<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTA.0600423301.case.xml"><NO.CASE>C-222/05</NO.CASE><NO.CASE>C-223/05</NO.CASE><NO.CASE>C-224/05</NO.CASE><NO.CASE>C-225/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0222</NO.CELEX><NO.SEQ>0004.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>4236</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>4248</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>13</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET MADURO — KAWŻI MAGĦQUDA C-222/05 SA C-225/05</LEFT><RIGHT>VAN DER WEERD ET</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Maduro</HT></P><P>ippreżentati fl-<DATE ISO="20070301">1 ta' Marzu 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: il-Portugiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I —</NO.P><TXT>Introduzzjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-domandi sostanzjali mressqa mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven (Qorti Amministrattiva tal-Kummerċ u ta' l-Industria) (l-Olanda) f'din is-sensiela ta' kawżi huma identiċi għal dawk imressqa mill-istess qorti f'Dokter et<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20060615">15 ta' Ġunju 2006</DATE>, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-28/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-5431">C-28/05, Ġabra p. I-5431</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn jittrattaw l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-<DATE ISO="19851118">18 ta' Novembru 1985</DATE>, li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="315" DATE.PUB="1985" PAGE.FIRST="11">ĠU L 315, p. 11</REF.DOC.OJ>, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE tas-<DATE ISO="19900626">26 ta' Ġunju 1990</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="224" DATE.PUB="1990" PAGE.FIRST="13">ĠU L 224, p. 13</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Madankollu, din id-darba, il-qorti tar-rinviju titlob kjarifiki dwar problema li għandha inqas x'taqsam mal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer milli mar-regoli tal-proċedura legali.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>F'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> ir-rikorrenti fil-kawża prinċi-pali kkontestaw il-legalità tad-deċiżjoni li jinqatlu l-annimali fl-impriżi agrikoli tagħ-hom, għar-raġuni li d-deċiżjoni kienet ibba-żata fuq analiżi li saret flaboratorju li ma kienx imniżżel fl-Anness B tad-Direttiva. Fil-każijiet in kwistjoni, ir-rikorrenti fil-kawżi prinċipali kienu kkontestaw ukoll id-deċiż-joni li jinqatlu l-annimali tagħhom. Madankollu, fis-sottomissjonijiet lill-qorti nazzjonali huma ma invokawx l-argument li l-laboratorju ma kienx imniżżel fl-Anness B tad-Direttiva, għalkemm il-kawżi kienu jirrigwardaw eżattament l-istess laboratorju. IIqorti tar-rinviju għalhekk tistaqsi jekk iddritt Komunitarju teħtieġx li hija tqajjem il-kwistjoni <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> minkejja r-regoli nazzjonali ta' proċedura li normalment jostakolaw din l-għażla.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Jien diġà ppreżentajt il-fehmiet tiegħi fuq id-domandi sostanzjali fil-konklużjonijiet tie-għi f'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et.</HT> Ser niffoka hawn fuq domandi sostanzjali ta' liġi ta' proċedura mqajma mill-qorti tar-rinviju u ser nipprova nqiegħed dawn il-kawżi fil-grupp ta' ġuris-prudenza li beda minn Peterbroeck<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19951214">14 ta' Diċembru 1995</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-312/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4599">C-312/93, Ġabra p. I-4599</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u van Schijndel u van Veen<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19951214">14 ta' Diċembru 1995</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-430/93+C-431/93" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4705">C-430/93 u C-431/93, Ġabra p. I-4705</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Nista' ninnota, madankollu, li huwa diffiċli li nevita limpressjoni li r-rilevanza ta' din il-kwistjoni<?PAGE NO="I-4237"?> għas-soluzzjoni tal-kawżi prinċipali hija inċi-dentali. Fil-fatt, it-talba tal-qorti tar-rinviju għal gwida tidher li toriġina mill-interess iktar ġenerali ta' kjarifika tal-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja f'dan is-suġġett.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II —</NO.P><TXT>Il-fatti u d-domandi mressqa għal deċiżjoni preliminari</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Il-kawża quddiem il-College van Beroep voor het bedrijfsleven tqajmet bħala konsegwenza tat-tifqigħa tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer fl-2001, li laqtet diversi Stati Membri. Bħala risposta għal din it-tifqigħa, l-awtoritajiet fl-Olanda ħadu miżuri sabiex jipprevjenu iktar tixrid tal-marda<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll is-sentenzi tat-<DATE ISO="20010712">12 ta' Lulju 2001</DATE>, Jippes et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-189/01" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-5689">C-189/01, Ġabra p. I-5689</REF.DOC.ECR>), u ta' l-<DATE ISO="20050310">10 ta' Marzu 2005</DATE>, Tempelman u van Schaijk (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-96/03+C-97/03" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-1895">C-96/03 u C-97/03, Ġabra p. I-1895</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dawn il-miżuri kienu jinkludu l-qtil preventiv ta' annimali b'difer mifruq fuq impriżi agrikoli li jinsabu qrib l-impriża agrikola kontaminata.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Abbażi tar-riżultati ta' eżamijiet li saru fil-laboratorju ID-Lelystad BV (iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>ID-Lelystad<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/>), ir-Rijksdienst voor de keuring van Vee en Vlees (Spettorat Nazzjonali tal-Bhejjem u tal-Laħam, iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>RVV<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>) ikkonkluda li fl-impriżi agrikoli tarrikorrenti fil-kawża prinċipali kienu qrib l-impriża agrikola kontaminata. Ir-RW, għal-hekk, ordna l-qtil preventiv ta' l-annimali fl-impriżi agrikoli tar-rikorrenti.