|
8.2.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 33/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/207
tat-3 ta' Ottubru 2016
dwar il-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni li jsir provvediment għalih fir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 55(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Sabiex il-Kummissjoni tingħata sostenn fil-monitoraġġ u l-evalwazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tar-Regolamenti Speċifiċi li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 2 tiegħu, u sabiex tkun tista' ssir analiżi integrata fil-livell tal-Unjoni, l-Istati Membri għandhom isegwu approċċ uniformi, safejn ikun possibbli, meta jkunu qegħdin jagħmlu attivitajiet ta' monitoraġġ u ta' evalwazzjoni. |
|
(2) |
L-esperti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mill-Istati Membri kkooperaw mal-Kummissjoni fl-iżvilupp tal-indikaturi komuni tar-riżultat u tal-impatt, li għandhom jintużaw biex jivvalutaw l-implimentazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u tar-Regolamenti Speċifiċi. Dawn l-indikaturi jikkumplimentaw il-lista ta' indikaturi komuni li ssir referenza għalihom fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, (3) u l-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4). |
|
(3) |
L-esperti tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni mill-Istati Membri kkooperaw mal-Kummissjoni fl-iżvilupp ta' mistoqsijiet komuni ta' evalwazzjoni għall-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali implimentati mill-Istati Membri. Il-mistoqsijiet tal-evalwazzjoni huma konformi mar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 55(3) u (6) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. |
|
(4) |
Ir-Renju Unit u l-Irlanda huma marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014 u b'hekk huma marbuta b'dan ir-Regolament. |
|
(5) |
Id-Danimarka mhix marbuta bir-Regolament (UE) Nru 514/2014, u lanqas b'dan ir-Regolament, u mhix soġġetta għall-applikazzjoni tagħhom. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Kull Stat Membru għandu jinnomina, fi ħdan l-Awtorità Responsabbli, koordinatur b'funzjonijiet ta' monitoraġġ u evalwazzjoni u għandu jiddefinixxi l-kompiti tiegħu.
Il-koordinaturi tal-monitoraġġ u l-evalwazzjoni għandhom, permezz ta' netwerking iffaċilitat mill-Kummissjoni:
|
(a) |
jiskambjaw għarfien espert dwar l-aħjar prassi għall-monitoraġġ u l-evalwazzjoni; |
|
(b) |
jikkontribwixxu fl-implimentazzjoni tal-qafas komuni ta' monitoraġġ u evalwazzjoni kif stabbilit fl-Artikolu 55 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u kkumplimentati minn dan ir-Regolament; |
|
(c) |
jiffaċilitaw l-evalwazzjoni tal-implimentazzjoni tal-programmi nazzjonali kif stabbilit fl-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 u kkumplimentati minn dan ir-Regolament; kif ukoll |
|
(d) |
jikkollaboraw mal-Kummissjoni biex jiġi żviluppat dokument li jipprovdi gwida dwar kif għandha ssir l-evalwazzjoni li ssir referenza għaliha fl-Artikolu 56(3) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014. |
Artikolu 2
1. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 57(1) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014 għandhom isegwu l-mudell li għandu jiġi żviluppat mill-Kummissjoni, li jkun jinkludi l-mistoqsijiet ta' evalwazzjoni stipulati fl-Anness I u fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.
2. Ir-rapporti ta' evalwazzjoni għandhom jużaw l-indikaturi stabbiliti fl-Annessi III u IV. Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi d-definizzjoni, is-sors u l-bażi tal-indikaturi elenkati fl-Annessi III u IV fid-dokument li jipprovdi gwida dwar kif għandhom isiru l-evalwazzjonijiet li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 56(3) tar-Regolmant (UE) Nru 514/2014.
3. L-Istati Membri għandhom jippreżentaw ir-rapporti ta' evalwazzjoni permezz tas-sistema ta' skambju elettroniku ta' dejta (“SFC2014”) stabbilita bl-Artikolu 2 tar-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 (5).
4. Skont l-Artikolu 12(3) u (4) tar-Regolament (UE) Nru 514/2014, l-Awtorità Responsabbli għandha tikkonsulta lill-kumitat ta' monitoraġġ dwar ir-rapporti ta' implimentazzjoni annwali u dwar is-segwitu għall-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet magħmula fir-rapporti ta' evalwazzjoni qabel mad-dokumenti jiġu ppreżentati lill-Kummissjoni.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f' Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri skont it-Trattati.
