|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/2042 |
14.9.2026 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/2042
tal-11 ta’ Settembru 2026
li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali “OXTERIL® 350 VHP” f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar it-tqegħid fis-suq u l-użu tal-prodotti bijoċidali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 44(5), l-ewwel subparagrafu, tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta’ Settembru 2025, Evonik Operations GmbH issottomettiet applikazzjoni lill-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi (“l-Aġenzija”) f’konformità mal-Artikolu 43(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 u mal-Artikolu 4 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 (2) għal awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-istess familja ta’ prodotti bijoċidali, kif imsemmi fl-Artikolu 1 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, bl-isem ta’ “OXTERIL® 350 VHP”, tat-tipi ta’ prodott 2 u 4, kif deskritti fl-Anness V tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. L-applikazzjoni ġiet irreġistrata bin-numru tal-każ BC-RG110491-49 fir-Reġistru għall-Prodotti Bijoċidali. L-applikazzjoni rreferiet għall-familja ta’ prodotti bijoċidali “Evonik’s Hydrogen Peroxide Product Family” awtorizzata bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2183 (3), bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0028964-0000. |
|
(2) |
Il-prodott bijoċidali “OXTERIL® 350 VHP” fih il-perossidu tal-idroġenu bħala s-sustanza attiva, u dan huwa inkluż fil-lista tal-Unjoni tas-sustanzi attivi approvati msemmija fl-Artikolu 9(2) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012 għat-tipi tal-prodotti 2 u 4. |
|
(3) |
Fid-29 ta’ Ottubru 2025, l-Aġenzija ssottomettiet l-opinjoni tagħha lill-Kummissjoni (4), f’konformità mal-Artikolu 6 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 414/2013, u l-abbozz tas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott (SPC) ta’ “OXTERIL® 350 VHP” f’konformità mal-Artikolu 44(4) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(4) |
Fl-opinjoni tagħha, l-Aġenzija tikkonkludi li d-differenzi proposti bejn il-prodott bijoċidali “OXTERIL® 350 VHP” u l-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Evonik’s Hydrogen Peroxide Product Family” huma limitati għal informazzjoni li tista’ tkun is-suġġett ta’ bidla amministrattiva f’konformità mar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 (5), u li abbażi tal-valutazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Evonik’s Hydrogen Peroxide Product Family” u soġġett għall-konformità mal-abbozz tal-SPC, il-prodott bijoċidali “OXTERIL® 350 VHP” jissodisfa l-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 19(1) tar-Regolament (UE) Nru 528/2012. |
|
(5) |
Il-Kummissjoni taqbel mal-opinjoni tal-Aġenzija u għalhekk tqis li jixraq li tagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-prodott bijoċidali “OXTERIL® 350 VHP”. |
|
(6) |
Id-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni jenħtieġ li tkun allinjata mad-data tal-iskadenza tal-awtorizzazzjoni tal-familja ta’ prodotti bijoċidali ta’ referenza relatata “Evonik’s Hydrogen Peroxide Product Family”. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Prodotti Bijoċidali, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Qed tingħata l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni bin-numru tal-awtorizzazzjoni EU-0035928-0000 lil Evonik Operations GmbH għat-tqegħid fis-suq u għall-użu tal-istess prodott bijoċidali uniku “OXTERIL® 350 VHP” f’konformità mas-sommarju tal-karatteristiċi tal-prodott stabbilit fl-Anness.
L-awtorizzazzjoni tal-Unjoni hija valida mill-4 ta’ Ottubru 2026 sal-31 ta’ Ottubru 2033.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Settembru 2026.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 167, 27.6.2012, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2012/528/oj.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 414/2013 tas-6 ta’ Mejju 2013 li jispeċifika proċedura għall-awtorizzazzjoni ta’ prodotti bijoċidali li huma l-istess skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 125, 7.5.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/414/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/2183 tat-18 ta’ Ottubru 2023 li jagħti awtorizzazzjoni tal-Unjoni għall-familja ta’ prodotti bijoċidali Evonik’s Hydrogen Peroxide Product Family f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill. (ĠU L, 2023/2183, 19.10.2023, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2023/2183/oj).