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Fil-kawża quddiem il-qorti tar-rinviju, ir-rikorrenti kkontestaw il-legalità tad-deċiżjoni li jinqatlu l-annimali abbażi ta' diversi motivi. Il-qorti tar-rinviju ċaħdet dawn il-motivi. Madankollu, ir-rikorrenti, f'sensiela ta' kawżi simili wkoll pendenti quddiem dik il-qorti kienu kkontestaw il-legalità ta' deċiżjonijiet simili abbażi tal-motiv addizzjonali li ID-Lelystad ma kienx imsemmi fl-Anness B tad-Direttiva 85/511. Dan l-argument wassal għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari li ta lok għad-deċiżjoni f'Dokter et<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Il-kwistjonijiet f'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> ikkonċernaw l-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva 85/511. Skond l-ewwel inċiż ta' l-Artikolu 11(1) u t-tieni inċiż ta' l-Artikolu 13(1), l-Istati Membri jridu jassiguraw li l-manipulazzjoni tal-marda ta' l-ilisen u d-dwiefer għal djanjożi ssir biss minn laboratorji approvati fl-Anness B tad-Direttiva. Il-laboratorju indikat għall-Olanda kien CIDC-Lelystad. ID-Lelystad inħoloq minn CIDC-Lelystad wara sensiela ta amalgamazzjonijiet u suċċessjonijiet iżda<?PAGE NO="I-4238"?> qatt ma tniżżel fl-Anness B. Il-qorti tarrinviju għalhekk talbet kjarifiki dwar ilkonsegwenzi ta' l-għażla ta' laboratorji ta' riferiment taħt id-Direttiva. Barra minn hekk, hija saqsiet jekk l-awtorità nazzjonali, skond id-dritt Komunitarju, hijiex marbuta bir-riżultati pprovduti mil-laboratorju li wettaq l-eżamijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Peress li r-rinviju f'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> kien għadu pendenti, il-College van Beroep voor het bedrijfsleven iddeċidiet li tistaqsi lill-Qorti tal-Ġustizzja eżattament l-istess domandi fil-kawżi attwalment in kwistjoni. Mandankollu, din id-darba saqsiet ukoll jekk id-dritt Komunitarju jobbligahiex tqajjem il-kwistjoni rigward l-istatus ta' ID-Lelystad <HT TYPE="ITALIC">ex qfficio.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja tat sentenza f'Dok-ter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> fil-<DATE ISO="20060615">15 ta' Ġunju 2006</DATE>. Fid-dawl ta' dik is-sentenza, il-Qorti tal-Ġustizzja bagħtet ittra lill-qorti nazzjonali fejn saqsietha jekk din xtaqitx iżżomm it-talba tagħha għal deċiżjoni preliminari f'dawn il-kawżi. B'ittra tas-<DATE ISO="20060727">27 ta' Lulju 2006</DATE> din il-qorti rrispondiet fl-affermattiv.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>F'dawn il-konklużjonijiet, ser neżamina biss il-kwistjoni dwar jekk id-dritt komunitarju jeżiġix li l-qorti nazzjonali tmur lil hinn mill-kuntest tal-kontroversja kif iddefinita mill-partijiet sabiex teżamina, <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> motivi bbażati fuq id-Direttiva 85/511. Rigward il-kwistjonijiet l-oħra mqajma, nistieden lill-Qorti tal-Ġustizzja jogħġobha tirreferi għal darb'oħra għal-konklużjonijiet tiegħi f'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> u, owjament, għad-deċiż-joni tagħha f'dik il-kawża.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III —</NO.P><TXT>Kunsiderazzjonijiet</TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>L-arnrnissibbiltà</P></TI></TITLE><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Regoli nazzjonali li jirrestrinġu qorti milli tqajjem motiv <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> ma jistgħux jostakolaw rinviju lill-Qorti tal-Ġustizzja sabiex jiġi ddeterminat jekk dawn ir-regoli humiex kompatibbli mad-dritt Komunitarju<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza Peterbroeck, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 4, punt 13. Ara s-sentenzi tas-<DATE ISO="19740116">16 ta' Jannar 1974</DATE>, Rheinmiihlen Diisseldorf (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="166/73" YEAR="1974" PAGE.ECR="33">166/73 Ġabra p. 33, punti 2 u 3</REF.DOC.ECR>), u ta' l-<DATE ISO="20001214">14 ta' Diċembru 2000</DATE>, Fazenda Publica (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-446/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-11435">C-446/98, Ġabra p. I-11435, punt 48</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Madankollu, dan ir-rinviju jkun inammissibbli jekk l-istħarriġ mhuwiex neċessarju sabiex tiġi solvuta l-kontroversja fil-kawżi prinċipali<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, fuq dan il-punt, is-sentenzi tat-<DATE ISO="19830203">3 ta' Frar 1983</DATE>, Robards (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="149/82" YEAR="1983" PAGE.ECR="171">149/82, Ġabra p. 171, punt 19</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19920716">16 ta' Lulju 1992</DATE>, Meilicke, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-83/91" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-4871">C-83/91, Ġabra p. I-4871, punt 25</REF.DOC.ECR>); u tal-<DATE ISO="20020321">21 ta' Marzu 2002</DATE>, Cura Anlagen, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/99" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-3193">C-451/99, Ġabra p. I-3193, punt 26</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4239"?><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Wieħed jista jiġi skużat jekk jaħseb li d-domanda li għaliha l-qorti tar-rinviju bħalissa trid risposta hija kważi ipotetika. Fil-fatt, il-Kummissjoni kienet sostniet waqt is-seduta li, minħabba d-deċiżjoni f'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et,</HT> ir-risposta għal din id-domanda mhijiex ser tinfluwenza l-eżitu tal-kawżi prinċipali. Għalkemm jiena nista' nifhem din l-opinjoni, ma nikkundsidrax l-argument konvinċenti biżżejjed sabiex nikkonkludi li d-domanda mressqa mill-qorti nazzjonali hija inammissibbli. Bħala prinċipju hija l-qorti tar-rinviju li għandha <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="201C"/>tiddetermina kemm il-ħtieġa ta' deċiżjoni preliminari biex tkun f pożizzjoni li tagħti d-deċiżjoni tagħha, kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tressaq quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza ta' l-<DATE ISO="19951214">14 ta' Diċembru 