ISO="20200211">11 ta’ Frar 2020</DATE> li temenda d-Direttivi 66/401/KEE, 66/402/KEE, 68/193/KEE, 2002/55/KE, 2002/56/KE u 2002/57/KE tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kummissjoni 93/49/KEE u 93/61/KEE u d-Direttivi ta’ Implimentazzjoni 2014/21/UE u 2014/98/UE f’dak li għandu x’jaqsam mal-pesti tal-pjanti fuq iż-żrieragħ u fuq il-materjal riproduttiv tal-pjanti (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="041" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 41, p. 1</REF.DOC.OJ>, rettifika fil-<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="191" PAGE.FIRST="6" DATE.PUB="2020">ĠU 2020, L 191, p. 6</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65</NO.P><TXT>B’mod partikolari, mill-premessi 5, 6, 8, 10 sa 12, 14 u 19 sa 23 tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177 jirriżulta li d-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti kkonċernati mill-partijiet kontenzjużi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat kellhom jiġu emendati sabiex il-materjal riproduttiva tal-pjanti li jaqgħu taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħhom jissodisfa r-rekwiżiti li jikkonċernaw, b’mod partikolari, il-PRMK stabbiliti mill-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Id-direttiva 66/401 dwar il-kummerċjalizzazzjoni ta’ żrieragħ ta’ pjanti tal-għalf tikkostitwixxi eċċezzjoni parzjali, fis-sens li hija ġiet emendata sabiex tindika li ż-żrieragħ inkwistjoni kellhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti dwar il-PRMK stabbiliti skont il-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, mingħajr madankollu ma tipprevedi rekwiżiti addizzjonali meta mqabbla ma’ dawk fis-seħħ qabel l-adozzjoni tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66</NO.P><TXT>Din ir-relazzjoni sistematika bejn ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, minn naħa, u d-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil li jaqgħu taħt il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tal-imsemmi regolament, min-naħa l-oħra, hija kkonfermata espliċitament mill-Kummissjoni fil-punti 24 sa 27 tar-risposta u 68 u 70 tal-kontroreplika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67</NO.P><TXT>Minn dawn il-konstatazzjonijiet jirriżulta li, anki jekk, kif tesponi l-Kummissjoni, id-direttivi inkwistjoni ma jikkostitwixxux atti ta’ implimentazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, dawn jipprevedu obbligi għall-operaturi, li jieħdu inkunsiderazzjoni l-istandards tal-preżenza ta’ PRMK stabbiliti minn dan ir-regolament tal-aħħar u li huma intiżi sabiex jiżguraw li l-operaturi inkwistjoni jikkonformaw ruħhom mal-imsemmija standards. Din il-konklużjoni hija valida wkoll għad-Direttiva 66/401, li issa tipprevedi li l-kultivazzjoni u ż-żrieragħ ta’ pjanti tal-għalf għandhom jissodisfaw ukoll ir-rekwiżiti dwar il-preżenza ta’ PRMK stabbiliti permezz tal-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, anki jekk hija ma stabbilixxietx miżuri addizzjonali f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68</NO.P><TXT>Għaldaqstant, il-Kummissjoni ma tistax validament tippretendi li annullament eventwali tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat bl-ebda mod ma jista’ jagħti benefiċċju lill-ewwel rikorrenti jew lill-membri ta’ CIA u ta’ MIVA. Fil-fatt, fid-dawl tal-koerenza interna tas-sistema fitosanitarja tal-Unjoni, ikkaratterizzata mir-relazzjoni sistematika bejn ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat u d-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil relatati miegħu, fil-każ ta’ annullament parzjali tal-imsemmi regolament ta’ implimentazzjoni, il-leġiżlatur jista’ jitwassal, skont il-motivi tal-annullament u tal-miżuri li għandhom jittieħdu skont l-Artikolu 266 TFUE, jeżamina mill-ġdid id-direttivi inkwistjoni, li jkunu tilfu s-sottostrat leġiżlattiv tagħhom fil-verżjoni attwali tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="15"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69</NO.P><TXT>Konsegwentement, id-dispożizzjonijiet tad-direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil ma jinvalidawx l-interess tar-rikorrenti li jitolbu l-annullament tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, li jaffettwaw direttament is-sitwazzjoni legali tagħhom skont il-preċiżazzjonijiet esposti fil-punti 34 sa 54 iktar ’il fuq. Barra minn hekk, minn dan isegwi li, għall-finijiet tal-ammissibbiltà tar-rikors mill-perspettiva tal-interess ġuridiku, ma huwiex neċessarju li r-rikorrenti jistabbilixxu interess speċifiku proprju għall-protezzjoni tal-bijodiversità, b’tali mod li l-argument tal-Kummissjoni bbażat fuq in-natura allegatament ipotetika ta’ tali interess għandu jiġi miċħud bħala ineffettiv.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq iċ-ċarezza tar-rikors</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70</NO.P><TXT>Sostnuta mill-Parlament u mill-Kunsill, l-ewwel nett, il-Kummissjoni ssostni li l-espożizzjoni tal-motivi ma turix ir-regoli ta’ dritt miksura mill-Artikolu 36, mill-Artikolu 37(2) u mill-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Anness I tar-Regolament 2016/2031 u li l-ksur tagħhom iwassal għall-invalidità ta’ dawn id-dispożizzjonijiet b’mod konformi mat-talbiet tar-rikorrenti. It-tieni, il-Kummissjoni tesponi li huwa biss fir-rigward tal-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat li r-rikorrenti jippreżentaw argumenti speċifiċi li jippermettu li tinftiehem l-illegalità allegata. Min-naħa l-oħra, it-talba għall-annullament tal-partijiet l-oħra kontenzjużi tal-Anness IV tal-imsemmi regolament hija bbażata biss fuq ġeneralitajiet li ma humiex il-preċiżjoni meħtieġa mill-Artikolu 21 tal-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, anki jekk jittieħdu inkunsiderazzjoni l-ispjegazzjonijiet mogħtija fir-replika. Fi kwalunkwe każ, ir-Regolament 2016/2031 ma huwa vvizzjat minn ebda wieħed mill‑illegalitajiet li jistgħu jitqiesu li tqajmu fir-rigward tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71</NO.P><TXT>Ċertament, huwa minnu li r-rikors ma jinkludix kunsiderazzjonijiet li jistgħu jimmotivaw b’mod iddettaljat l-allegata illegalità tar-Regolament 2016/2031 u li ma jinkludix analiżi partikolari dwar il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat minbarra l-Parti C tal-anness inkwistjoni. Barra minn hekk, huwa minnu wkoll li diversi argumenti tar-rikorrenti huma ppreżentati bħala konklużjonijiet li r-rabta tagħhom mal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat spiss ma hijiex evidenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72</NO.P><TXT>Madankollu, l-ewwel nett, ir-rikorrenti inkludew fir-replika argumenti dwar ċerti partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, minbarra l-Parti C. Dawn l-argumenti, li jaqgħu fil-kuntest tal-motivi mqajma fir-rikors, jikkostitwixxu amplifikazzjoni ammissibbli tagħhom. It-tieni, anki jekk ir-rabta bejn ċerti argumenti esposti insostenn tal-motivi mqajma ma hijiex dejjem evidenti, l-istudju ddettaljat tal-kuntest ġuridiku fit-totalità tiegħu jippermetti li wieħed jifhem il-portata tal-ilmenti mqajma mir-rikorrenti. It-tielet, ir-riferimenti għall-allegat ksur, mir-Regolament 2016/2031, tal-prinċipju ta’ proporzjonalità jippermettu lill-Qorti Ġenerali, fid-dawl tal-argumentazzjoni mressqa mir-rikorrenti fl-intier tagħha, teżerċita l-istħarriġ tagħha fir-rigward tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà dwar iċ-ċarezza tar-rikors għandha tiġi miċħuda.