(4) L-opinjoni tal-Aġenzija Ewropea għas-Sustanzi Kimiċi tad-29 ta’ Ottubru 2025 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Unjoni tal-istess prodott bijoċidali uniku “OXTERIL® 350 VHP”, https://echa.europa.eu/opinions-on-union-authorisation.
(5) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 354/2013 tat-18 ta’ April 2013 dwar bidliet tal-prodotti bijoċidali awtorizzati skont ir-Regolament (UE) Nru 528/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 109, 19.4.2013, p. 4, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2013/354/oj).
ANNESS
SOMMARJU TAL-KARATTERISTIĊI TAL-PRODOTT GĦAL PRODOTT BIJOĊIDALI
OXTERIL® 350 VHP
Tip(i) ta’ prodott
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf
Numru tal-awtorizzazzjoni: EU-0035928-0000
Numru tal-assi R4BP: EU-0035928-0000
1. INFORMAZZJONI AMMINISTRATTIVA
1.1. Isem/ismijiet kummerċjali tal-prodott
|
Isem/Ismijiet kummerċjali |
OXTERIL® 350 VHP Amira Hydrogen Peroxide |
1.2. Detentur tal-awtorizzazzjoni
|
Isem u indirizz tad-detentur ta’ awtorizzazzjoni |
Isem |
Evonik Operations GmbH |
|
Indirizz |
Rellinghauser Straße 1 - 11 45128 Essen DE |
|
|
Numru tal-awtorizzazzjoni |
|
EU-0035928-0000 |
|
Numru tal-assi R4BP |
|
EU-0035928-0000 |
|
Data tal-awtorizzazzjoni |
|
4.10.2026 |
|
Data ta’ skadenza tal-awtorizzazzjoni |
|
31.10.2033 |
1.3. Manifattur(i) tal-prodott
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Antwerpen NV |
|
Indirizz tal-manifattur |
Tijsmanstunnel West 2040 Antwerpen Il-Belġju |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Antwerpen NV - Site 1 Tijsmanstunnel West 2040 Antwerpen Il-Belġju |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Operations GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Rellinghauser Straße 1-11 45128 Essen Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Operations GmbH - Site 1 Untere Kanalstr. 3 79618 Rheinfelden Il-Ġermanja |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Peroxid GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Industriestraße 1 9721 Weißenstein L-Awstrija |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Peroxid GmbH Industriestraße 1 9721 Weißenstein L-Awstrija |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Peroxide Netherlands BV |
|
Indirizz tal-manifattur |
Hettenheuvelweg 37 /39 1101 BM Amsterdam In-Netherlands |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Peroxide Netherlands BV - Site 1 Oosterhorn 14 9936 HD Farmsum In-Netherlands |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik España y Portugal SA |
|
Indirizz tal-manifattur |
Afueras s/n 50784 La Zaida Spanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik España y Portugal SA C/ Afueras s/n. 50784 La Zaida Spanja |
|
Isem tal-manifattur |
abcr GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Im Schlehert 10 76187 Karlsruhe Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
abcr GmbH Site 1 Im Schlehert 10 76187 Karlsruhe Il-Ġermanja |
|
Isem tal-manifattur |
Amira Srl |
|
Indirizz tal-manifattur |
Via Vecchia Milanese 12 20844 Triuggio (MB) L-Italja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Amira Srl Site 1 Via Vecchia Milanese 12 20844 Triuggio (MB) L-Italja |
1.4. Manifattur(i) tas-sustanza(i) attiva(i)
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Antwerpen NV |
|
Indirizz tal-manifattur |
Tijsmanstunnel West 2040 Antwerpen Il-Belġju |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Antwerpen NV - Site 1 Tijsmanstunnel West 2040 Antwerpen Il-Belġju |