Magħmula fi Brussell, it-3 ta' Ottubru 2016.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Jean-Claude JUNCKER
(1) ĠU L 150, 20.5.2014, p. 112.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni ta' kriżi u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 93)..
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 515/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 574/2007/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 143).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 516/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi l-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, li jemenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/381/KE u li jħassar id-Deċiżjonijiet Nru 573/2007/KE u Nru 575/2007/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/435/KE (ĠU L 150, 20.5.2014, p. 168).
(5) Ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 802/2014 tal-24 ta' Lulju 2014 li jistabbilixxi mudelli għal programmi nazzjonali u li jistabbilixxi t-termini u l-kundizzjonijiet tas-sistema tal-iskambju tad-dejta elettronika bejn il-Kummissjoni u l-Istati Membri skont ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżijiet (ĠU L 219, 25.7.2014, p. 22).
ANNESS I
Il-lista tal-mistoqsijiet għar-rapporti ta' evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, dwar il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
Effikaċja
|
(1) |
Sa liema punt il-Fond għall-Ażil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni (“il-Fond”) laħaq l-objettivi definiti fir-Regolament (UE) Nru 516/2014?
|
Effiċjenza (L-objettivi ġenerali tal-Fond intlaħqu bi spiża raġonevoli?)
|
(2) |
Sa liema punt ir-riżultati tal-Fond intlaħqu bi spiża raġjonevoli f'dak li għandu x'jaqsam mar-riżorsi finanzjarji u umani użati? Liema miżuri ġew stabbiliti sabiex jiġu evitati, jinqabdu, irrappurtati u segwiti każijiet ta' frodi u irregolaritajiet oħra, u kemm kienu effikaċi? |
Relevanza (L-objettivi tal-interventi ffinanzjati mill-Fond jikkorrispondu għall-ħtiġijiet reali?)
|
(3) |
L-objettivi stabbiliti mill-Istat Membru fil-programm nazzjonali rrispondew għall-ħtiġijiet identifikati? L-objettivi stabbiliti fil-Programm ta' Ħidma Annwali (l-Azzjonijiet tal-Unjoni) kienu jindirizzaw il-ħtiġijiet attwali? L-objettivi stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali (l-Assistenza ta' Emerġenza) kienu jindirizzaw il-ħtiġijiet reali? Liema miżuri stabbilixxa l-Istat Membru biex jindirizza l-ħtiġijiet li qegħdin jinbidlu? |
Koerenza (L-objettivi stabbiliti fil-programm nazzjonali tal-Fond kienu koerenti ma' dawk stabbiliti fi programmi oħra ffinanzjati minn riżorsi tal-UE u li japplikaw għal oqsma simili ta' xogħol? Ġiet żgurata wkoll koerenza waqt l-implimentazzjoni tal-Fond?)
|
(4) |
Saret valutazzjoni ta' interventi oħrajn b'objettivi simili, u din ittieħdet inkonsiderazzjoni waqt l-istadju ta' pprogrammar? Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni, bejn il-Fond u interventi oħrajn b'objettivi simili, għall-perjodu ta' implimentazzjoni? L-azzjonijiet implimentati permezz tal-Fond kienu koerenti ma' interventi oħrajn b'objettivi simili mingħajr ma jikkontradixxuhom? |
Komplimentarjetà (L-objettivi stabbiliti fil-programm nazzjonali u l-azzjonijiet korrispondenti implimentati kienu kumplimentari għal dawk stabbiliti fil-qafas ta' politiki oħra — b'mod partikolari dawk segwiti mill-Istat Membru)?
|
(5) |
Saret valutazzjoni ta' interventi oħrajn b'objettivi kumplimentari, u din ittieħdet inkonsiderazzjoni waqt l-istadju ta' pprogrammar? Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn l-Fond u interventi oħrajn b'objettivi simili biex tiġi żgurata l-kumplimentarità tagħhom għall-perjodu ta' implimentazzjoni? Il-mekkaniżmi kienu maħsubin biex jevitaw id-duplikazzjoni ta' strumenti finanzjarji stabbiliti? |
Il-valur miżjud tal-UE (Inkiseb xi valur miżjud permezz tal-appoġġ tal-UE?)