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq il-mertu</HT></HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel motiv, ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031, fuq il-ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu ta’ motivazzjoni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jfakkru li, skont l-Artikolu 36 tar-Regolament 2016/2031, pest jista’ jiġi inkluż fil-lista tal-PRMK biss jekk jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti minn din id-dispożizzjoni. Fost dawn il-kundizzjonijiet hemm dawk marbuta mal-impatt ekonomiku inaċċettabbli li l-preżenza tal-pest tinvolvi, fis-sens tal-punt 3 tat-Taqsima 4 tal-Anness I tal-imsemmi regolament, u mal-eżistenza ta’ miżuri realizzabbli u effikaċi sabiex din il-preżenza fuq dawn il-pjanti tiġi prekluża (Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031). Issa, il-livelli limiti stabbiliti skont il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma humiex motivati b’riferiment għal analiżi ddettaljata tal-impatt ekonomiku li l-preżenza ta’ PRMK għandha fuq il-pjanti kkonċernati, u lanqas ma huma bbażati fuq l-eżistenza ta’ miżuri realizzabbli u effikaċi sabiex din il-preżenza tiġi prekluża. Barra minn hekk, l-istabbiliment tal-limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % iwassal għal obbligi ta’ risanament tal-pjanti, permezz ta’ selezzjoni ġenetika, tal-varjetajiet ikkonċernati, li, min-naħa tagħha, teqred definittivament id-diversità tal-varjetajiet tal-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, li attwalment ma jiġux irrisanati, u tneħħi d-distinzjoni bejn il-varjetajiet li jaqgħu taħt il-kategoriji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/>, minn naħa, u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>iċċertifikati<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75</NO.P><TXT>Għalhekk, bħala eżempju, il-livelli limiti stabbiliti permezz tal-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat iwasslu għal projbizzjoni tal-kummerċjalizzazzjoni, fin-nuqqas ta’ kloni li jistgħu jiżguraw l-osservanza tal-livell limitu ta’ preżenza żero ta’ PRMK, ta’ 57.7 % ta’ varjetajiet ta’ għeneb inklużi fir-reġistru Taljan tad-dwieli intiżi għall-produzzjoni tal-inbid. Din il-projbizzjoni tirrendi, għal mill-inqas għaxar snin, impossibbli li jiġu mġedda jew li jsir tħawwil ġdid ta’ varjetajiet indiġeni koperti mid-denominazzjonijiet tal-oriġini jew minn indikazzjonijiet ġeografiċi u jkollha l-effett li tissemplifika radikalment ċerti bijotipi ta’ varjetajiet. It-tnaqqis sostanzjali tal-bijodiversità intravarjetali huwa fuq kollox ir-riżultat tal-miżuri sanitarji neċessarji għall-ġlieda kontra l-virus, il-virojdi u l-mard virali. Madankollu, dawn l-effetti dannużi ma huma assoċjati ma’ ebda benefiċċju, u lanqas ma jiggarantixxu li l-pjanti rrisanati ma jkunux infettati, permezz ta’ insetti li jġorru l-mard, wara t-tħawwil tagħhom. Issa, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-effetti fil-kuntest tal-evalwazzjoni tagħha dwar l-impatt ekonomiku inaċċettabbli tal-PRMK fuq il-pjanti intiżi għat-tħawwil. Is-sitwazzjoni attwali turi, min-naħa l-oħra, li l-preżenza tal-PRMK li huma s-suġġett tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma affettwatx il-profittabbiltà tal-impriżi agrikoli kkonċernati, b’tali mod li ebda impatt ekonomiku inaċċettabbli ma jista’ jitqies li jirriżulta minn din il-preżenza fis-sens tal-Artikolu 36(e) tar-Regolament 2016/2031.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, għandu jiġi kkonstatat li l-istudju tal-Organizzazzjoni Ewropea u Mediterranja għall-Protezzjoni tal-Pjanti (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>OEPP<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>), li fuqu bbażat ruħha l-Kummissjoni għall-finijiet tal-adozzjoni tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, huwa vvizzjat bi żbalji u b’lakuni sa fejn ikkonkluda sabiex jiġu stabbiliti livelli limiti ta’ preżenza ta’ 0 % fir-rigward tal-PRMK preżenti fl-Ewropa għal ħafna żmien mingħajr ma huma assoċjati ma’ impatt ekonomiku negattiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jżidu li r-risanament impost jimplika spiża ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">120000</FT> għal kull varjetà u għaxar snin ta’ xogħol fi strutturi speċjalizzati, mingħajr prospettiva ta’ rkupru ta’ dawn l-ispejjeż. Dan il-piż finanzjarju ma jistax jiġi sostnut meta l-art ikkultivata tkun inqas minn madwar <FT TYPE="NUMBER">1000</FT> ettaru<?PAGE NO="17"?> għal kull varjetà, u dan huwa l-każ fir-rigward tal-varjetajiet lokali li huma inqas diffużi. Fil-każijiet rari fejn ir-risanament inkwistjoni jkun ekonomikament interessanti, titnaqqas il-pool ġenetiku tal-varjetà ta’ tluq. Issa, il-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni dawn l-effetti qabel ma stabbilixxiet il-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK skont il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, b’tali mod li l-kundizzjoni prevista fl-Artikolu 36(f) tar-Regolament 2016/2031 ma hijiex issodisfatta.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għandu jiġi kkonstatat li l-fatt li l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament 2016/2031 ma pprovdewx għall-istabbiliment ta’ livelli limiti ta’ preżenza proporzjonali, minn naħa, għar-riskju li l-PRMK jirrappreżentaw għall-artijiet speċifiċi u, min-naħa l-oħra, għall-ispejjeż ta’ risanament, jikkostitwixxi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu li tiġi protetta l-identità tal-imsemmija artijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, ir-rikorrenti jsostnu li l-konsegwenzi tal-istabbiliment ta’ limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % għall-bijodiversità kif ukoll għall-ispejjeż ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika issa meħtieġa kellhom ikunu s-suġġett ta’ analiżi tal-impatt skont il-Ftehim Interistituzzjonali bejn il-Parlament, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar it-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Tfassil Aħjar tal-Liġijiet<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="123" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2016">ĠU 2016, L 123, p. 1</REF.DOC.OJ>). L-assenza ta’ tali analiżi tivvizzja l-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat b’nuqqas ta’ motivazzjoni u bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni, min-naħa tagħha, tikkontesta dawn l-evalwazzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81</NO.P><TXT>Fil-kuntest tal-ewwel motiv, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li l-Kummissjoni kisret l-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031. Insostenn ta’ din il-konklużjoni, ir-rikorrenti jressqu essenzjalment tliet ilmenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82</NO.P><TXT>L-ewwel ilment huwa bbażat fuq allegati konsegwenzi negattivi li l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % għandu għall-bijodiversità. Fil-kuntest ta’ dan l-ilment, ir-rikorrenti jsostnu li l-istabbiliment tal-imsemmi limitu ta’ preżenza fil-livell ta’ 0 % għandu l-effett li jimponi obbligi ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika, u dan inaqqas drastikament id-diversità tal-pjanti tal-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/> intiżi għat-tħawwil, li madankollu huma numerużi ħafna attwalment. Dan il-fatt itemm ukoll id-distinzjoni bejn il-kategoriji ta’ materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>iċċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/> (ara l-punt 92 iktar ’il fuq) u għandu konsegwenzi dannużi għas-settur tal-inbid. Skont ir-rikorrenti, il-Kummissjoni kellha tieħu inkunsiderazzjoni dawn l-elementi sabiex tevalwa jekk l-iċken preżenza ta’ PRMK fuq il-pjanti intiżi għat-tħawwil kellhiex impatt ekonomiku inaċċettabbli skont l-Artikolu 36(e) tar-Regolament 2016/2031, iżda wkoll sabiex tivverifika li kienu jeżistu miżuri realizzabbli u effikaċi sabiex tipprekludi din il-preżenza skont l-Artikolu 36(f) tal-istess regolament. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jżidu li t-tixrid ta’ PRMK jista’ jsir permezz ta’ insetti li jġorru l-mard u li l-analiżi tal-impatt ekonomiku tal-PRMK imwettqa mill-OEPP hija defiċjenti (ara l-punti 74 sa 76 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83</NO.P><TXT>It-tieni lment huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-miżuri ta’ risanament li saru neċessarji wara l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK elenkati fil-livell ta’ 0 %, li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 36(f) tar-Regolament 2016/2031 (ara l-punt 77 iktar ’il fuq). Barra minn hekk, ir-rikorrenti jsostnu li, billi jippermettu tali approċċ, l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament 2016/2031 huma vvizzjati bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u tal-obbligu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>tiġi protetta l-identità tal-artijiet<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/> (ara l-punt 78 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84</NO.P><TXT>It-tielet ilment huwa bbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma għamlitx qabel l-adozzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat analiżi tal-impatt ambjentali soċjali u ekonomiku. F’dan il-kuntest, ir-rikorrenti jsostnu wkoll nuqqas ta’ motivazzjoni u ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità (ara l-punt 79 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85</NO.P><TXT>Dawn l-ilmenti kollha huma bbażati fuq premessa waħda. Din hija l-affermazzjoni li l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK elenkati fil-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat fil-livell ta’ 0 % iwassal għal obbligu ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika tal-pjanti intiżi għat-tħawwil li huma kkonċernati mill-partijiet inkwistjoni. Dan l-obbligu għandu konsegwenzi negattivi għall-bijodiversità, minn naħa, u jinvolvi spejjeż ta’ risanament eċċessivi għall-operaturi professjonisti, min-naħa l-oħra. Il-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni dawn iċ-ċirkustanzi fil-kuntest tal-istabbiliment tal-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fuq il-pjanti intiżi għat-tħawwil jikkostitwixxi, prinċipalment, ksur tal-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031. Jekk jiġi konkluż li l-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031 ma jimponix it-teħid inkunsiderazzjoni ta’ dawn iċ-ċirkustanzi, din id-dispożizzjoni tikser, skont ir-rikorrenti, il-prinċipju ta’ proporzjonalità u l-obbligu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>tiġi protetta l-identità tal-artijiet<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0086"><NO.P>86</NO.P><TXT>L-ewwel nett, għandu jiġi rrilevat li, kif espost fil-premessa 12 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, l-OEPP wettqet evalwazzjoni mill-ġdid tal-pesti elenkati sa dak iż-żmien fid-Direttiva tal-Kunsill 2000/29/KE tat-<DATE ISO="20000508">8 ta’ Mejju 2000</DATE> dwar il-miżuri protettivi kontra l-introduzzjoni fil-Komunità ta’ organiżmi ta’ ħsara għall-pjanti jew prodotti tal-pjanti u kontra t-tixrid tagħhom ġewwa l-Komunità (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 29, p. 258), minn naħa, kif ukoll fid-direttivi ta’ kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0087"><NO.P>87</NO.P><TXT>Skont il-premessa 13 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, din l-evalwazzjoni mill-ġdid kienet neċessarja sabiex jiġi attwalizzat l-istatus fitosanitarju ta’ dawn il-pesti fid-dawl tal-iżviluppi tekniċi u xjentifiċi l-iktar reċenti, iżda wkoll sabiex tiġi evalwata l-konformità tagħhom mal-kriterji stabbiliti rispettivament fl-Artikolu 36 tar-Regolament 2016/2031, f’dak li jirrigwarda t-territorju tal-Unjoni, u fit-Taqsima 4 tal-Anness I tal-imsemmi regolament (ara l-punt 2 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0088"><NO.P>88</NO.P><TXT>Fi tmiem dan l-eżami mill-ġdid, ġie konkluż li ċerti pesti kienu jissodisfaw il-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 36 tar-Regolament 2016/2031 f’dak li jirrigwarda t-territorju tal-Unjoni u kellhom għalhekk jidhru fil-lista tal-PRMK (premessa 14 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat). Ittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll il-kundizzjonijiet stabbiliti mill-Artikolu 37(8) tal-istess regolament fir-rigward tal-istabbiliment eventwali ta’ limiti ta’ preżenza ta’ PRMK f’livelli ogħla minn 0 % (premessa 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0089"><NO.P>89</NO.P><TXT>Dan il-proċess wassal għall-adozzjoni tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, li jistabbilixxi r-regoli tal-preżenza ta’ PRMK fil-pjanti intiżi għat-tħawwil sabiex dawn tal-aħħar ikunu jistgħu jiġu introdotti u ċċirkulati fl-Unjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0090"><NO.P>90</NO.P><TXT>It-tieni, dan il-motiv huwa bbażat, fl-intier tiegħu, fuq interpretazzjoni żbaljata tal-obbligi li jinvolvu, għall-operaturi professjonisti kkonċernati, l-istabbiliment fil-livell ta’ 0 % tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK elenkati fil-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="19"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0091"><NO.P>91</NO.P><TXT>B’mod partikolari, kif ġie espost fil-punt 63 iktar ’il fuq, id-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil jipprevedu l-miżuri li għandhom jittieħdu sabiex jiġi amministrat ir-riskju u jiġi żgurat li l-pjanti introdotti u li jiċċirkulaw fl-Unjoni jkunu konformi mar-rekwiżiti tal-parti rilevanti tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat fir-rigward tal-preżenza ta’ PRMK.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0092"><NO.P>92</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, uħud minn dawn id-direttivi jaqsmu l-pjanti intiżi għat-tħawwil f’kategoriji. Bħala eżempju, id-Direttiva 68/193 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja, li fuqha r-rikorrenti jiffokaw l-analiżi tagħhom, taqsam, fl-Artikolu 2(1)D, E, F u G, il-materjal għall-propagazzjoni li jaqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha bħala materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>inizjali<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>bażiku<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/>, materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>iċċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/> u materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/>, rispettivament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0093"><NO.P>93</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, it-tmien premessa tad-Direttiva 68/193 kienet ifformulata kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>Billi jkun mixtieq li jkun limitat it-tqegħid fis-suq ta’ materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli ċċertifikata miksuba minn selezzjoni klonali; billi, madankollu huwa attwalment impossibbli li jkun miksub dan l-għan minħabba li ħtiġiet tal-Komunità ma setgħux ikunu interament koperti minn tali materjal; billi, għalhekk, it-tqegħid fis-suq ta’ materjal standard ivverifikat li jrid ukoll jikkonsisti minn identità u purità tal-varjetà imma li mhux dejjem jippermetti l-istess assigurazzjonijiet bħall-materjal ta’ propagazzjoni miksub minn selezzjoni klonali għandhom ikunu permessi b’mod proviżorju; billi, madankollu, din il-kategorija għandha gradwalment tkun eliminata[.]<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0094"><NO.P>94</NO.P><TXT>Issa, mill-Artikolu 2(1)G, kif ukoll mill-punt 6(c) tat-Taqsima 8 tal-Anness I tad-Direttiva 68/193, kif emendata bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177, jirriżulta li l-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> ta’ materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli hija dejjem ikkummerċjalizzata (ara l-punt 101 iktar ’il fuq). B’mod partikolari, it-tabella li tinsab fil-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat tistabbilixxi livell limitu ta’ preżenza ta’ PRMK għall-materjal ta’ propagazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>inizjali<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>bażiku<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>iċċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/>, minn naħa, u livell limitu għall-materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/>, min-naħa l-oħra.