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Operations GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Rellinghauser Straße 1-11 45128 Essen Il-Ġermanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Operations GmbH - Site 1 Untere Kanalstr. 3 79618 Rheinfelden Il-Ġermanja |
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Peroxid GmbH |
|
Indirizz tal-manifattur |
Industriestraße 1 9721 Weißenstein L-Awstrija |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Peroxid GmbH Industriestraße 1 9721 Weißenstein L-Awstrija |
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik Peroxide Netherlands BV |
|
Indirizz tal-manifattur |
Hettenheuvelweg 37 /39 1101 BM Amsterdam In-Netherlands |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik Peroxide Netherlands BV - Site 1 Oosterhorn 14 9936 HD Farmsum In-Netherlands |
|
Sustanza attiva |
Perossidu tal-idroġenu |
|
Isem tal-manifattur |
Evonik España y Portugal SA |
|
Indirizz tal-manifattur |
Afueras s/n 50784 La Zaida Spanja |
|
Post ta’ siti ta’ manifattura |
Evonik España y Portugal SA C/ Afueras s/n. 50784 La Zaida Spanja |
2. KOMPOŻIZZJONI U FORMULAZZJONI TAL-PRODOTT
2.1. Informazzjoni kwalitattiva u kwantitattiva dwar il-kompożizzjoni tal-prodott
|
Isem komuni |
Isem IUPAC |
Funzjoni |
Numru CAS |
Numru EC |
Kontenut (%) |
|
Perossidu tal-idroġenu |
|
Sustanza attiva |
7722-84-1 |
231-765-0 |
35 % (w/w) |
2.2. Tip(i) ta’ formulazzjoni
SL Konċentrat li jinħall
3. DIKJARAZZJONIJIET TA’ PERIKLU U TA’ PREKAWZJONI
|
Dikjarazzjonijiet ta’ periklu |
H302: Jagħmel il-ħsara jekk jinbela’. H315: Jikkawża irritazzjoni tal-ġilda. H318: Jagħmel ħsara serja lill-għajnejn. H335: Jista’ jikkawża irritazzjoni respiratorja. H412: Jagħmel ħsara lill-organiżmi akkwatiċi b’mod li jħalli effetti dejjiema. H272: Jista’ jżid in-nar; ossidant. |
|
Dikjarazzjonijiet ta’ prekawzjoni |
P261: Evita li tibla’ bin-nifs fwar. P264: Aħsel idejn sew wara li tużah. P270: Tikolx, tixrobx u tpejjipx waqt li tuża dan il-prodott. P271: Uża biss barra jew f’post ventilat sew. P273: Evita r-rilaxx fl-ambjent. P280: Ilbes ingwanti protettivi / ilbies protettiv / protezzjoni tal-għajnejn / protezzjoni tal-wiċċ. P301+P312: JEKK JINBELA’: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-VELENU / tabib jekk tħossok ma tiflaħx. P330: Laħlaħ il-ħalq. P302+P352: JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel b’ħafna ilma / sapun. P304+P340: JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Esponi lill-persuna għall-arja friska u żommha komda sabiex tkun tista’ tieħu n-nifs. P312: Ikkuntattja ĊENTRU TAL-VELENU / tabib jekk tħossok ma tiflaħx. P305+P351+P338: JEKK JIDĦOL FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ b’attenzjoni bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet tal-kuntatt, jekk ikun hemm u jkunu faċli sabiex tneħħihom. Kompli laħlaħ. P310: Ikkuntattja immedjatament ĊENTRU TAL-VELENU / tabib. P332+P313: Jekk ikun hemm irritazzjoni tal-ġilda: Ikkonsulta tabib. P403+P233: Aħżen f’post b’ventilazzjoni tajba. Żomm il-kontenitur magħluq sew. P405: Aħżen f’post imsakkar. P501: Armi l-kontenut / f’konformità mar-rekwiżiti lokali. P501: Armi il-kontenitur / f’konformità mar-rekwiżiti lokali. P210: Biegħed mis-sħana, uċuħ jaħarqu, xrar tan-nar, fjammi miftuħa u sorsi oħra li jaqbdu. Tpejjipx. P220: Żomm ‘il bogħod mill-ħwejjeġ u materjali oħra li jaqbdu. P370+P378: F’każ ta’ nar: Uża ilma għat-tifi. |
4. UŻU/I AWTORIZZATI
4.1. Deskrizzjoni tal-użu
Table 1.