1995</DATE>, Sanz de Lera et, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-163/94+C-165/94+C-250/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4821">C-163/94, C-165/94 u C-250/94, Ġabra p. I-4821, punt 15</REF.DOC.ECR>). Àra wkoll is-sentenza tat-<DATE ISO="20051122">22 ta' Novembru 2005</DATE>, Mangold, (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-144/04" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-9981">C-144/04, Ġabra p. I-9981, punti 32 sa 38</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn dan, l-effett tad-deċiżjoni f'Dokter <HT TYPE="ITALIC">et</HT> għadu mhux ċert, peress li din id-deċiżjoni ħalliet xi marġni ta' diskrezzjoni lill-qorti tar-rinviju. Għal dawn ir-raġunijiet nikkunsidra li d-domanda hija ammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-rekwiżiti tad-dritt Komunitarju firrigward tar-regoli nazzjonali tal-proċedura</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja enfasizzat, ripetutament, il-<QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>prinċipju ta' awtonomija proċe-durali<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/>, li jfisser li qrati nazzjonali, meta japplikaw id-dritt komunitarju, jistgħu jagħmlu dan skond ir-regoli nazzjonali tal-proċedura. Għalhekk, fin-nuqqas ta' armonizzazzjoni ta' dawn ir-regoli, <QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>huwa lordinament ġuridiku nazzjonali ta' kull Stat Membru li għandu jistabbilixxi l-qrati kompetenti u jirregola l-modalitajiet proċedurali ta rimedji ġudizzjarji intiżi biex jassiguraw il-ħarsien tad-drittijiet ta' l-individwi li jitnisslu mill-effett dirett tad-dritt Komunitarju<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza van Schijndel u van Veen, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 17. Ara wkoll, per eżempju, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19761216">16 ta' Diċembru 1976</DATE>, Rewe (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="33/76" YEAR="1976" PAGE.ECR="1989">33/76, Ġabra p. 1989, punt 5</REF.DOC.ECR>); u Comet (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="45/76" YEAR="1976" PAGE.ECR="2043">45/76, Ġabra p. 2043, punt 13</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="19940928">28 ta' Settembru 1994</DATE>, Fisscher (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-128/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-4583">C-128/93, Ġabra p. I-4583, punt 39</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="19941206">6 ta' Diċembru 1994</DATE>, Johnson (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-410/92" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-5483">C-410/92, Ġabra p. I-5483, punt 21</REF.DOC.ECR>); u tal-<DATE ISO="19971211">11 ta' Diċembru 1997</DATE>, Magorrian u Cunningham (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-246/96" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-7153">C-246/96, Ġabra p. I-7153, punt 37</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>Madankollu, dan ma jeżentax għal kollox ir-regoli nazzjonali tal-proċedura mir-rekwi-żiti imposti mid-dritt Komunitarju. Skond ġurisprudenza stabbilita, ir-regoli nazzjonali tal-proċedura għandhom ikunu konformi mal-prinċipji ta' ekwivalenza u effettività<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19980915">15 ta' Settembru 1998</DATE>, Edis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-231/96" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-4951">C-231/96, Ġabra p. I-4951, punt 34</REF.DOC.ECR>); ta' l-<DATE ISO="20010920">20 ta' Settembru 2001</DATE>, Courage vs Crehan (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-453/99" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-6297">C-453/99, Ġabra p. I-6297, punt 29</REF.DOC.ECR>); tas-<DATE ISO="20040617">17 ta' Ġunju 2004</DATE>, Recheio - Cash &amp; Carry (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-30/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="I-6051">C-30/02, Ġabra p. I-6051, punt 17</REF.DOC.ECR>); u tal-<DATE ISO="20061005">5 ta' Ottubru 2006</DATE>, Nàdasdi (C-290/05 u C-333/05, punt 69).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta' ekwivalenza jfisser li listess regoli tal-proċedura japplikaw għal talbiet ibbażati fuq id-dritt Komunitarju kif japplikaw għal talbiet simili bbażati fuq il-liġi nazzjonali<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, is-sentenzi Rewe-Zentralfinanz, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 11, punt 6, u tas-<DATE ISO="20000516">16 ta' Mejju 2000</DATE>, Preston et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-78/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-3201">C-78/98, Ġabra p. I-3201, punt 31</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-4240"?><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Il-prinċipju ta' effettività jfisser li l-għoti ta' drittijiet mid-dritt Komunitarju għandu jkollu tifsira fil-prattika. Huwa jesprimi, essenzjalment, fir-rigward tad-drittijiet mogħtija mid-dritt Komunitarju, ir-regola magħrufa li fejn hemm dritt, għandu jkun hemm rimedju<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tad-<DATE ISO="19900619">19 ta' Ġunju 1990</DATE>, Factortame et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-213/89" YEAR="1990" PAGE.ECR="I-2433">C-213/89 Ġabra p. I-2433</REF.DOC.ECR>); tad-<DATE ISO="19911119">19 ta' Novembru 1991</DATE>, Francovich et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-6/90+C-9/90" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-5357">C-6/90 u C-9/90, Ġabra p. I-5357</REF.DOC.ECR>); u Courage vs Crehan, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 12.