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0095"><NO.P>95</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu, min-naħa tagħhom, li l-effetti li jirriżultaw mill-istabbiliment tal-limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % jikkonċernaw fuq kollox il-kategoriji <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> tal-pjanti intiżi għat-tħawwil. Skont ir-rikorrenti, dawn il-kategoriji jinkludu materjal indiġenu, li huwa s-suġġett ta’ kummerċjalizzazzjoni limitata għal territorji speċifiċi.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0096"><NO.P>96</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-effetti tal-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK, huwa ċertament veru li d-direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni, kif emendati mid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177 (ara l-punti 64 u 65 iktar ’il fuq), jipprevedu ċerti miżuri ta’ risanament ta’ materjal ta’ propagazzjoni għal dan il-għan. Madankollu, kif tesponi l-Kummissjoni, l-ebda waħda minn dawn id-direttivi ma timponi fuq l-operaturi professjonisti kkonċernati l-obbligu li jwettqu risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika li tista’ taffettwa l-bijodiversità bil-modi deskritti mir-rikorrenti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0097"><NO.P>97</NO.P><TXT>B’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>id-Direttiva 66/401 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ żerriegħa ta’ pjanti tal-għalf ġiet emendata bil-għan li teżiġi li l-kultivazzjoni u ż-żerriegħa tal-pjanti tal-għalf kellhom ukoll jissodisfaw ir-rekwiżiti dwar il-preżenza ta’ PRMK stabbiliti permezz tal-Parti A tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, minkejja li ebda rekwiżit addizzjonali ma ġie<?PAGE NO="20"?> hemm previst għal PRMK speċifiċi (ara l-premessa 8, l-Artikolu 1 u l-Anness I tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177);</P></ITEM><ITEM><P>id-Direttiva 66/402 dwar il-marketing taż-żerriegħa tal-ġwież ġiet emendata bil-għan li tipprovdi li l-preżenza ta’ PRMK fl-uċuħ tar-raba’ u ż-żerriegħa kienet tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti B tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Barra minn hekk, il-verżjoni emendata ta’ din id-direttiva tispeċifika n-numru massimu ta’ pjanti simptomatiċi osservati fl-ispezzjonijiet fuq kampjun rappreżentattiv sabiex il-wiċċ tar-raba’ jitqies bħala li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>prattikament eżenti<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> mill-fungu <HT TYPE="ITALIC">Gibberella fujikuroi</HT> Sawada [GIBBFU], kif meħtieġ mill-Parti B tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat (ara l-premessa 10, l-Artikolu 2 u l-Anness II tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177);</P></ITEM><ITEM><P>id-Direttiva 68/193 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja ġiet emendata sabiex tipprevedi, essenzjalment, li d-dwieli parent kif ukoll il-mixtliet kellhom jiġu spezzjonati viżwalment u, jekk ikun il-każ, meħuda kampjuni tagħhom u analizzati sabiex jiġi żgurat li kienu eżenti mill-PRMK elenkati fil-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Jekk tiġi kkonstatata l-preżenza ta’ PRMK jew ta’ sintomi relatati magħhom, l-Anness I tad-Direttiva 68/193, kif emendata, jipprevedi, skont il-PRMK u l-kategorija tal-materjal ta’ propagazzjoni, l-adozzjoni ta’ miżuri bħalma huma l-qtugħ u l-qerda tad-dwieli kkonċernati, l-esklużjoni tagħhom mill-propagazzjoni, it-trattament tal-ilma sħun, it-trattament batteriċida, iż-żamma f’installazzjonijiet għall-eżami tal-insetti li jġorru l-mard, it-tilqim xieraq jew il-fumigazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>id-Direttiva 2002/55 dwar il-marketing ta’ żrieragħ tal-ħxejjex ġiet emendata sabiex tipprovdi li l-preżenza ta’ PRMK fiż-żrieragħ tal-ħxejjex ma taqbiżx, tal-inqas fuq il-bażi ta’ spezzjoni viżwali, il-livelli limiti stabbiliti fil-Parti F tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat (ara l-premessa 14, l-Artikolu 6 u l-Anness VI tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177);</P></ITEM><ITEM><P>id-Direttiva 93/61 li tistabilixxi l-pjani li jindikaw il-kondizzjonijiet li jridu jiġu mħarsa mill-materjal propagattiv ta’ ħaxix u pjanti barra miż-żerriegħa ġiet emendata sabiex tipprovdi li l-preżenza ta’ PRMK f’dawn il-ħxejjex ma taqbiżx, tal-inqas fuq il-bażi ta’ spezzjoni viżwali, il-livelli limiti stabbiliti fil-Parti I tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat (ara l-premessa 12, l-Artikolu 5 u l-Anness V tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177);</P></ITEM><ITEM><P>id-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98, li tistabbilixxi rekwiżiti speċifiċi dwar, b’mod partikolari, it-tqegħid fis-suq ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ pjanti tal-frott u ta’ pjanti tal-frott intiżi għall-produzzjoni tal-frott, ġiet emendata sabiex tipprovdi li l-pjanti parent inizjali, il-materjal inizjali, il-pjanti parent bażiċi, il-materjal bażiku, il-pjanti parent iċċertifikati u l-materjal iċċertifikat kellhom, permezz ta’ spezzjoni viżwali u, fil-każ ta’ dubji, ta’ teħid ta’ kampjun u ta’ analiżi, jiġu kkonstatati bħala eżenti mill-PRMK elenkati fil-Parti J tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat. Jekk il-preżenza ta’ PRMK jew ta’ sintomi marbuta magħhom hija kkonstatata, l-Anness IV tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2014/98, kif emendat, jipprevedi, skont il-PRMK u l-kategorija tal-materjal ta’ propagazzjoni, l-adozzjoni ta’ miżuri bħalma huma t-tneħħija u d-distruzzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti kkonċernati kif ukoll l-analiżi ta’ kampjun rappreżentattiv tal-materjal ta’ propagazzjoni u tal-pjanti asintomatiċi (ara l-premessi 19 sa 23, l-Artikolu 10 u l-Anness X tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177).</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><?PAGE NO="21"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0098"><NO.P>98</NO.P><TXT>Minn dawn il-fatti jirriżulta li, bħalma tosserva l-Kummissjoni, il-livelli limiti tal-preżenza ta’ PRMK stabbiliti skont il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jimplikaw, ċertament, l-obbligu li jiġu adottati ċerti miżuri li jikkonsistu fl-osservanza viżiva tal-pjanti u, fil-każ ta’ dehra ta’ sintomi attribwibbli lill-PRMK, fl-applikazzjoni ta’ miżuri ta’ iġjene jew ta’ trattamenti xierqa. Madankollu, mid-dispożizzjonijiet ikkontestati tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat jew mid-direttivi dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti kkonċernati ma jirriżulta ebda obbligu għall-operaturi professjonisti li jwettqu risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0099"><NO.P>99</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma jinvokaw ebda dispożizzjoni li timponi tali obbligu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0100"><NO.P>100</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, ir-rikorrenti jiffokaw (ara l-punt 75 iktar ’il fuq) fuq l-allegati effetti li l-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat għandha fuq id-diversità tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli infettat minn virus, minn virojdi jew minn mard simili għal virus. Ir-rikorrenti jsostnu li, fl-assenza ta’ miżuri ta’ iġjene jew ta’ prodotti ta’ antivirali xierqa, il-varjetajiet