Diżinfezzjoni tas-superfiċje bi proċess ta’ perossidu tal-idroġenu vaporizzat (VHP)
|
Tip ta’ prodott |
PT02: Diżinfettanti u algaċidi li mhumiex maħsuba biex jiġu applikati direttament fuq il-bnedmin jew l-annimali |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem komuni: Batterja Istadju iżvilupp: - Isem komuni: Ħmira Istadju iżvilupp: - |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ superfiċji u apparat niexef fi kmamar tal-isptar, laboratorji u spazji magħluqin oħrajn, li ma jiġux f’kuntatt ma’ ikel u għalf. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Vaporizzazzjoni Deskrizzjoni dettaljata: Diżinfezzjoni awtomatizzata b’Perossidu tal-Idroġenu Vaporizzat, iġġenerat bl-għajnuna ta’ ġeneratur tal-VHP. Speċifikazzjonijiet ewlenin ta’ ġeneratur tal-VHP: Prinċipju ta’ diffużjoni: vaporizzazzjoni, diżinfezzjoni b’perossidu tal-idroġenu gassuż. Volum tal-Kamra: 30–150 m3. Konċentrazzjoni tal-prodott: 3 120 mg/m3. Umdità relattiva: 40–80%. Temperatura: temperatura ambjentali. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Il-prodott lest għall-użu għandu jiġi applikat f’konċentrazzjoni ta’ perossidu tal-idroġenu ta’ 1 092 mg/m3 (780 ppm) mill-ġeneratur tal-VHP. Mhux applikabbli. Numru u ħin tal-applikazzjoni: Ħin ta’ kuntatt: mill-inqas 4 sigħat Frekwenza: kuljum / jekk meħtieġ Massimu ta’ 3 darbiet kuljum. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Polietilene ta’ densità għolja (HEDP) flixkun 1, 5 litri Jerrycan HDPE 10, 20, 30, 60 litri Tanbur HDPE 200 litri Kontenitur HDPE 1 000 litri Tank HDPE ISO 20m3 |
4.1.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Iż-żona li għandha tiġi diżinfettata titħejja għad-dekontaminazzjoni billi tneħħi kwalunkwe likwidu u timsaħ it-tiċpis viżibbli. Naddaf iż-żona qabel id-diżinfezzjoni. Il-bibien tal-armarji għandhom jinfetħu, is-superfiċji għandhom ikunu nexfin u żoni mxarrbin (bħal sinkijiet u toilets) għandhom jiġu diżinfettati bi prodotti alternattivi xierqa.
Professjonisti mħarrġin apposta jissostitwixxu l-għatu tal-imballaġġ issiġillat b’għatu speċjali li għandu valv għall-ħruġ tal-gass u konnettur veloċi. Il-konnettur veloċi huwa mqabbad ma’ pajp li jitqabbad ġeneratur tal-VHP. Issiġilla l-ispazju magħluq jew il-kamra u kun ċert li ma jiġix permess l-aċċess għaż-żona trattata bil-fwar matul il-proċedura kollha.
Il-volum tal-kamra jvarja minn 30 sa 150 m3.
Il-veloċità tad-diffużjoni tista’ tvarja minn 1,5 sa 20 g prodott/minuta.
Temperatura tal-bidu ta’ 20°C ± 2°C.
Umdità relattiva bejn 40 u 80 %.
Matul iċ-ċiklu ta’ diżinfezzjoni il-ġeneratur tal-VHP taġġusta l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu sal-livelli effettivi ta’ 1 092 mg/m3 (780 ppm) u żżommha f’dan il-livell għal mill-inqas 4 sigħat. Il-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu tiġi mmonitorjata matul id-diżinfezzjoni. Wara d-diżinfezzjoni, tenħtieġ l-arjazzjoni taż-żona ssiġillata biex titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu taħt il-1,25 mg/m3, jew valur ta’ referenza nazzjonali rilevanti aktar baxx, qabel ma tidħol fiż-żona. Dan il-pass jista’ ma jiħux ħafna ħin iżda jista’ wkoll jieħu diversi sigħat li jwassal għal ċiklu ta’ dekontaminazzjoni totali ta’ 5 – 8 sigħat.
L-utent għandu dejjem jagħmel validazzjoni mikrobijoloġika tad-diżinfezzjoni fil-kmamar li għandhom jiġu diżinfettati (jew ġewwa “kamra standard” xierqa, jekk applikabbli) bit-tagħmir li ser jintuża, mbagħad wara jista’ jsir protokoll għad-diżinfezzjoni ta’ dawn il-kmamar u jkompli jintuża.
F’każ li jkun hemm metodi disponibbli għall-monitoraġġ kimiku tas-sustanzi attivi fl-arja jew fuq is-superfiċji, għandha ssir validazzjoni kimika apparti mill-validazzjoni bijoloġika, eż. bi strixxi tal-ittestjar jew b’apparat li jkejjel il-perossidu tal-idroġenu ppm fl-arja.