|
(6) |
Liema huma t-tipi ewlenin ta' valur miżjud li jirriżultaw mis-sostenn tal-Fond (il-volum, l-ambitu, ir-rwol, il-proċedura)? Kienu l-Istati Membri jwettqu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati l-politiki tal-UE f'oqsma tal-Fond mingħajr l-appoġġ finanzjarju tal-Fond? X'kienu jkunu l-konsegwenzi l-aktar probabbli li kieku twaqqaf l-appoġġ ipprovdut mill-Fond? Sa liema punt l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond irriżultaw f'benefiċċju fil-livell tal-Unjoni? |
Sostenibbiltà (Huwa probabbli li l-effetti pożittivi tal-proġetti ffinanzjat mill-Fond jibqgħu jinħassu anki meta l-appoġġ mill-Fond jintemm?)
|
(7) |
X'kienu l-miżuri ewlenija adottati mill-Istat Membru biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġetti implimentati bl-appoġġ tal-Fond (kemm fl-istadju ta' pprogrammar kif ukoll dak ta' implimentazzjoni)? Ġew stabbiliti mekkaniżmi sabiex jiġi żgurat il-kontroll tas-sostenibbiltà fl-istadju ta' pprogrammar u ta' implimentazzjoni? Sa liema punt huwa mistenni li r-riżultati u l-benefiċċji tal-azzjonijiet appoġġati mill-Fond ikomplu jinħassu wara dan? |
Simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv (Ġew issimplifikati l-proċeduri ta' ġestjoni tal-Fond, u tnaqqas il-piż amministrattiv għall-benefiċjarji tiegħu?)
|
(8) |
Il-proċeduri innovattivi introdotti mill-Fond (l-għażla tal-ispejjeż issimplifikati, l-ipprogrammar multiannwali, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, aktar programmi nazzjoni komprensivi li jippermettu l-flessibbiltà) wasslu għal simplifikazzjoni, għall-benefiċjarji tal-Fond? |
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1523 tal-14 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u tal-Greċja (ĠU L 239, 15.9.2015, p. 146).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2015/1601 tat-22 ta' Settembru 2015 li tistabbilixxi miżuri proviżorji fil-qasam tal-protezzjoni internazzjonali għall-benefiċċju tal-Italja u l-Greċja (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 80).
ANNESS II
Lista ta' domandi ta' evalwazzjoni għar-rapporti ta' evalwazzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, għall-Fond għas-Sigurtà Interna, kif issir referenza għalihom fl-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
Effettività
|
(1) |
X'kien il-kontribut tal-Fond għas-Sigurtà Interna (“il-Fond”) għall-kisba tal-objettiv ġenerali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 515/2014?
|
|
(2) |
X'kien il-kontribut tal-Fond għall-kisba tal-objettiv ġenerali kif definit fir-Regolament (UE) Nru 513/2014?
|
Effiċjenza (L-objettivi ġenerali tal-Fond inkisbu b'kost raġonevoli?)
|
(3) |
Sa liema punt inkisbu b'kost raġjonevoli r-riżultati mistennija tal-Fond f'dak li għandu x'jaqsam ma' riżorsi finanzjarji u umani użati? Liema miżuri ttieħdu għall-prevenzjoni, id-detezzjoni, ir-rappurtar u s-segwitu ta' każijiet ta' frodi u irregolaritajiet oħra, u dawn kif marru? |
Relevanza (L-objettivi tal-interventi ffinanzjati mill-Fond jikkorrispondu għall-ħtiġijiet reali?)
|
(4) |
L-objettivi stabbiliti mill-Istati Membri fil-programmi nazzjonali tagħhom rrispondew għall-ħtiġijiet identifikati? L-objettivi stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali (l-azzjonijiet tal-Unjoni) kienu jindirizzaw il-ħtiġijiet attwali? L-objettivi stabbiliti fil-programm ta' ħidma annwali (l-assistenza ta' Emerġenza) kienu jindirizzaw il-ħtiġijiet attwali? Liema miżuri stabbiliixa l-Istat Membru biex jindirizza ħtiġijiet li qegħdin jinbidlu? |
Koerenza (L-objettivi stabbiliti fil-programm nazzjonali kienu koerenti ma' dawk stabbiliti fi programmi oħra ffinanzjati minn riżorsi tal-UE u li japplikaw f'oqsma simili ta' ħidma? Il-koerenza ġiet żgurata wkoll waqt l-implimentazzjoni tal-Fond?)