affettwati minn dan il-mard jistgħu jiġu rrisanati biss permezz ta’ metodi bħat-termoterapija, il-kultivazzjoni ta’ meristemi apikali jew l-embrijoġenesi somatika, li jimplikaw, fil-fehma tagħhom, tnaqqis sinjifikattiv tal-bijodiversità intravarjetali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0101"><NO.P>101</NO.P><TXT>Madankollu, huwa biżżejjed li jiġi osservat li, skont il-punti 2 u 3 tat-Taqsima 2 u l-punt 6(c) tat-Taqsima 8 tal-Anness I tad-Direttiva 68/193, kif emendata bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177, wara spezzjoni viżiva, sintomi ta’ dawn il-PRMK huma tollerabbli fuq massimu ta’ 10 % tad-dwieli parent intiżi għall-produzzjoni ta’ materjal ta’ kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, peress li d-dwieli kkonċernati għandhom jiġu esklużi mill-propagazzjoni. Min-naħa l-oħra, mill-punt 5(c) tat-Taqsima 8 tal-istess anness tal-imsemmija direttiva jirriżulta li l-materjal ta’ propagazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>inizjali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>bażiku<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>iċċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/> (ara l-punt 93 iktar ’il fuq) huwa suġġett għal standards iktar stretti fir-rigward tas-sintomi inkwistjoni, anki jekk f’dan il-każ lanqas ma hija prevista ebda selezzjoni ġenetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0102"><NO.P>102</NO.P><TXT>Barra minn hekk, ir-rikorrenti ma jallegawx li l-materjal ta’ kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/> huwa min-natura tiegħu kollu milqut minn PRMK b’mod li l-applikazzjoni ta’ livell limitu ta’ preżenza ta’ 0 % awtomatikament twassal għal obbligu li dawn jiġu esklużi fit-totalità tagħhom mill-propagazzjoni. Il-previżjoni stess tal-limitu massimu ta’ 10 % fil-punt 6(c) tat-Taqsima 8 tal-Anness I tad-Direttiva 68/193, kif emendata bid-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177 (ara l-punt 101 iktar ’il fuq) pjuttost turi l-kuntrarju.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0103"><NO.P>103</NO.P><TXT>Konsegwentement, kif tosserva l-Kummissjoni, il-Parti C tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat la għandha l-għan u lanqas l-effett li timponi fuq l-operaturi professjonisti l-obbligu li jimplimentaw metodi ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika, bħal dawk imsemmija fil-punt 100 iktar ’il fuq, jew li jipprojbixxu l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli li jaqa’ taħt il-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0104"><NO.P>104</NO.P><TXT>Fl-istess kuntest, għandu jingħad ukoll, kif tesponi l-Kummissjoni, li diversi direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil fihom dispożizzjonijiet derogatorji li għandhom preċiżament l-għan li jippromwovu d-diversità ġenetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0105"><NO.P>105</NO.P><TXT>Dawn huma, b’mod partikolari:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>l-Artikolu 3(3)(c) tad-Direttiva 68/193 dwar il-marketing ta’ materjal għall-propagazzjoni veġetattiva tad-dielja;</P></ITEM><?PAGE NO="22"?><ITEM><P>l-Artikolu 8(2)(c) tad-Direttiva 2008/72 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ ħxejjex u ta’ materjal ta’ propagazzjoni ta’ ħxejjex barra ż-żerriegħa; u</P></ITEM><ITEM><P>l-Artikolu 3(4)(c) tad-Direttiva 2008/90 dwar il-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal tal-propagazzjoni tal-pjanti tal-frott u tal-pjanti tal-frott maħsuba għall-produzzjoni tal-frott.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0106"><NO.P>106</NO.P><TXT>Dawn id-dispożizzjonijiet għandhom l-għan li jippermettu l-kummerċjalizzazzjoni ta’ ċerti kwantitajiet ta’ pjanti intiżi għat-tħawwil minkejja l-fatt li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet fitosanitarji relatati magħhom, meta din il-kummerċjalizzazzjoni tkun intiża sabiex tikkontribwixxi għall-konservazzjoni tad-diversità ġenetika.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0107"><NO.P>107</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jsir riferiment ukoll għall-Artikolu 44(2)(a) tad-Direttiva 2002/55 dwar il-marketing ta’ żrieragħ ta’ ħxejjex, li fuq il-bażi tiegħu ġiet adottata d-Direttiva tal-Kummissjoni 2009/145/KE tas-<DATE ISO="20091126">26 ta’ Novembru 2009</DATE>, li tipprevedi ċerti derogi, għall-approvazzjoni ta’ landraces (tipi partikulari) u varjetajiet tal-ħxejjex tradizzjonalment imkabbra f’lokalitajiet u f’reġjuni partikulari u li huma mhedda minn tagħwir ġenetiku u varjetajiet tal-ħxejjex bla ebda valur intrinsiku għall-produzzjoni kummerċjali tal-għelejjel iżda żviluppati biex jitkabbru f’kundizzjonijiet partikulari u t-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-landraces u l-varjetajiet (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="312" PAGE.FIRST="44" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 312, p. 44</REF.DOC.OJ>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0108"><NO.P>108</NO.P><TXT>L-argument tar-rikorrenti bbażat fuq l-allegata ineffettività tal-istabbiliment tal-limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % minħabba l-fatt li dawn l-pesti jistgħu jiġu mifruxa permezz ta’ insetti li jġorru l-mard għandu wkoll jiġi miċħud. Fil-fatt, kif tippreċiża l-Kummissjoni, il-fatt li jiġi previst li kull materjal veġetali intiż għat-tħawwil għandu jkun eżentat minn PRMK skont il-previżjonijiet tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat huwa ta’ natura li jipprekludi t-tixrid tal-pesti inkwistjoni permezz ta’ insetti li jġorru l-mard.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0109"><NO.P>109</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq l-analiżi allegatament defiċjenti tal-impatt ekonomiku tal-PRMK li saret mill-OEPP (ara l-punt 76 iktar ’il fuq), għandu jiġi rrilevat li l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal ta’ propagazzjoni tad-dwieli tal-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/> għal snin twal ma hijiex ta’ natura li tħassar l-eżistenza ta’ impatt ekonomiku inaċċettabbli fuq l-użu previst tal-pjanti intiżi għat-tħawwil minħabba l-preżenza ta’ PRMK fis-sens tal-Artikolu 36(e) tar-Regolament 2016/2031. Fil-fatt, kif jirriżulta mill-istudju li jippreżenta fil-qosor ix-xogħlijiet imwettqa fi ħdan l-OEPP, il-fatt li PRMK huwa diġà preżenti fit-territorju tal-Unjoni jimplika li dan l-impatt seta’ jiġi kkonstatat abbażi ta’ informazzjoni first-hand iddettaljata li kienet diġà disponibbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0110"><NO.P>110</NO.P><TXT>Minn dan jirriżulta wkoll f’dan ir-rigward li, sa fejn il-PRMK diġà huma s-suġġett ta’ skemi ta’ ċertifikazzjoni li jillimitaw l-impatt ekonomiku tal-preżenza tagħhom, l-analiżi relatata magħhom għandha tieħu inkunsiderazzjoni l-impatt li jkun prodott li kieku r-restrizzjonijiet fis-seħħ jitneħħew. Għalhekk, l-evalwazzjoni tal-impatt ekonomiku kienet ibbażata fuq informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet nazzjonali ta’ protezzjoni tal-pjanti kif ukoll mill-partijiet ikkonċernati li intervjenew fil-proċedura ta’ evalwazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0111"><NO.P>111</NO.P><TXT>Sa fejn l-analiżi tal-OEPP hija kkontestata minħabba l-allegat nuqqas li tieħu inkunsiderazzjoni l-għajbien imminenti ta’ materjal ta’ propagazzjoni li jaqa’ taħt il-kategorija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>standard<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> minħabba l-ispejjeż ta’ risanament eċċessivi, dan l-argument għandu jiġi miċħud għar-raġunijiet esposti fil-punti 90 sa 108 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="23"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0112"><NO.P>112</NO.P><TXT>Konsegwentement, ma hemmx lok li tintlaqa’ t-talba tar-rikorrenti li tiġi adottata l-miżura istruttorja marbuta man-nomina ta’ espert.