Jekk tkun ikkonċernata “kamra standard” li għaliha jkun hemm disponibbli protokoll, il-validazzjoni tista’ tkun limitata għal validazzjoni kimika biss.
4.1.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ilbes gogils reżistenti għall-kimiċi konformi mal-Istandard Ewropew EN 16321 jew ekwivalenti, ħwejjeġ protettivi reżistenti kimikament għall-prodotti bijoċidali, ingwanti reżistenti għall-kimiċi kklassifikati taħt l-Istandard Ewropew EN 374 jew ekwivalenti, tarka tal-wiċċ u Tagħmir ta’ Protezzjoni Respiratorja (RPE) (Fattur ta’ Protezzjoni Assenjat (APF) = 10) waqt it-taħlit u t-tagħbija. L-ingwanti u l-materjal tal-ilbies ta’ protezzjoni għandhom jiġu speċifikati mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott. Ara t-taqsima 6 għat-titoli sħaħ tal-istandards EN.
Dan jgħodd mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenza sħiħa għad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE.
Mhu permess l-ebda aċċess għaż-żona ttrattata waqt it-trattament. Waqt l-arjazzjoni u qabel ma jiġi permess id-dħul mill-ġdid fiż-żona ttrattata, għandu jiġi assigurat li l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu tinsab taħt il-1,25 mg/m3, jew valur ta’ referenza nazzjonali rilevanti aktar baxx, bl-użu, pereżempju, ta’ strixxi tat-testjar. Waqt it-tħaddim tal-ġeneratur tal-VHP jew f’każijiet ta’ malfunzjoni, id-dħul fil-kamra huwa possibbli biss jekk jintlibsu lbies protettiv kontra l-kimiċi u RPE (APF=10) filwaqt li l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu ma taqbiżx it-12,5 mg/m3. Osserva l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta.
4.1.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ma hemmx istruzzjonijiet għall-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jiġi protett l-ambjent speċifiċi għall-użu. Ara l-Istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ma hemmx istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu speċifiċi għall-użu. Ara l-Istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.1.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ma hemmx istruzzjonijiet għall-ħżin u dwar il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott speċifiċi għall-użu taħt kundizzjonijiet ta’ ħżin normali. Ara l-Istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2. Deskrizzjoni tal-użu
Table 2.
Diżinfezzjoni tas-superfiċje bi proċess ta’ perossidu tal-idroġenu vaporizzat (VHP)
|
Tip ta’ prodott |
PT04: Żoni tal-ikel u tal-għalf |
|
Fejn rilevanti, deskrizzjoni eżatta tal-użu awtorizzat |
- |
|
Organiżmu/i fil-mira (inkluż l-istadju ta’ żvilupp) |
Isem komuni: Batterja Istadju iżvilupp: - Isem komuni: Ħmira Istadju iżvilupp: - |
|
Qasam/Oqsma ta’ użu |
użu fuq ġewwa Diżinfezzjoni ta’ uċuħ niexfa f’żoni ta’ ikel u għalf u spazji oħra magħluqa. |
|
Metodu/i ta’ applikazzjoni |
Metodu: Vaporizzazzjoni Deskrizzjoni dettaljata: Diżinfezzjoni awtomatizzata b’Perossidu tal-Idroġenu Vaporizzat, iġġenerat bl-għajnuna ta’ ġeneratur tal-VHP. Speċifikazzjonijiet ewlenin ta’ ġeneratur tal-VHP: Prinċipju ta’ diffużjoni: vaporizzazzjoni, diżinfezzjoni b’perossidu tal-idroġenu gassuż. Volum tal-Kamra: 30–150 m3. Konċentrazzjoni tal-prodott: 3 120 mg/m3. Umdità relattiva: 40–80%. Temperatura: temperatura ambjentali. |
|
Rata/i ta’ applikazzjoni u frekwenza |
Rata ta’ applikazzjoni: Il-prodott lest għall-użu għandu jiġi applikat f’konċentrazzjoni ta’ perossidu tal-idroġenu ta’ 1 092 mg/m3 (780 ppm) mill-ġeneratur tal-VHP. Mhux applikabbli. Numru u ħin tal-applikazzjoni: Ħin ta’ kuntatt: mill-inqas 4 sigħat Frekwenza: kuljum / jekk meħtieġ Massimu ta’ 3 darbiet kuljum. |
|
Kategorija/i ta’ utenti |
professjonali |
|
Daqsijiet tal-pakkett u materjal tal-imballaġġ |
Polietilene ta’ densità għolja (HEDP) flixkun 1, 5 litri Jerrycan HDPE 10, 20, 30, 60 litri Tanbur HDPE 200 litri Kontenitur HDPE 1 000 litri Tank HDPE ISO 20m3 |
4.2.1. Struzzjonijiet speċifiċi għall-użu sabiex jintużaw
Iż-żona li għandha tiġi diżinfettata titħejja għad-dekontaminazzjoni billi tneħħi kwalunkwe likwidu u timsaħ it-tiċpis viżibbli. Naddaf iż-żona qabel id-diżinfezzjoni. Il-bibien tal-armarji għandhom jinfetħu, is-superfiċji għandhom ikunu nexfin u żoni mxarrbin (bħal sinkijiet u toilets) għandhom jiġu diżinfettati bi prodotti alternattivi xierqa.