|
(5) |
Saret valutazzjoni ta' interventi oħrajn b'objettivi simili, u din ittieħdet f'kunsiderazzjoni fl-istadju ta' pprogrammar? Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn il-Fond u interventi oħrajn b'għanijiet simili għall-perjodu ta' implimentazzjoni? L-azzjonijiet implimentati permezz tal-Fond kienu koerenti ma' interventi oħrajn b'għanijiet simili, u mingħajr kontradizzjoni magħhom? |
Komplimentarjetà (L-objettivi stabbiliti fil-programm nazzjonali u l-azzjonijiet korrispondenti implimentati kienu kumplimentari għal dawk stabbiliti fil-qafas ta' politiki oħra — b'mod partikolari dawk segwiti mill-Istat Membru?)
|
(6) |
Saret valutazzjoni ta' interventi oħrajn b'objettivi kumplimentari u din ittieħdet f'kunsiderazzjoni fl-istadju ta' pprogrammar? Ġew stabbiliti mekkaniżmi ta' koordinazzjoni bejn il-Fond u interventi oħrajn b'objettivi simili għall-perjodu ta' implimentazzjoni sabiex tiġi żgurata l-kumplimentarjetà tagħhom għall-perjodu ta' implimentazzjoni? Il-mekkaniżmi kienu maħsubin biex jevitaw duplikazzjoni ta' strumenti finanzjarji stabbiliti? |
Valur miżjud tal-UE (Inkiseb xi valur miżjud permezz tal-appoġġ tal-UE?)
|
(7) |
Liema huma t-tipi ewlenin ta' valur miżjud li jirriżultaw mis-sostenn tal-Fond (il-volum, l-ambitu, ir-rwol, il-proċess)? L-Istati Membri kienu jkunu jistgħu jwettqu l-azzjonijiet meħtieġa biex jiġu implimentati l-politiki tal-UE fl-oqsma sostnuti mill-Fond mingħajr is-sostenn finanzjarju tiegħu? X'ikunu l-aktar konsegwenzi probabbli ta' interruzzjoni tas-sostenn ipprovdut mill-Fond? Sa liema punt l-azzjonijiet appoġġati mill-Fond irriżultaw f'benefiċċju fil-livell tal-Unjoni? X'kien il-valur miżjud tas-sostenn operattiv? |
Sostenibbiltà (Huwa probabbli li l-effetti pożittivi tal-proġetti sostnuti mill-Fond jibqgħu jinħassu meta s-sostenn tiegħu jintemm?)
|
(8) |
X'kienu l-miżuri ewlenija adottati mill-Istat Membru biex tiġi żgurata s-sostenibbiltà tar-riżultati tal-proġetti implimentati b'sostenn tal-Fond (kemm fl-istadju ta' pprogrammar kif ukoll dak ta' implimentazzjoni)? Ġew stabbiliti mekkaniżmi biex ikun hemm żgur kontroll ta' sostenibbiltà fl-istadju ta' pprogrammar u ta' implimentazzjoni? Sa liema punt huwa mistenni li r-riżultati u l-benefiċċji tal-azzjonijiet sostnuti mill-Fond ikomplu jinħassu wara dan? Liema miżuri ttieħdu sabiex tiġi żgurata l-kontinwità tal-attivitajiet imwettqa bis-saħħa tas-sostenn operattiv? |
Simplifikazzjoni u tnaqqis tal-piż amministrattiv (Ġew issimplifikati l-proċeduri ta' ġestjoni tal-Fond, u l-piż amministrattiv għall-benefiċjarji tiegħu tnaqqsu?)
|
(9) |
Il-proċeduri innovattivi introdotti mill-Fond (l-għażla ssimplifikata tal-kosti, l-ipprogrammar pluriennali, ir-regoli nazzjonali ta' eliġibbiltà, aktar programmi nazzjonali komprensivi li jippermettu l-flessibbiltà, l-appoġġ operattiv u l-Iskema Speċjali ta' Tranżitu għal-Litwanja) wasslu għal simplifikazzjoni għall-benefiċjarji tal-Fond? |
ANNESS III
Lista ta' indikaturi komuni tar-riżultat u tal-impatt għar-rapporti ta' evalwazzjoni mill-Istati Membri u mill-Kummissjoni, kif imsemmi fl-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
Indikaturi għall-evalwazzjoni tal-objettivi speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 516/2014
1. L-indikaturi skont l-objettivi speċifiċi
|
(a) |
It-tisħiħ u l-iżvilupp tal-aspetti kollha tas-Sistema Ewropea Komuni tal-Ażil, inkluż id-dimensjoni esterna tagħha.
