|
17.12.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 509/22 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.10435 — REFRESCO GROUP / HANSA-HEEMANN)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2021/C 509/13)
1.
Fid-9 ta’ Diċembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet avviż ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Refresco Deutschland Services & IT GmbH & Co. KG (proprjetà kollha kemm hi ta’ Refresco Holding B.V., flimkien “Refresco”, in-Netherlands), ikkontrollata bi sħab minn PAI Partners SAS (Franza) u British Columbia Investment Management Corporation (il-Kanada), |
|
— |
Hansa Heemann AG (“Hansa Heemann”, il-Ġermanja). |
Refresco takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Hansa Heemann. Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
Refresco: il-produzzjoni u l-ibbottiljar ta’ varjetà kbira ta’ xorb mhux alkoħoliku għal tikketta privata li tappartjeni għall-bejjiegħa bl-imnut u għas-sidien tad-ditta skont il-manifattura b’kuntratt; |
|
— |
Hansa Heemann: il-produzzjoni u l-ibbottiljar ta’ xorb mhux alkoħoliku, b’mod aktar speċifiku luminati karbonizzati (inklużi xarbiet tal-isports u tal-enerġija karbonizzati), ilma minerali ppakkjat u, sa ċertu punt, tipi oħra ta’ luminati mhux karbonizzati. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.10435 — Refresco Group / Hansa-Heemann
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).