Professjonisti mħarrġin apposta jissostitwixxu l-għatu tal-imballaġġ issiġillat b’għatu speċjali li għandu valv għall-ħruġ tal-gass u konnettur veloċi. Il-konnettur veloċi huwa mqabbad ma’ pajp li jitqabbad ġeneratur tal-VHP. Issiġilla l-ispazju magħluq jew il-kamra u kun ċert li ma jiġix permess l-aċċess għaż-żona trattata bil-fwar matul il-proċedura kollha.
Il-volum tal-kamra jvarja minn 30 sa 150 m3.
Il-veloċità tad-diffużjoni tista’ tvarja minn 1,5 sa 20 g prodott/minuta.
Temperatura tal-bidu ta’ 20 °C ± 2 °C.
Umdità relattiva bejn 40 u 80 %.
Matul iċ-ċiklu ta’ diżinfezzjoni il-ġeneratur tal-VHP taġġusta l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu sal-livelli effettivi ta’ 1 092 mg/m3 (780 ppm) u żżommha f’dan il-livell għal mill-inqas 4 sigħat. Il-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu tiġi mmonitorjata matul id-diżinfezzjoni. Wara d-diżinfezzjoni, tenħtieġ l-arjazzjoni taż-żona ssiġillata biex titnaqqas il-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu taħt il-1,25 mg/m3, jew valur ta’ referenza nazzjonali rilevanti aktar baxx, qabel ma tidħol fiż-żona. Dan il-pass jista’ ma jiħux ħafna ħin iżda jista’ wkoll jieħu diversi sigħat li jwassal għal ċiklu ta’ dekontaminazzjoni totali ta’ 5 – 8 sigħat.
L-utent għandu dejjem jagħmel validazzjoni mikrobijoloġika tad-diżinfezzjoni fil-kmamar li għandhom jiġu diżinfettati (jew ġewwa “kamra standard” xierqa, jekk applikabbli) bit-tagħmir li ser jintuża, mbagħad wara jista’ jsir protokoll għad-diżinfezzjoni ta’ dawn il-kmamar u jkompli jintuża.
F’każ li jkun hemm metodi disponibbli għall-monitoraġġ kimiku tas-sustanzi attivi fl-arja jew fuq is-superfiċji, għandha ssir validazzjoni kimika apparti mill-validazzjoni bijoloġika, eż. bi strixxi tal-ittestjar jew b’apparat li jkejjel il-perossidu tal-idroġenu ppm fl-arja. Jekk tkun ikkonċernata “kamra standard” li għaliha jkun hemm disponibbli protokoll, il-validazzjoni tista’ tkun limitata għal validazzjoni kimika biss.
4.2.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji speċifiċi għall-użu
Ilbes gogils reżistenti għall-kimiċi konformi mal-Istandard Ewropew EN 16321 jew ekwivalenti, ħwejjeġ protettivi reżistenti kimikament għall-prodotti bijoċidali, ingwanti reżistenti għall-kimiċi kklassifikati taħt l-Istandard Ewropew EN 374 jew ekwivalenti, tarka tal-wiċċ u Tagħmir ta’ Protezzjoni Respiratorja (RPE) (Fattur ta’ Protezzjoni Assenjat (APF) = 10) waqt it-taħlit u t-tagħbija. L-ingwanti u l-materjal tal-ilbies ta’ protezzjoni għandhom jiġu speċifikati mid-detentur tal-awtorizzazzjoni fl-informazzjoni tal-prodott. Ara t-taqsima 6 għat-titoli sħaħ tal-istandards EN.