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0113"><NO.P>113</NO.P><TXT>Minn dawn l-evalwazzjonijiet jirriżulta li l-ewwel ilment tar-rikorrenti, ibbażat fuq ksur tal-Artikolu 36(e) u (f) tar-Regolament 2016/2031, minħabba l-allegati konsegwenzi negattivi li għandhom għall-bijodiversità l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li l-livell limitu inkwistjoni jimponi l-implimentazzjoni tal-metodi ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika tal-pjanti intiżi għat-tħawwil. Minħabba f’hekk, dan l-ilment għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0114"><NO.P>114</NO.P><TXT>Għall-istess raġunijiet, għandu wkoll jiġi miċħud it-tieni lment, ibbażat fuq il-fatt li l-Kummissjoni ma ħaditx inkunsiderazzjoni l-ispiża tal-miżuri ta’ risanament li saru neċessarji wara l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK elenkati fil-livell ta’ 0 %, li jikkostitwixxi ksur tal-Artikolu 36(f) tar-Regolament 2016/2031 (ara l-punt 83 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0115"><NO.P>115</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, l-argumenti tar-rikorrenti dwar l-ispejjeż allegatament eċċessivi tal-miżuri ta’ risanament ikkawżati mill-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza tal-PRMK fil-livell ta’ 0 % huma bbażati wkoll fuq il-premessa li r-risanament inkwistjoni għandu jsir permezz ta’ selezzjoni ġenetika. Issa, kif jirriżulta mill-punti 90 sa 113 iktar ’il fuq, din il-premessa hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0116"><NO.P>116</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, bħalma ssostni l-Kummissjoni, minn qari flimkien tal-Artikolu 36(e) u (f) u tal-Artikolu 37(8) tar-Regolament 2016/2031 jirriżulta li l-eżistenza ta’ miżuri realizzabbli u effikaċi sabiex tiġi evitata l-preżenza ta’ pest fil-pjanti intiżi għat-tħawwil tikkostitwixxi kundizzjoni sabiex dan il-pest jiġi inkluż fil-lista tal-PRMK u ma tikkonċernax il-possibbiltà li jiġi stabbilit limitu ta’ preżenza ta’ dan il-pest f’livell ogħla minn 0 %. Issa, ir-rikorrenti ma jitolbux l-annullament tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat sa fejn, skont dawn, il-Kummissjoni stabbilixxiet il-lista ta’ PRMK, iżda biss sa fejn il-partijiet inkwistjoni stabbilixxew limiti ta’ preżenza tal-imsemmija pesti fil-livell ta’ 0 %.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0117"><NO.P>117</NO.P><TXT>Min-natura żbaljata tal-premessa li fuqha huwa bbażat l-ewwel ilment ta’ dan il-motiv jirriżulta wkoll li l-eċċezzjoni ta’ illegalità mqajma kontra l-Artikoli 36 u 37 tar-Regolament 2016/2031 għandha tiġi miċħuda. Fil-fatt, insostenn tal-imsemmija eċċezzjoni, ir-rikorrenti jsostnu, essenzjalment, li dawn id-dispożizzjonijiet huma vvizzjati bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità peress li huma ma pprekludewx lill-Kummissjoni milli timponi, billi jistabbilixxu l-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 %, obbligi sproporzjonati marbuta mar-risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika. Issa, peress li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat la għandu l-għan u lanqas l-effett li jimponi tali obbligi, l-ilment ibbażat fuq il-fatt li d-dispożizzjonijiet inkwistjoni tar-Regolament 2016/2031 huma vvizzjati bi ksur tal-prinċipju ta’ proporzjonalità jew bi ksur ta’ xi obbligu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>tiġi protetta l-art<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/> għandu, fi kwalunkwe każ, jiġi miċħud bħala ineffettiv (ara l-punt 78 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0118"><NO.P>118</NO.P><TXT>Fir-rigward tat-tielet ilment ibbażat fuq l-assenza ta’ analiżi tal-impatt (ara l-punt 79 iktar ’il fuq), dan huwa wkoll iddestinat li ma jirnexxix, sa fejn jibbaża ruħu fuq l-allegati konsegwenzi dannużi għall-bijodiversità u fuq l-ispejjeż allegatament eċċessivi tal-miżuri ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika meħtieġa mill-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 %, allegazzjonijiet li huma madankollu infondati (ara l-punti 90 sa 113 iktar ’il fuq).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0119"><NO.P>119</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-argument ibbażat fuq il-ksur tal-obbligu ta’ motivazzjoni, għandu jitfakkar li l-motivazzjoni meħtieġa mill-Artikolu 296 TFUE għandha tkun adattata għan-natura tal-att inkwistjoni u għandha turi b’mod ċar u inekwivoku r-raġunament tal-istituzzjoni, awtriċi tal-att,<?PAGE NO="24"?> b’mod li tippermetti lill-persuni kkonċernati li jagħrfu r-raġunijiet għat-teħid tal-miżura adottata u lill-qorti tal-Unjoni li teżerċita l-istħarriġ tagħha. Ma huwiex meħtieġ li l-motivazzjoni tispeċifika l-punti kollha ta’ fatt u ta’ liġi rilevanti, sa fejn il-kwistjoni dwar jekk il-motivazzjoni ta’ att tissodisfax ir-rekwiżiti tal-Artikolu 296 KE għandha tiġi evalwata fid-dawl mhux biss tal-formulazzjoni ta’ dan l-att, imma wkoll tal-kuntest tiegħu kif ukoll tar-regoli ġuridiċi kollha li jirregolaw il-qasam ikkonċernat. F’dan ir-rigward tal-aħħar, meta l-każ ikun jirrigwarda, bħal fil-każ preżenti, att ta’ applikazzjoni ġenerali, il-motivazzjoni tista’ sempliċement tindika, minn naħa, is-sitwazzjoni sħiħa li wasslet għall-adozzjoni tiegħu u, min-naħa l-oħra, l-għanijiet ġenerali li huwa jfittex li jilħaq (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, <NAME.CASE>Spanja vs Il-Kunsill</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑310/04</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2006:521">EU:C:2006:521</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0057">57</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0058">58</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0120"><NO.P>120</NO.P><TXT>Issa, għandu jiġi kkonstatat li l-premessi 12 sa 15 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat (ara l-punti 86 sa 88 iktar ’il fuq) jindikaw b’ċarezza l-kuntest tal-adozzjoni tiegħu u l-għanijiet li huwa jfittex jilħaq. Barra minn hekk, il-kontenut tad-Direttiva ta’ Implimentazzjoni 2020/177 jikkonferma l-fatt li r-rekwiżiti sanitarji rrakkomandati mill-OEPP għall-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil wara li jiġi stabbilit il-limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % ma kinux jipprevedu risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika. Konsegwentement, il-Kummissjoni ma kellhiex għalfejn timmotiva l-adozzjoni tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat b’riferiment għall-ispiża ta’ tali metodi ta’ risanament jew għall-allegati konsegwenzi tagħhom fuq il-bijodiversità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0121"><NO.P>121</NO.P><TXT>Għalhekk isegwi li l-ewwel motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni motiv, ibbażat fuq il-ksur tat-TIRPIA</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0122"><NO.P>122</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-istabbiliment ta’ limitu ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % fuq il-varjetajiet indiġeni tal-pjanti jikser l-Artikolu 9(3) tat-TIRPIA. Din id-dispożizzjoni tiggarantixxi lill-bdiewa d-drittijiet ta’ konservazzjoni, ta’ użu, ta’ skambju u ta’ bejgħ ta’ żrieragħ tar-razzett jew ta’ materjal ta’ propagazzjoni. Issa, is-selezzjoni ġenetika imposta skont il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat għall-finijiet tar-risanament meħtieġ tikkomprometti l-konservazzjoni tal-pool ġenetiku tar-riżorsi tal-pjanti sal-punt li tneħħi s-sustanza tad-drittijiet li l-bdiewa għandhom igawdu skont id-dispożizzjoni msemmija iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0123"><NO.P>123</NO.P><TXT>Bħall-ewwel wieħed, it-tieni motiv huwa bbażat fuq il-premessa żbaljata li l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza tal-PRMK elenkati fil-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat fil-livell ta’ 0 % jinvolvi obbligu ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika tal-pjanti intiżi għat-tħawwil li huma kkonċernati mill-partijiet inkwistjoni. Għaldaqstant, dan il-motiv għandu jiġi miċħud għal din ir-raġuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0124"><NO.P>124</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, l-eżami tal-validità ta’ att tad-dritt tal-Unjoni fir-rigward ta’ trattat internazzjonali jirrikjedi, b’mod partikolari, li d-dispożizzjoni invokata tinkludi obbligu ċar u preċiż li ma huwiex suġġett, fl-implimentazzjoni jew fl-effetti tiegħu, għall-adozzjoni ta’ xi att sussegwenti (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20111221">21 ta’ Diċembru 2011</DATE>, <NAME.CASE>Air Transport Association of America <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑366/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:864">EU:C:2011:864</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0125"><NO.P>125</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 9 tat-TIRPIA jipprovdi li l-partijiet kontraenti għandhom <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>skont kif xieraq u bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> jieħdu miżuri sabiex jipproteġu u jippromwovu d-drittijiet tal-bdiewa.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="25"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0126"><NO.P>126</NO.P><TXT>It-tieni paragrafu ta’ dan l-artikolu jipprovdi li, b’mod partikolari, skont il-bżonnijiet u l-prioritajiet tagħha, kull parti kontraenti għandha <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>skont kif xieraq u bla ħsara għal-leġiżlazzjoni nazzjonali<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/> tieħu l-miżuri sabiex tipproteġi u tippromwovi d-drittijiet tal-bdiewa, u inkluż</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>il-protezzjoni tal-għarfien tradizzjonali rilevanti għar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura;</P></ITEM><ITEM><P>id-dritt li jipparteċipaw b’mod ġust fil-qsim tal-vantaġġi riżultanti mill-użu tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura;</P></ITEM><ITEM><P>id-dritt li jipparteċipaw fit-teħid tad-deċiżjonijiet, fil-livell nazzjonali, fuq il-kwistjonijiet relatati mal-konservazzjoni u l-użu sostenibbli tar-riżorsi ġenetiċi tal-pjanti għall-ikel u l-agrikoltura.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0127"><NO.P>127</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, l-Artikolu 9(3) tat-TIRPIA, invokat mir-rikorrenti, jipprevedi li xejn f’dan l-Artikolu 9 ma għandu jiġi interpretat fis-sens li jillimita d-drittijiet li jista’ jkollhom il-bdiewa li jikkonservaw, li jużaw, li jiskambjaw u li jbigħu żrieragħ tar-razzett jew materjal ta’ propagazzjoni, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-leġiżlazzjoni nazzjonali u skont kif xieraq<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0128"><NO.P>128</NO.P><TXT>Huwa ċertament veru li l-Artikolu 9(3) tat-TIRPIA għandu l-għan li jeskludi li dan l-istess Artikolu 9 jiġi interpretat b’mod li jillimita d-drittijiet li jista’ jkollhom il-bdiewa li jikkonservaw, li jużaw, li jiskambjaw u li jbigħu żrieragħ tar-razzett jew materjal ta’ propagazzjoni. Madankollu, dawn id-drittijiet tal-aħħar ma humiex iggarantiti mill-Artikolu 9(3) tat-TIRPIA. Fil-fatt, kif jipprevedi espressament l-Artikolu 9(3) tat-TIRPIA, dawn id-drittijiet, sa fejn huma mogħtija mil-leġiżlazzjoni nazzjonali, għandhom jiġu eżerċitati bla ħsara għad-dispożizzjonijiet ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0129"><NO.P>129</NO.P><TXT>Konsegwentement, l-Artikolu 9(3) tat-TIRPIA ma jinvolvi ebda obbligu għall-Unjoni, b’mod li l-legalità tar-Regolament 2016/2031 jew tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat ma tistax, fi kwalunkwe każ, tiġi evalwata fid-dawl ta’ din id-dispożizzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120712">12 ta’ Lulju 2012</DATE>, <NAME.CASE>Association Kokopelli</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑59/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:447">EU:C:2012:447</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0090">90</REF.NP.ECR> sa <REF.NP.ECR REF="NP0092">92</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0130"><NO.P>130</NO.P><TXT>Għalhekk, hemm lok li t-tieni motiv jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet motiv, ibbażat fuq il-ksur tar-Regolament 2018/848</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0131"><NO.P>131</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jesponu li l-istabbiliment ta’ limitu ta’ preżenza fil-livell ta’ 0 % ta’ PRMK fuq il-varjetajiet indiġeni ta’ pjanti jikser l-Artikolu 13 tar-Regolament 2018/848. Bil-għan li tiġi ppreżervata l-varjabbiltà ġenetika tal-pjanti, din id-dispożizzjoni tippermetti l-kummerċjalizzazzjoni tal-materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal eteroġenju bijoloġiku mingħajr ma tikkonforma ruħha mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u mal-kategoriji ta’ ċertifikazzjoni tal-materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>prebażiku<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>bażiku<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>iċċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/>, jew mar-rekwiżiti għall-kategoriji l-oħra, li huma stipulati fid-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni tal-pjanti intiżi għat-tħawwil.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0132"><NO.P>132</NO.P><TXT>Qabelxejn, għandu jiġi rrilevat li, peress li huwa tal-istess grad bħar-Regolament 2016/2031, ir-Regolament Nru 2018/848 ma jistax jiġi invokat sabiex tiġi kkontestata l-validità tal-ewwel wieħed minn dawn ir-regolamenti. Għaldaqstant, dan il-motiv jista’ jinftiehem biss bħala li jirreferi esklużivament għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="26"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0133"><NO.P>133</NO.P><TXT>Sussegwentement, huwa ċertament veru li l-premessa 18 tar-Regolament 2018/848 jirreferi għall-ħtieġa li jkun hemm enfasi fuq il-prestazzjoni agronomika, id-diversità ġenetika, ir-reżistenza għall-mard, it-tul tal-ħajja u l-adattament għad-diversi kundizzjonijiet tal-ħamrija u l-klima lokali, u li jiġu osservati l-limiti naturali għall-inkroċjar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0134"><NO.P>134</NO.P><TXT>B’hekk, skont il-premessa 36 tar-Regolament 2018/848, l-attivitajiet ta’ riċerka tal-Unjoni dwar il-materjal riproduttiv tal-pjanti li ma jissodisfax id-definizzjoni tal-varjetà fir-rigward tal-uniformità juru li l-użu ta’ dan il-materjal jista’ jkollu benefiċċji, partikolarment fir-rigward tal-produzzjoni organika, pereżempju sabiex jitnaqqas it-tixrid tal-mard, sabiex tittejjeb ir-reżiljenza u sabiex tiżdied il-bijodiversità.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0135"><NO.P>135</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, il-premessa 37 tar-Regolament 2018/848 tesponi li l-materjal riproduttiv tal-pjanti li ma jappartjenix għal varjetà, iżda li pjuttost jappartjeni għal grupp ta’ pjanti fi ħdan klassifika botanika unika b’livell għoli ta’ diversità ġenetika u fenotipika bejn l-unitajiet riproduttivi individwali, għandi jkun jista’ jintuża fil-produzzjoni bijoloġika. Huwa għal din ir-raġuni li, skont din l-istess premessa, il-leġiżlatur awtorizza lill-operaturi sabiex jikkummerċjalizzaw materjal riproduttiv ta’ pjanti ta’ materjal eteroġenju bijoloġiku mingħajr ma jkollhom jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni u mal-kategoriji ta’ ċertifikazzjonijiet tal-materjal <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>prebażiku<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>bażiku<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>iċċertifikat<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/> jew mar-rekwiżiti għall-kategoriji l-oħra stipulati fid-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0136"><NO.P>136</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, l-Artikolu 13 tar-Regolament 2018/848 huwa fformulat kif ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal eteroġenju organiku jista’ jiġi kummerċjalizzat mingħajr ma jikkonforma mar-rekwiżiti għar-reġistrazzjoni u mingħajr ma jikkonforma mal-kategoriji ta’ ċertifikazzjoni għal materjal prebażiku, bażiku u ċċertifikat jew mar-rekwiżiti għal kategoriji oħra, li huma stabbiliti fid-Direttivi [66/401], [66/402], [68/193], 98/56/KE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, [2002/55], 2002/56/KE, 2002/57/KE, [2008/72] u [2008/90] jew atti adottati skont dawk id-Direttivi.