</P></NOTE>. Fi kliem l-Avukat Ġenerali Jacobs: <QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>individwu li jikkunsidra li sofra preġudizzju minn deċiżjoni li ċċaħdu minn dritt jew minn vantaġġ taħt id-dritt komunitarju għandu jkollu aċċess għal rimedju kontra din il-miżura u għandu jkollu l-possibbiltà li jikseb ħarsien ġudizzjarju<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Jacobs ippreżentati fil-<DATE ISO="20020321">21 ta' Marzu 2002</DATE> fil-kawża Union de Pequenos Agricultores vs Il-Kunsill (sentenza tal-<DATE ISO="20020725">25 ta' Lulju 2002</DATE>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/00 P" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-6677">C-50/00 P, Ġabra p. I-6677, punt 38</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza tal-<DATE ISO="19871015">15 ta' Ottubru 1987</DATE>, Heylens et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="222/86" YEAR="1987" PAGE.ECR="4097">222/86, Ġabra p. I-4097, punti 15 sa 17</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-prinċipju ta' effettività għalhekk jipprekludi regoli tal-proċedura li jirrendu l-eżerċiz-zju ta' drittijiet mogħtija mill-Kummissjoni prattikament impossibbli jew diffiċli wisq<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, Peterbroeck, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 4, punt 14, u Courage vs Crehan, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 12, punti 25 sa 29.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Għalhekk, filwaqt li l-prinċipju ta' effettività jimponi livell minimu ta' trattament proċedurali, li għandu jiġi ggarantit lil dawk li għandhom dritt Komunitarju, il-prinċipju ta' ekwivalenza jassigura li t-trattament proċedurali ta' dawk li għandhom drittijiet Komunitarji ma jkunx anqas minn dawk li għandhom dritt simili mogħti minn liġi nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Dawn il-prinċipji kollha jipprovdu wkoll il-bażi li fid-dawl tiegħu għandha tiġi evalwata regola nazzjonali tal-proċedura li tillimita l-possibbiltà għal qorti li tqajjem motiv <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT> Għalhekk, skond il-prinċipju ta' awtonomija proċedurali, il-Qorti tal-Ġustiz-zja ddeċidiet li d-dritt Komunitarju ma jeżiġix li l-qorti nazzjonali tqajjem motivi ta' dritt Komunitarju <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> meta l-partijiet ikunu naqsu li jagħmlu dan<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza van Schijndel u van Veen, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punt 22. Lanqas ma d-dritt Komunitarju jipprekludi qrati nazzjonali milli jieħdu dispożizzjonijiet tal-liġi Komunitarja in kunsiderazzjoni anki jekk il-partijiet ma invokawhomx (ara, f'dan is-sens, is-sentenzi tal-<DATE ISO="19910711">11 ta' Lulju 1991</DATE>, Verholen et, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-87/90+C-88/90+C-89/90" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-3757">C-87/90 sa C-89/90, Ġabra p. I-3757, punti 12 sa 16</REF.DOC.ECR>, u tad-<DATE ISO="20030619">19 ta' Ġunju 2003</DATE>, GAT, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-315/01" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-6351">C-315/01, Ġabra p. I-6351, punti 46 u 50</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Mandankollu, il-ġurisprudenza turi wkoll li għal din ir-regola hemm eċċezzjonijiet skond il-prinċipju ta' effettività u l-prinċipju ta' ekwivalenza.</TXT></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Il-qafas teoretiku deskritt s'issa jista' jidher raġjonevolment sempliċi. Mandankollu, l-applikazzjoni tal-prinċipji ta' effettività u ekwivalenza rriżultat f'dak li jidher li hu, mad-daqqa t'għajn, sensiela ta' deċiżjo-nijiet kif ġie ġie. Ser nipprova niddeskrivi kif dawn id-deċiżjonijiet varji — kif ukoll il-kawżi li qed jiġu kkunsidrati hawnhekk — jistgħu madankollu jiġu spjegati skond il-prinċipju involut, billi nibda bil-kawżi li jikkorrispondu mal-prinċipju ta' effettività.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4241"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-prinċipju ta' effettività</P></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-ewwel waħda minn dawn il-kawżi, Peterbroeck<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 4.</P></NOTE>, mill-ewwel tqajjem il-kwistjoni dwar kif l-applikazzjoni mill-Qorti tal-Ġustizzja tal-prinċipju ta' effettività jista' jiġi spjegat kif suppost, speċjalment fid-dawl tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja ta' l-istess ġurnata f'van Schijndel u van Veen<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5.</P></NOTE>. F'Peterbroeck, il-Qorti tal-Ġustizzja skartat regola tal-proċedura li żammet lill-qorti nazzjonali milli tikkunsidra <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> jekk miżura ta' liġi nazzjonali kinitx kompatibbli mad-dritt Komunitarju, filwaqt li f'van Schijndel u van Veen il-Qorti tal-Ġustizzja aċċettat regola apparentement simili.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Iż-żewġ kawżi kienu jirrigwardaw il-prinċipju ta' effettività: ir-regola tal-proċe-dura in kwistjoni għamlitha eċċessivament diffiċli li jiġi eżerċitat dritt mogħti mid-dritt komunitarju? Il-Qorti tal-Ġustizzja għamlet evalwazzjoni fattwali fir-rigward tal-proċe-dura kollha kemm hi. FVan Schijndel u van Veen, ir-rikorrenti kienu saqsew lill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Qorti Suprema ta' l-Olanda) tannulla żewġ deċiżjonijiet tar-Rechtbank Breda (il-Qorti Reġjonali ta' Breda) għar-raġuni li dik il-qorti kellha tqis, <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> ir-regoli tat-Trattat fuq il-kompetizzjoni u fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi. Bħala risposta għar-rinviju għal deċiżjoni preliminari mill-Hoge Raad, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li, fiċ-ċirkus-tanzi in kwistjoni, id-dritt Komunitarju ma jobbligax lill-qrati nazzjonali jitbegħdu mirregoli nazzjonali tal-proċedura u jmorru lil hinn mill-kontroversja kif iddefinita millpartijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni f'Peterbroeck, mandankollu, kienet differenti. Din kienet tirrigwarda appell kontra deċiżjoni ta' l-awtoritajiet tat-taxxa Belġjani. Bħala prinċipju, l-istħarriġ ġudizzjarju ta' dik id-deċiżjoni kien limitat għal-motivi li fuqhom ir-rikorrent kien invoka waqt il-proċedura amministrattiva. Ladarba dik il-proċedura spiċċat, ir-rikorrent kellu 60 ġurnata biex iqajjem motivi ġodda — inklużi dawk ibbażati fuq id-dritt Komunitarju — quddiem il-qorti kompetenti. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li dan il-limitu, fid-dawl tal-kuntest legali u prattiku tiegħu, fil-fatt fixkel il-possibbiltà ta' drittijiet eżerċitati mid-dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Il-kwistjoni dwar jekk fil-prattika huwiex eċċessivament diffiċli li jiġi eżerċitat dritt jista' jkun suġġett ta' interpretazzjoni — li jispjega għaliex Peterbroeck u van Schijndel u van Veen kellhom riżultat differenti abbażi ta' ftit fatturi biss. Mandankollu hemm ċirkustanzi, li fihom ikun jidher li, mingħajr il-possibbiltà li qorti nazzjonali tqajjem<?PAGE NO="I-4242"?> motiv <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bbażat fuq id-dritt Komunitarju, ikun estremament diffiċli għall-partijiet li jiksbu l-ħarsien ġudizzjarju fejn id-dritt komunitarju tagħtihom dritt. Océano Grupo Editorial u Salvat Editores<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20000627">27 ta' Ġunju 2000</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-240/98—C-244/98" YEAR="2000" PAGE.ECR="I-4941">C-240/98 sa C-244/98, Ġabra p. I-4941</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u Cofidis<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20021121">21 ta' Novembru 2002</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-473/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-10875">C-473/00, Ġabra p. I-10875</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> jagħtu eżempju.</TXT></NP><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>F'Océano Grupo Editorial u Salvat Editores u Cofidis, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċi-diet li l-possibbiltà ta' qorti li tqajjem motiv <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> tista' tkun impliċita fit-termini ta' direttiva, meta tkun mezz meħtieġ sabiex jinkiseb l-għan ta' dik id-direttiva<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi Oceano Grupo Editorial u Salvat Editores, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 20, punt 26, u Cofidis, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 21, punti 32 u 33.</P></NOTE>. B'mod iktar preċiż, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li s-setgħa ta' qorti nazzjonali li tiddetermina, <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> li l-klawżola ta' ġurisdizzjoni, fkuntratt mal-konsumatur tammonta għal klawżola inġusta, kienet neċessarja sabiex jinkiseb l-għan tad-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Direttiva tal-<DATE ISO="19930405">5 ta' April 1993</DATE>, klawżoli inġusti f'kuntratti mal-konsumatur (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="095" DATE.PUB="1993" PAGE.FIRST="29">ĠU L 95, p.29</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Dak l-għan kien, wara kollox, li jħares il-konsumaturi kontra klawżoli f'kuntratti konklużi mal-konsumatur. IIQorti tal-Ġustizzja interpretat id-Direttiva skond il-prinċipju ta' effettività. Kieku l-Qorti tal-Ġustizzja ma għamlitx hekk, <QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>issitwazzjoni paradossali kienet [tqum] fejn il-konsumatur kien [ikun] obbligat jidher quddiem qorti f'post ieħor li ma jkunx ilpost ta' residenza tiegħu preċiżament sabiex ikun jista' jargumenta li l-klawżola kuntrattwali li tobbligah jagħmel dan hija klawżola inġusta!<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali Saggio f'Oceano Grupo Editorial u Salvat Editores, punt 24.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Forsi l-ġurisprudenza tista' l-aħjar tiġi miġbura fil-qosor kif ġej: il-prinċipju ta' effettività ma jimponix obbligu fuq il-qrati nazzjonali li jqajmu motivi <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> bbażati fuq id-dritt komunitarju, ħlief f'ċirkustanzi fejn dan ikun meħtieġ sabiex jiġi assigurat li l-ħarsien ġudizzjarju jkun disponibbli meta d-dritt Komunitarju jagħti dritt. Mandankollu, qrati nazzjonali għandhom obbligu li jintervjenu meta dan ikun neċessarju sabiex jiġi ggarantit il-ħarsien ta' drittijiet mogħtija mid-dritt Komunitarju. Madankollu, il-prin-ċipju ta' effettività ma jfissirx dmir ġenerali għall-qrati nazzjonali li jassiguraw, taħt iċ-ċirkustanzi kollha, l-applikazzjoni ta' regoli li jirriżultaw mill-ordinament ġuridku Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Dan huwa differenti meta r-regola Komunitarja in kwistjoni tkun fundamentali? Fid-digriet tagħha, il-qorti tar-rinviju tikkontempla l-possibbiltà li xi normi jistgħu jkunu ta importanza kruċjali li d-dritt Komunitarju tikkunsidrahom bħala regoli ta' <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>ordni pub-bliku<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/> u, għaldaqstant, dan jirrikjedi li l-qrati nazzjonali japplikawhom <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT> F'dan irrigward,<?PAGE NO="I-4243"?> il-qorti tar-rinviju ssemmi d-deċiż-joni f'Eco Swiss<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="19990601">1 ta' Ġunju 1999</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-126/97" YEAR="1989" PAGE.ECR="I-3055">C-126/97, Ġabra p. I-3055</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Dik il-kawża kienet tikkonċerna talba għal annullament ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ. L-arbitru kien ta kumpens għal danni bħala riżultat ta' l-għeluq tal-ftehim ta' liċenzja. Waqt il-proċe-duri ta' arbitraġġ, il-kwistjoni dwar jekk il-ftehim kienx null taħt l-Artikolu 81 KE ma tqajmitx. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li l-qorti nazzjonali kellha tilqa' t-talba għall-anullament tad-deċiżjoni ta' arbitraġġ jekk hija tikkunsidra li d-deċiżjoni kienet tmur kontra l-Artikolu 81 KE u jekk regoli nazzjonali tal-proċedura kienu jeżiġu li tilqa t-talba għal annullament ibbażata fuq nuqqas ta' osservazzjoni tar-regoli nazzjonali ta' ordni pubbliku<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 41.