Dan jgħodd mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u leġiżlazzjoni oħra tal-Unjoni fil-qasam tas-saħħa u s-sigurtà fuq il-post tax-xogħol. Ara t-taqsima 6 għar-referenza sħiħa għad-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE.
Mhu permess l-ebda aċċess għaż-żona ttrattata waqt it-trattament. Waqt l-arjazzjoni u qabel ma jiġi permess id-dħul mill-ġdid fiż-żona ttrattata, għandu jiġi assigurat li l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu tinsab taħt il-1,25 mg/m3, jew valur ta’ referenza nazzjonali rilevanti aktar baxx, bl-użu, pereżempju, ta’ strixxi tat-testjar. Waqt it-tħaddim tal-ġeneratur tal-VHP jew f’każijiet ta’ malfunzjoni, id-dħul fil-kamra huwa possibbli biss jekk jintlibsu lbies protettiv kontra l-kimiċi u RPE (APF=10) filwaqt li l-konċentrazzjoni tal-perossidu tal-idroġenu ma taqbiżx it-12,5 mg/m3. Osserva l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta.
4.2.3. Fejn speċifiku għall-użu, id-dettalji tal-effetti diretti jew indiretti probabbli, l-istruzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Ma hemmx istruzzjonijiet għall-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza biex jiġi protett l-ambjent speċifiċi għall-użu. Ara l-Istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.4. Fejn speċifiku għall-użu, l-istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu
Ma hemmx istruzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u l-imballaġġ tiegħu speċifiċi għall-użu. Ara l-Istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
4.2.5. Fejn speċifiku għall-użu, il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Ma hemmx istruzzjonijiet għall-ħżin u dwar il-ħajja fuq l-ixkaffa tal-prodott speċifiċi għall-użu taħt kundizzjonijiet ta’ ħżin normali. Ara l-Istruzzjonijiet ġenerali għall-użu.
5. STRUZZJONIJIET ĠENERALI GĦALL-UŻU (1)
5.1. Struzzjonijiet għall-użu
Ara l-istruzzjonijiet speċifiċi għall-użu għal kull użu.
5.2. Miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji
Ara l-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskju għall-użu speċifiċi għal kull użu.
Osserva l-istruzzjonijiet fuq it-tikketta.
5.3. Dettalji tal-effetti diretti jew indiretti, struzzjonijiet tal-ewwel għajnuna u miżuri ta’ emerġenza għall-protezzjoni tal-ambjent
Istruzzjonijiet għall-ewwel għajnuna
JEKK JINBELA’: Laħlaħ il-ħalq immedjatament. Agħti xi ħaġa tax-xorb, jekk il-persuna esposta tkun tista’ tibla’. TINDUĊIX ir-remettar. Ċempel 112/ambulanza għal għajnuna medika. Informazzjoni lill-ħaddiema tal-kura tas-saħħa/tabib: Ibda miżuri għaż-żamma tal-ħajja jekk meħtieġa, wara ċempel ĊENTRU TAL-VELENU.
JEKK FUQ IL-ĠILDA: Aħsel il-ġilda immedjatament b’ħafna ilma. Wara neħħi l-ilbies ikkontaminat kollu u aħslu qabel terġa’ tużah. Kompli aħsel il-ġilda bl-ilma għal 15-il minuta. Ċempel ĊENTRU TAL-VELENU jew tabib.
JEKK FL-GĦAJNEJN: Laħlaħ immedjatament bl-ilma għal diversi minuti. Neħħi l-lentijiet ta’ kuntatt, jekk hemm u jkun faċli. Kompli laħlaħ għal mill-anqas 15-il minuta. Ċempel 112/ambulanza għal għajnuna medika.
JEKK JITTIEĦED MAN-NIFS: Ċaqlaq lejn arja friska u żomm mistrieħ f’pożizzjoni komda għat-teħid tan-nifs.
Jekk ikun hemm sintomi: Ċempel 112/ambulanza għal għajnuna medika.