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="013.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Materjal riproduttiv tal-pjanti ta’ materjal eteroġenju organiku kif imsemmi fil-paragrafu 1 jista’ jiġi kummerċjalizzat b’segwitu għal notifika ta’ materjal eteroġenju organiku mill-fornitur lill-korpi uffiċjali responsabbli msemmija fid-Direttivi [66/401], [66/402], [68/193], 98/56/KE, 2002/53/KE, 2002/54/KE, [2002/55], 2002/56/KE, 2002/57/KE, [2008/72] u [2008/90] […]<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0137"><NO.P>137</NO.P><TXT>L-Artikolu 13(2) tar-Regolament 2018/848 jipprevedi wkoll il-kontenut essenzjali tan-notifika msemmija f’din l-istess dispożizzjoni kif ukoll ir-regoli proċedurali relatati magħha, filwaqt li l-paragrafu 3 tal-istess artikolu jawtorizza lill-Kummissjoni tipprevedi regoli li jirregolaw il-produzzjoni u l-kummerċjalizzazzjoni ta’ materjal riproduttiv ta’ pjanti ta’ materjal eteroġenju bijoloġiku ta’ ġeneri jew speċi partikolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0138"><NO.P>138</NO.P><TXT>Għalhekk, pjuttost milli jqiegħed fid-dubju l-legalità tal-istabbiliment tal-livelli limiti ta’ preżenza ta’ PRMK skont il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, l-Artikolu 13 tar-Regolament Nru 2018/848 jippermetti, bħala eċċezzjoni u f’kuntest strettament iddefinit, li jiġi kkummerċjalizzat materjal riproduttiv ta’ pjanti ta’ materjal eteroġenju bijoloġiku mingħajr ma jkun jissodisfa r-rekwiżiti stipulati fid-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni. Minn dan isegwi li din id-dispożizzjoni ma tistax tiġi invokata sabiex tiġi kkontestata l-legalità tal-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat, sa fejn, skont dawn, il-limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fil-pjanti intiżi għat-tħawwil ġew stabbiliti fil-livell ta’ 0 %.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="27"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0139"><NO.P>139</NO.P><TXT>Għaldaqstant, it-tielet motiv għandu jiġi miċħud.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq ir-raba’ motiv, ibbażat fuq l-inkompatibbiltà tal-partijiet kontenzjużi tal‑Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat mal-politika agrikola komuni</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0140"><NO.P>140</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jsostnu li l-istabbiliment tal-limiti ta’ preżenza ta’ PRMK fil-livell ta’ 0 % skont il-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>jirrendi impossibbli, minħabba l-proċess ta’ selezzjoni ġenetika ta’ numru żgħir ta’ speċi li jimponi, li wieħed jikkonforma ruħu mal-obbligu ta’ prevenzjoni tal-introduzzjoni ta’ speċi mhux indiġeni, impost skont dispożizzjonijiet speċifiċi tad-Direttiva tal-Kunsill 92/43/KEE tal-<DATE ISO="19920521">21 ta’ Mejju 1992</DATE> dwar il-konservazzjoni ta’ l-habitat naturali u tal-fawna u l-flora selvaġġa (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 102);</P></ITEM><ITEM><P>imur kontra l-politika ta’ preżervazzjoni tar-riżorsi tal-pjanti awtoktoni mhux irrisanati, implimentata skont ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-<DATE ISO="20121121">21 ta’ Novembru 2012</DATE>, dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="343" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2012">ĠU 2012, L 343, p. 1</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>jikser il-prinċipju ta’ żvilupp sostenibbli agrikolu u t-titjib tal-bijodiversità veġetali, iffinanzjati taħt strumenti li jaqgħu taħt ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-<DATE ISO="20131217">17 ta’ Diċembru 2013</DATE> dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="487" DATE.PUB="2013">ĠU 2013, L 347, p. 487</REF.DOC.OJ>);</P></ITEM><ITEM><P>ma huwiex koerenti fir-rigward, l-ewwel, tar-regoli tad-dritt internazzjonali kif ukoll tad-dritt tal-Unjoni intiżi sabiex jippreżervaw il-bijodiversità agrikola, it-tieni, tar-regoli tad-dritt tal-Unjoni intiżi sabiex jippreżervaw il-habitats seminaturali u l-iżvilupp rurali u, it-tielet, tad-direttivi li jirregolaw il-kummerċjalizzazzjoni taż-żrieragħ u tal-materjal riproduttiv tal-pjanti tal-frott.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0141"><NO.P>141</NO.P><TXT>Qabelxejn għandu jiġi rrilevat li, peress li huma tal-istess grad bħar-Regolament 2016/2031, ir-regolamenti msemmija fl-ewwel sat-tielet inċiż tal-punt 140 iktar ’il fuq, ma jistgħux jiġu invokati sabiex tiġi kkontestata l-validità tiegħu. Għaldaqstant, dan il-motiv jista’ jinftiehem biss bħala li jirreferi esklużivament għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0142"><NO.P>142</NO.P><TXT>Issa, mill-argumenti kollha mressqa insostenn ta’ dan il-motiv, jirriżulta li dan il-motiv huwa bbażat, huwa wkoll, fuq l-ipoteżi li l-istabbiliment tal-limitu ta’ preżenza tal-PRMK elenkati fil-partijiet kontenzjużi tal-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni kkontestat fil-livell ta’ 0 % jimplika obbligu ta’ risanament permezz ta’ selezzjoni ġenetika tal-pjanti intiżi għat-tħawwil, ikkonċernati mill-partijiet inkwistjoni, li jikkawża konsegwenzi dannużi għall-bijodiversità. Issa, kif jirriżulta mill-analiżi li saret tal-ewwel motiv (ara l-punti 90 sa 113 iktar ’il fuq), din il-premessa hija żbaljata.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0143"><NO.P>143</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dawn il-kunsiderazzjonijiet premessi, hemm lok li r-raba’ motiv jiġi miċħud u, konsegwentement, ir-rikors jiġi miċħud fl-intier tiegħu.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="28"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Dwar l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0144"><NO.P>144</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li dawn jiġu kkundannati għall-ispejjeż tal-Kummissjoni, kif mitlub minn dik l-istituzzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0145"><NO.P>145</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 138(1) tar-Regoli tal-Proċedura, l-istituzzjonijiet li jintervjenu fil-kawża għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom. Għaldaqstant hemm lok li jiġi deċiż li l-Parlament u l-Kunsill għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn ir-raġunijiet,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (Id-Disa’ Awla)</P><P>taqta’ u tiddeċiedi:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Società agricola Vivai Maiorana Ss, Confederazione Italiana Agricoltori – CIA u MIVA – Moltiplicatori Italiani Viticoli Associati għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż tagħhom stess, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-Parlament Ewropew u l-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Costeira</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Gratsias</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Kancheva</P></SIGNATORY><P>Mogħtija f’qorti bil-miftuħ fil-Lussemburgu, fid-<DATE ISO="20210929">29 ta’ Settembru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>