31992R1211



Official Journal L 127 , 13/05/1992 P. 0009 - 0009
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0040
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 42 P. 0040


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KEE) Nru 1211/92

tat-12 ta' Mejju 1992

li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2190/90 fuq il-bejgħ bi prezz fiss bil-quddiem ta' għeneb imqadded mhux proċessat għall-industriji tad-distillazzjoni

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 426/86 tal-24 ta' Frar 1986 fuq l-organizzazzjoni komuni tas-suq fi prodotti proċessati mill-frott u l-ħxejjex ([1]), kif l-aħħar emendat mir-Regolament (KEE) Nru 1943/91 ([2]), u partikolarment l-Artikolu 8(7) tiegħu,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1206/90 tas-7 ta' Mejju 1990 li jippreskrivi regoli ġenerali għas-sistema ta' għajnuna għall-produzzjoni għall-frott u ħxejjex([3]), kif emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2202/90 ([4]), u partikolarment Artikolu 6(2) tiegħu,

Billi r-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2190/90 ([5]), kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 2244/91 ([6]), jipprovdi għall-bejgħ ta' prodotti mill-ħsad ta' l-1986 sa l-1988 b' ECU 11,3 kull 100 kilogramma netti fil-każ ta' passolina u ECU 8,3 kull 100 kilogramma netti fil-każ ta' sultana;

Billi l-aġenziji tal-ħażna Griegi għad għandhom 50 tunnellata ta' passolina mill-ħsad ta' l-1986 u 20 tunnellata ta' sultana mill-ħsad ta' l-1988; billi; minħabba l-kwalità tagħhom, hemm diffikultajiet biex jinbiegħu dawn il-prodotti bil-prezz kurrenti; billi dak il-prezz u l-kwalitajiet konċernati għandhom ikunu għalhekk aġġustati;

Billi l-miżuri provduti f'dan ir-Regolament huma bi qbil ma' l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni tal-Prodotti Proċessati mill-Frott u l-Ħaxix ta' l-Ikel;

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Artikolu 1(1) tar-Regolament (KEE) Nru 2190/90 huwa hawnhekk mibdul b'dan li ġej:

1. L-aġenziji ta' ħażna Griegi elenkati fl-Anness għandhom jorganizzaw il-bejgħ ta' massimu ta' 50 tunnellata ta' passolina mill-ħsad ta' l-1986 u 20 tunnellata ta' sultana mill-ħsad ta' l-1988 skond ir-Regolamenti (KEE) Nru 626/85 u (KEE) Nru 913/89 bil-prezz ta' 3 ECU kull 100 kilogramma netti.'

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u jkun direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul f'Brussel, fit-12 ta' Mejju 1992.

Għall-Kummissjoni

Ray MAC SHARRY

Membru tal-Kummissjoni

Proofread by Stephen Zammit

[1] ĠU L 49, tas-27.2.1986, p. 1.

[2] ĠU L 175, ta' l-4.7.1991, p. 1.

[3] ĠU L 119, tal-11.5.1990, p. 74.

[4] ĠU L 201, tal-31.7.1990, p. 4.

[5] ĠU L 198, tat-28.7.1990, p. 29.

[6] ĠU L 204, tas-27.7.1991, p. 23.