Jekk ma jkunx hemm sintomi: Ċempel ĊENTRU TAL-VELENU jew tabib.
Miżuri f’każ ta’ rilaxx aċċidentali
Tixrid kbir: Iġbor il-prodott f’kontenituri xierqa (eż. magħmulin mill-plastik) billi tuża apparat xieraq (eż. pompa għall-likwidu) biex jintrema’. Qatt m’għandek tpoġġi dak li jkun ixxerred lura fil-kontenituri oriġinali għall-użu mill-ġdid. Żomm ’il bogħod minn sustanzi fjammabbli u inkompatibbli. Laħlaħ kwalunkwe residwu b’ħafna ilma. Armi l-materjal assorbit skont ir-regolamenti ambjentali applikabbli.
Tixrid żgħir: Żid il-prodott b’ħafna ilma u laħlaħ jew assorbi b’materjal li jżomm il-likwidu (eż. trab tad-diatomi jew binder universali). Iġbru mekkanikament u poġġih f’kontenituri xierqa. Naddaf sew is-superfiċje kkontaminata. Ippakkja u ttikkettja l-iskart bħall-prodott. Taqlax it-tikketta mill-kontenituri tal-kunsinna qabel ma jintremew.
5.4. Struzzjonijiet għar-rimi sikur tal-prodott u tal-imballaġġ tiegħu
Fl-aħħar tat-trattament, armi l-prodott mhux użat u l-imballaġġ skont ir-rekwiżiti lokali. Il-prodott użat jista’ jiġi mormi fid-drenaġġ muniċipali jew f’depożitu tad-demel skont ir-rekwiżiti lokali.
5.5. Il-kundizzjonijiet tal-ħżin tal-prodott u kemm dan idum tajjeb qabel ma jinfetaħ taħt kundizzjonijiet normali tal-ħżin
Pariri dwar protezzjoni kontra n-nar u l-isplużjonijiet:
Aħżen ’il bogħod mir-raġġi tax-xemx u sorsi tas-sħana.
Aħżen ’il bogħod minn sorsi li jistgħu jqabbdu n-nar - Tpejjipx.
Aħżen ’il bogħod minn sustanzi fjammabbli.
Aħżen ’il bogħod minn sustanzi inkompatibbli.
Ħżin:
Rekwiżit tat-temperatura - matul il-ħżin sa massimu ta’ 40 °C u pproteġi mill-ġlata.
Aħżen f’postijiet nodfa, nexfin u ventilati sew.
Ġorr u aħżen il-kontenitur f’pożizzjoni wieqfa biss.
Dejjem issikka l-kontenitur sewwa wara li tneħħi l-prodott.
Evita li l-prodott inixxi u jħalli residwi fuq il-kontenituri.
Pariri dwar ħżin komuni:
Taħżnux flimkien ma’ alkali, riduċenti, imluħa metalliċi (riskju ta’ dekompożizzjoni).
Taħżnux flimkien ma’ solventi organiċi (riskju ta’ splużjoni).
Ħajja fuq l-ixkaffa:
24 xahar
6. INFORMAZZJONI OĦRA
It-titli sħaħ tal-istandards EN imsemmija fit-taqsimiet dwar “miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi għall-użu” huma:
EN 16321 - Protezzjoni għall-għajnejn u għall-wiċċ għall-użu okkupazzjonali
EN 374 – Ingwanti protettivi kontra sustanzi kimiċi u mikroorganiżmi
Id-Direttiva tal-Kunsill imsemmija bħala referenza fit-taqsimiet dwar “miżuri ta’ mitigazzjoni speċifiċi għall-użu” hija d-Direttiva 98/24/KE tal-Kunsill tas-7 ta’ April 1998 dwar il-protezzjoni tas-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema mir-riskji li għandhom x’jaqsmu mal-aġenti kimiċi fuq il-post tax-xogħol (l-erbatax-il Direttiva individwali fit-tifsira tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 89/391/KEE) (ĠU L 131, 5.5.1998, p.11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1998/24/oj).
(1) L-istruzzjonijiet għall-użu, il-miżuri ta’ mitigazzjoni tar-riskji u struzzjonijiet oħra għall-użu taħt din it-taqsima huma validi għal kull użu awtorizzat.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2026/2042/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)