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Mandankollu, ikun żbaljat li wieħed jikkonkludi minn Eco Swiss li l-prinċipju ta' effettività jeżiġi li xi normi Komunitarji, minħabba l-importanza tagħhom għall-ordi-nament ġuridiku Komunitarju, għandhom jiġu applikati mill-qrati nazzjonali anki fejn il-partijiet ikunu naqsu li jinvokawhom. Filfatt, din l-interpretazzjoni ta' Eco Swiss ma tkunx taqbel mas-sentenza f Van Schijndel u van Veen. Bla ebda dubju, il-Qorti tal-Ġustizzja osservat f'Eco Swiss li l-Artikolu 81 KE kien jikkostitwixxi <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>dispożizzjoni fundamentali li hija essenzjali għat-twettiq tax-xogħol fdat lill-Komunità<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 36</P></NOTE>. Mandankollu, l-istess dispożizzjoni kienet ukoll in kwistjoni f'van Schijndel u van Veen, u hemmhekk il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li mhemmx obbligu li wieħed japplika l-Artikolu 81 KE. Minn dan isegwi li l-kwistjoni dwar jekk id-dispożizzjoni taħt kunsiderazzjoni hijiex waħda ta' ordni pubbliku mhijiex deċiżiva għall-iskopijiet ta' lapplikazzjoni tal-prinċipju ta' effettività. Filfatt, kif ser nispjega iktar 'il quddiem, Eco Swiss tappartjeni, l-ewwel u qabel kollox, għall-grupp ta' każijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja applikat il-prinċipju ta' ekwivalenza.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja kienet għamlet stqarrija fuq il-prinċipju ta' effettività f'Eco Swiss. Wara li ddeċidiet il-kawża abbażi tal-prinċipju ta' ekwivalenza, il-Qorti tal-Ġustizzja iktar tard innotat li <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="201C"/>kwistjonijiet dwar l-interpretazzjoni tal-projbizzjoni msemmija fl-[Artikolu 81(1) KE] jistgħu jiġu eżaminati mill-qrati nazzjonali meta huma jintalbu jiddeċiedu fuq il-validità ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 40.</P></NOTE>. It-tħassib prinċipali tal-Qorti tal-Ġustizzja jidher li kien li rimedju ġudiz-zjarju jrid jkun disponibbli sabiex tiġi tikkontesta deċiżjoni ta' arbitraġġ li tikser l-Artikolu 81 KE<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-liġi nazzjonali tista' naturalment tirrikjedi li l-kontestazzjoni titressaq fi żmien raġjonevoli (ara l-punti 43 sa 48 tassentenza Eco Swiss).</P></NOTE>. Għalhekk, regola nazzjonali li tillimita l-istħarriġ ġudizzjarju ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ għal-motivi invokati mir-rikorrent waqt il-proċedimenti ta' arbi-traġġ tikser il-prinċipju ta' effettività. Il-fatt li<?PAGE NO="I-4244"?> l-partijiet kellhom l-opportunità joqgħodu fuq motivi bbażati fuq id-dritt Komunitarju waqt il-proċedimenti ta' arbitraġġ ma jiggarantix ħarsien ġudizzjarju komplet, għaliex dawn il-proċedimenti — bħall-istħarriġ ġudizzjarju f'Peterbroeck — ma jikkostitwixxux proċedimenti ġudizzjarji fil-veru sens tal-kelma<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>F'dak ir-rigward, id-deċiżjoni f'Eco Swiss hija konsistenti mad-deċiżjoni tal-Qorti li tribunal ta' arbitraġġ ikkostitwit skond ftehim taħt liġi privata, mingħajr intervent ta' Stat, m'għandux jiġi kkunsidrat bħala qorti jew tribunal għall-għanijiet ta' l-Artikolu 234 KE u għalhekk ma jistgħux isiru riferenzi għal deċiżjoni preliminari taħt dan l-Artikolu (sentenza tat-<DATE ISO="19820323">23 ta' Marzu 1982</DATE>, Nordsee vs Reederei Mond, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="102/81" YEAR="1982" PAGE.ECR="1095">102/81, Ġabra p. 1095</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, il-prinċipju ta' effettività ma jimponix dmir fuq il-qrati nazzjonali li jqajmu motiv ibbażat fuq id-dritt komunitarju <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> anki meta l-motiv jikkon-ċerna dispożizzjoni ta' importanza fundamentali għall-ordinament ġuridiku Komunitarju. Madankollu, il-prinċipju ta' effettività jeżiġi li l-partijiet jingħataw opportunità ġenwina li jqajmu motiv ibbażat fuq id-dritt Komunitarju quddiem qorti nazzjonali. Kieku ma kienx hekk, il-qorti nazzjonali għandha jkollha s-setgħa li tqajjem dan il-motiv <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li, fil-kawżi in kwistjoni, il-partijiet kellhom opportunità ġenwina jqajmu l-motiv ibbażat fuq l-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva 85/511 fis-sottomissjonijiet tagħhom lill-qorti nazzjonali. Kuntrarjament għal dak li kien il-każ f'Peterbroeck, regoli nazzjonali tal-proċedura ma jagħmluhiex eċċessivament diffiċli li tistrieħ fuq dawn id-dispożizzjonijiet. Is-sempliċi fatt li l-partijiet naqsu li jagħmlu dan ma joħloqx obbligu fuq il-qorti nazzjonali li din tagħti għajnuna u ssewwi n-nuqqas minħabba l-prinċipju ta' effettività.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Barra minn dan, kif osservat ġustament il-qorti tar-rinviju, id-Direttiva 85/511 ma tirrikjedix li l-Artikoli 11 u 13 għandhom jiġu applikati mill-qrati nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT> L-għan tad-Direttiva, kif spjegat fl-Artikolu 1, huwa li jiddefinixxi l-<QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="201C"/>miżuri minimi ta' kontroll tal-Komunità li għandhom jiġu applikati fil-każ ta' tfaqqigħ tal-marda ta' l-ilsien u tad-dwiefer<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="201D"/> u għalhekk tipproteġi s-saħħa tal-bhejjem fil-Komunità kollha kemm hi<NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-preambolu tad-Direttiva 85/511.</P></NOTE>. Huwa diffiċli li jiġi konkluż li dan il-għan jista' jinkiseb biss jekk il-qorti nazzjonali tirrikonoxxi li għandha s-setgħa li tqajjem <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> l-motiv li d-deċiżjoni li jinqatlu l-annimali tar-rikorrenti sabiex tiġi mwaqqfa l-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer kienet ibbażata fuq eżamijiet magħmula minn laboratorju li ma kienx iskritt fl-Anness B tad-Direttiva. Safejn id-Direttiva<?PAGE NO="I-4245"?> hija intiża li tagħti drittijiet lir-rikorrenti, il-ħarsien ġudizzjarju effettiv ta' dawn id-drittijiet jista' fil-prinċipju jinkiseb ukoll mingħajr l-obbligu fuq il-qorti nazzjonali li tinvoka d-Direttiva <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT> F'dan il-kuntest, il-kawżi preżenti huwa differenti ħafna minn Océano Grupo Editoria u Salvat Editores u Cofidis.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għalhekk, il-prinċipju ta' effettività ma jirrikjedix li l-qorti nazzjonali għandha teża-mina l-motiv ibbażat fuq l-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva 85/511 <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT> Il-kwistjoni tibqa', madankollu, jekk dan ir-rekwiżit isegwix mill-prinċipju ta' ekwivalenza.