|
|
(b) |
L-appoġġ għall-migrazzjoni legali lejn l-Istati Membri f'konformità mal-ħtiġijiet ekonomiċi u soċjali tagħhom, bħalma huma l-ħtiġijiet tas-suq tax-xogħol, filwaqt li tiġi ssalvagwardjata l-integrità tas-sistemi ta' immigrazzjoni tal-Istati Membri, u l-promozzjoni tal-integrazzjoni effettiva ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi:
|
|
(c) |
It-titjib ta' strateġiji ta' ritorn ġusti u effettivi fl-Istati Membri li jappoġġaw il-ġlieda kontra l-immigrazzjoni illegali b'enfasi fuq is-sostenibbiltà tar-ritorn u r-riammissjoni effettiva fil-pajjiżi tal-oriġini u tat-transitu:
|
2. L-indikaturi dwar l-effiċjenza, il-valur miżjud u s-sostenibbiltà, kif previsti fir-Regolament (UE) Nru 514/2014
|
(d) |
Għall-kejl u l-evalwazzjoni tal-effiċjenza, il-valur miżjud u s-sostenibbiltà:
|
ANNESS IV
Lista ta' indikaturi komuni tar-riżultati u tal-impatt għar-rapporti ta' evalwazzjoni mill-Istati Membri u l-Kummissjoni, kif issir referenza għalihom fl-Artikoli 56 u 57 tar-Regolament (UE) Nru 514/2014
Indikaturi għall-evalwazzjoni tal-objettivi speċifiċi tar-Regolament (UE) Nru 513/2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u r-Regolament (UE) Nru 515/2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għall-appoġġ finanzjarju għall-fruntieri esterni u l-viża
1. Indikaturi b'objettivi speċifiċi
|
(a) |
Is-sostenn ta' politika komuni dwar il-viżi sabiex jiġi ffaċilitat l-ivvjaġġar leġittimu, jingħata livell għoli ta' servizz lill-applikanti għall-viżi u jiġi żgurat trattament ugwali ta' ċittadini ta' pajjiżi terzi u tiġi ttrattata l-migrazzjoni illegali:
|
|
(b) |
Is-sostenn tal-ġestjoni integrata tal-fruntieri, inkluż il-promozzjoni ulterjuri tal-armonizzazzjoni tal-miżuri marbuta mal-ġestjoni tal-fruntieri skont l-istandards komuni tal-Unjoni u permezz tal-kondiviżjoni ta' informazzjoni bejn l-Istati Membri u bejn l-Istati Membri u l-Aġenzija Ewropea għall-Ġestjoni ta' Koperazzjoni Operazzjonali fil-Fruntieri Esterni tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea (“il-Frontex”), sabiex jiġi żgurat, minn naħa livell uniformi u għoli ta' kontroll u protezzjoni tal-fruntieri esterni, inkluż billi tiġi ttrattata l-immigrazzjoni illegali u, min-naħa l-oħra, il-qsim bla xkiel tal-fruntieri esterni skont l-acquis ta' Schengen, filwaqt li jiġi ggarantit l-aċċess għall-protezzjoni internazzjonali għal dawk li jkollhom bżonnha, skont l-obbligi kkuntratati mill-Istati Membri fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż il-prinċipju tan-non-refoulement:
|
|
(c) |
Il-prevenzjoni tal-kriminalità, il-ġlieda kontra l-kriminalità transfruntiera, serja u organizzata inkluż it-terroriżmu, u t-tisħiħ tal-koordinazzjoni u l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u awtoritajiet nazzjonali oħrajn tal-Istati Membri, inkluż mal-Europol jew korpi rilevanti oħrajn tal-Unjoni, u ma' pajjiżi terzi u organizzazzjonijiet internazzjonali rilevanti:
|
|
(d) |
It-titjib tal-kapaċità tal-Istati Membri u tal-Unjoni biex jiġġestixxu b'mod effettiv riskji u kriżijiet relatati mas-sigurtà, u t-tħejjija kontra attakki terroristiċi u inċidenti oħra marbuta mas-sigurtà, u l-protezzjoni tan-nies kontrihom:
|
2. Indikaturi dwar l-effiċjenza, il-valur miżjud u s-sostenibbiltà, kif stipulat fir-Regolament (UE) Nru 514/2014
|
(e) |
Għall-kejl u l-evalwazzjoni tal-effiċjenza, il-valur miżjud u s-sostenibbiltà:
|