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-prinċipju ta' ekwivalenza</P></TI></TITLE><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fejn il-liġi nazzjonali tal-proċedura tagħti lil qorti l-possibbiltà li tqajjem motivi <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> il-prinċipju ta' ekwivalenza jirrikjedi li dik il-possibbiltà testendi għal motivi bbażati fuq id-dritt Komunitarju. Fil-fatt, dwar motivi bbażati fuq id-dritt Komunitarju, il-prinċipju ta' kooperazzjoni stabbilit fl-Artikolu 10 KE jġib miegħu dmir tal-qrati nazzjonali li jagħmlu użu minn din il-possibbiltà<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, f'dan is-sens, is-sentenzi ta' l-<DATE ISO="19961024">24 ta' Ottubru 1996</DATE>, Kraaijeveld et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-72/95" YEAR="1996" PAGE.ECR="I-5403">C-72/95, Ġabra p. I-5403, punti 57 u 58</REF.DOC.ECR>), u kif ukoll van Schijndel u van Veen, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 5, punti 13 u 14.</P></NOTE>. Iżda, is-setgħa tal-qrati li jqajmu motivi bbażati fuq liġi nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> hija normalment ristretta ħafna. Bħala rizultat, il-problema tqum kif dawn irlimitazzjonijiet jolqtu d-dmir li tqajjem motivi ta' dritt Komunitarju.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Fi kliem ieħor, fejn il-qrati nazzjonali għandhom is-setgħa li jeżaminaw <HT TYPE="ITALIC">ċerti</HT> motivi bbażati fuq il-liġi nazzjonali <HT TYPE="ITALIC">ex officio,</HT> il-prinċipju ta' ekwivalenza jirrikjedi li huma jkollhom din is-setgħa f'dak li jirrigwarda motivi <HT TYPE="ITALIC">ekwivalenti</HT> bbażati fuq id-dritt Komunitarju. Il-kwistjoni hija, għalhekk, kif tiddetermina liema motivi huma <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="201C"/>ekwiva-lenti<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="201D"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Eco Swiss tipprovdi eżempju<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 25.</P></NOTE>. Ir-regoli nazzjonali tal-proċedura in kwistjoni f'din il-kawża kienu jipprovdu li l-annullament ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ tista' tiġi ordnata biss fuq numru limitat ta' motivi, inkluż il-motiv<?PAGE NO="I-4246"?> li d-deċiżjoni kienet <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>kontra l-ordni pub-bliku<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 7.</P></NOTE>. Il-qorti tar-rinviju spjegat li, skond ir-regoli nazzjonali tal-proċedura ċivili, deċiżjoni ta' arbitraġġ kienet tmur kontra l-ordni pubbliku <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>biss jekk it-termini jew implementazzjoni tagħha [kienu inkompatibbli] mar-regola mandatorja tant fundamentali li ebda restrizzjonijiet ta' natura proċedurali għandhom jipprevjenu l-applikazzjoni tagħha<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 24.</P></NOTE>. Il-qorti tar-rinviju wkoll irrilevat li deċiżjoni ta' arbitraġġ li tmur kontra regoli nazzjonali tal-liġi ta' kompetizzjoni ma kinitx ġeneralment meqjusa li tmur kontra l-ordni pubbliku<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ibid, punt 24.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġus-tizzja madankollu ddeċidiet li, mill-aspett tad-dritt Komunitarju, il-projbizzjoni msemmija fl-Artikolu 81 KE hija regola mandatorja fundamentall Għalhekk, l-Artikolu 81 KE fil-fatt kellu l-istess status bħar-regoli nazzjonali ta' ordni pubbliku<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll, f'dan is-sens, is-sentenza tat-<DATE ISO="20060713">13 ta' Lulju 2006</DATE>, Manfredi et (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-295/04—C-298/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-6619">C-295/04 sa C-298/04, Ġabra p. I-6619, punt 31</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Bħala konsegwenza, il-prinċipju ta' ekwivalenza kien jirrikjedi li l-qorti nazzjonali għandha tilqa' t-talba għall-annullament ta' deċiżjoni ta' arbitraġġ jekk hija tqis li d-deċiżjoni kienet tmur kontra l-Artikolu 81 KE<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'mod partikolari, il-punt 37 ta' Eco Swiss.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>F'dawn il-kawżi, il-kunċett ta' <QUOT.START ID="QS0015" REF.END="QE0015" CODE="201C"/>ordni pubbliku<QUOT.END ID="QE0015" REF.START="QS0015" CODE="201D"/> huwa użat f'sens differenti ħafna. Id-dispożizzjoni rilevanti tal-liġi nazzjonali hija l-Artikolu 8:69(1) tal-Kodiċi Ġenerali tal-liġi amministrattiva (Algemene Wet Bestuursrecht, iktar 'il quddiem <QUOT.START ID="QS0016" REF.END="QE0016" CODE="201C"/>Awb<QUOT.END ID="QE0016" REF.START="QS0016" CODE="201D"/>), li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0017" REF.END="QE0017" CODE="201C"/>Il-qorti li quddiemha jitressqu l-proċedi-menti għandha tagħti d-deċiżjoni tagħha abbażi tar-rikors, id-dokumenti ppreżentati, l-investigazzjoni preliminari u s-suġġett tal-kawża fis-seduta<QUOT.END ID="QE0017" REF.START="QS0017" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P><P>L-Artikolu 8:69 Awb ikompli jgħid li l-qorti għandha d-dmir li tissupplementa motivi legali. Mandankollu, meta tagħmel hekk il-qorti għandha tibqa' fil-kuntest tal-kontroversja kif iddefinita mill-partijiet Tista' biss tmur lil hinn mill-kuntest tal-kontroversja sabiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motivi ta' ordni pubbliku<NOTE NOTE.ID="E0039" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jans, J. H., Doorgeschoten? Enkele opmerkingen over de gevolgen van de Europeanisering van het bestuursrecht voor de grondslagen van de bestuursrechtspraak, Amsterdam: Europa Law Publishing, 2005; D. Brugman, Ambtshalve toetsing afgebakend: de plaats van ambtshalve toetsing in het bestuursprocesrecht in nationaal- en Europeesrechtelijk perspectief', Nederlands Tijdschrift voor bestuursrecht, 2005, vol. 8, pp. 265 sa 277; Tak, A. Q. C, Het Nederlands bestuursprocesrecht in theorie en praktijk, Nijmegen: Wolf Legal Publishers, 2005, p. 497; Van Ballegooij, G. A. C M., Barkhuysen, T., Brenninkmeijer, A. F. M., D Ouden, W. u Polak, J. E. M., Bestuursrecht in het Awb-tijdperk, Deventer: Kluwer, 2004, p. 232; Van Wijk, H. D., Konijnenbelt, W., u Van Male, R. M, Hoofdstukken van bestuursrecht, Den Haag: Elsevier juridisch, 2002, p. 616; De Haan, P., Drupsteen, T. G. u Fernhout, R., Bestuursrecht in de sociale rechtsstaat, Deventer: Kluwer, 1998, p. 348; TEN Berge, J. B. J. M., De Waard, B. W. N., u Widdershoven, R. J. G. M., Het bestuursprocesrecht, Deventer: W. E. J. Tjeenk Willink, 1996, pp. 193 sa 204.</P></NOTE>.</P></NP><?PAGE NO="I-4247"?><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta' ordni pubbliku, f'dan ilkuntest, huwa ddefinit fil-ġurisprudenza nazzjonali. Huwa jixbah il-kunċett ta' ordni pubbliku kif inhu f'kuntest analogu, mill-Qorti tal-Prim'Istanza<NOTE NOTE.ID="E0040" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, per eżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20040708">8 ta' Lulju 2004</DATE>, Mannes-mannrohren-Werke vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-44/00" YEAR="2004" PAGE.ECR="II-2223">T-44/00, Ġabra p. II-2223, punt 178</REF.DOC.ECR>); ta' l-<DATE ISO="20041201">1 ta' Diċembru 2004</DATE> (Kronofrance vs II-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-27/02" YEAR="2004" PAGE.ECR="II-4177">T-27/02, Ġabra p. II-4177, punt 30</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="20060222">22 ta' Frar 2006</DATE>, Standertskjold-Nordenstam vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-437/04+T-441/04" YEAR="2006">T 437/04 u T-441/04, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra, punt 28</REF.DOC.ECR>); tat-<DATE ISO="20060713">13 ta' Lulju 2006</DATE>, Andrieu vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-285/04" YEAR="2006">T 285/04, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra, punt 129</REF.DOC.ECR>); tad-<DATE ISO="20060919">19 ta' Settembru 2006</DATE>, Lucchini vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-166/01" YEAR="2006" PAGE.ECR="II-2875">T-166/01, Ġabra p. II-2875, punt 144</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20061003">3 ta' Ottubru 2006</DATE>, Nijs vs Il-Qorti ta' l-Awdituri (<REF.DOC.ECR EDITION="CST" NO.CASE="T-171/05" YEAR="2006">T-171/05, li għadha mhijiex ippubblikata fil-Ġabra, punt 31</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, per eżempju, is-sentenzi tat-<DATE ISO="20060502">2 ta' Mejju 2006</DATE>, Regione Siciliana vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-417/04 P" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-3881">C-417/04 P, Ġabra p. I-3881, punt 36</REF.DOC.ECR>); ta' l-<DATE ISO="20060504">4 ta' Mejju 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs Ir-Renju Unit (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-98/04" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-4003">C-98/04, Ġabra p. I-4003, punt 16</REF.DOC.ECR>); u ta' l-<DATE ISO="20060601">1 ta' Ġunju 2006</DATE>, P &amp; O Ferries u Diputación vs Il-Kummissjoni (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-442/03 P+C-471/03 P" YEAR="2005" PAGE.ECR="I-4845">C-442/03 P u C-471/03 P, Ġabra p. I-4845, punt 45</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Taħt il-liġi amministrattiva Olandiża, motivi ta' ordni pubbliku jikkonċernaw prinċipalment il-ġuris-dizzjoni tal-qorti, l-ammissibbiltà ta' lazzjoni, jew il-kompetenza tal-korp amministrattiv li jkun ta' d-deċiżjoni kkontestata<NOTE NOTE.ID="E0041" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-letteratura ċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 39.</P></NOTE>. Il-problema ta' ekwivalenza għandha tiġi solvuta b'riferiment għal dawn il-motivi u għal interessi li jfittxu li jipproteġu fl-ordinament ġuridiku nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Bħala prinċipju, huma l-qrati nazzjonali li għandhom jidentifikaw dawn l-interessi. Meta jkunu għamlu hekk, għandu jiġi vverifikat, mill-perspettiva ta' l-ordinament ġuridiku Komuntarju, liema dispożizzjonijiet tad-dritt Komunitarju jħarsu interessi ekwivalenti — jiġifieri, interessi li għalihom l-ordinament ġuridiku Komunitarju jattribwixxi rwol u status ekwivalenti għal dak ta' l-interessi in kwistjoni fuq livell nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>L-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva 85/511 huma intiżi li jħarsu l-interessi relatati mas-saħħa pubblika u mas-saħħa tal-bhejjem fil-Komunità. B'mod iktar speċifiku, dawn id-dispożizzjonijiet jippruvaw jiksbu koordinazzjoni essenzjali bejn l-Istati Membri fil-ġlieda kontra l-virus tal-marda ta' l-ilsien u ddwiefer<NOTE NOTE.ID="E0042" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara wkoll il-punt 23 tal-Konklużjonijiet tiegħi i'Dokter et, iċċitata fin-nota ta' qiegħ il-paġna 2.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Jista' jingħad b'ċertezza, anki mingħajr ma nagħmel analiżi dettaljata tal-liġi nazzjonali, li dawn l-interessi mhumiex ekwivalenti għall-interessi li għalihom il-qorti tarrinviju għandha s-setgħa li teżamina motivi <HT TYPE="ITALIC">ex officio.</HT></TXT></NP><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Konsegwentement, f'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, id-dritt Komunitarju ma jirrikjedix li l-qorti nazzjonali tmur lil hinn mill-ambitu tal-kontroversja kif iddefinita mill-partijiet fl-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva 85/511.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="I-4248"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV —</NO.P><TXT>Konklużjoni</TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Jien għalhekk tal-fehma li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha tirrispondi kif ġej għad-domanda magħmula mill-College van Beroep voor het bedrijfsleven:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0018" REF.END="QE0018" CODE="201C"/>F'ċirkustanzi bħal dawk fil-kawżi prinċipali, id-dritt komunitarju ma jeżiġix li l-qorti nazzjonali tmur lil hinn mill-ambitu tal-kontroversja kif iddefinita mill-partijiet sabiex teżamina <HT TYPE="ITALIC">ex officio</HT> motivi bbażati fuq l-Artikoli 11 u 13 tad-Direttiva tal-Kunsill 85/511/KEE tat-<DATE ISO="19851118">18 ta' Novembru 1985</DATE>, li tintroduċi miżuri tal-Komunità għall-kontroll tal-marda ta' l-ilsien u d-dwiefer, kif emendata bid-Direttiva tal-Kunsill 90/423/KEE, tas-<DATE ISO="19900626">26 ta' Ġunju 1990</DATE>.<QUOT.END ID="QE0018" REF.START="QS0018" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>