|
4.5.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 154/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/722
tat-3 ta’ Mejju 2021
li ġġedded il-mandati ta’ tliet membri eżistenti tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika u taħtar żewġ membri ġodda
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 234/2008/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2008 li tistabbilixxi l-Kumitat Ewropew ta’ Konsultazzjoni dwar il-Politika Komunitarja ta’ Tagħrif Statistiku u li tħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 91/116/KEE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1)(a) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/C12/02 (2) ħatret erba’ membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (“il-Kumitat”), għal terminu ta’ ħames snin. Il-mandati ta’ dawk il-membri spiċċaw fil-31 ta’ Diċembru 2020. Tlieta mill-membri qablu mat-tiġdid tal-mandati tagħhom. |
|
(2) |
Wieħed mill-erba’ membri maħtura bid-Deċiżjoni 2016/C12/02 mhux f’pożizzjoni li jġedded il-mandat tiegħu, u għalhekk jenħtieġ jiġi sostitwit. |
|
(3) |
It-tmien membri l-oħra nħatru bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2019/C63/05 (3). It-terminu rispettiv tagħhom jiskadi fl-2024. Madankollu, wieħed minn dawk it-tmien membri rriżenja u għalhekk jenħtieġ jiġi sostitwit għall-bqija tat-terminu tiegħu. |
|
(4) |
Peress li l-lista ta’ riżerva stabbilita bid-Deċiżjoni 2019/C63/05 m’għadhiex valida, l-Istati Membri ntalbu u taw lista ta’ kandidati lill-Kummissjoni, bi kwalifiki stabbiliti sew fil-qasam tal-istatistika, għall-finijiet tal-ħatra tal-membri l-ġodda tal-Kumitat. |
|
(5) |
Għall-ħatra ta’ dawn iż-żewġ membri ġodda, il-Kummissjoni ħadmet biex tiżgura li jkunu jirrappreżentaw, b’mod ugwali, lill-utenti, lir-rispondenti u lill-partijiet ikkonċernati l-oħra fl-istatistika tal-Unjoni (fosthom il-komunità xjentifika, is-sħab soċjali u s-soċjetà ċivili). |
|
(6) |
Il-Kummissjoni kkonsultat lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill fir-rigward tat-tiġdid tal-mandati u l-ħatriet il-ġodda, u dawk l-istituzzjonijiet taw opinjoni pożittiva, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-mandati tas-Sur Claudiu HERTELIU, is-Sa Ariane KÖNIG u s-Sa Biruta SLOKA qed jiġġeddu għal terminu ta’ ħames snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 2
Is-Sa Roxane Silberman inħatret membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għal terminu ta’ ħames snin li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021 u jintemm fil-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 3
Is-Sur Antti RIPATTI nħatar membru tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika għall-perjodu li jibda fl-1 ta’ Jannar 2021 u jintemm fit-8 ta’ Mejju 2024.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dik tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-3 ta’ Mejju 2021.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 73, 15.3.2008, p. 13.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2016/C12/02 tal-14 ta’ Jannar 2016 li taħtar tmien membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ĠU C 12, 15.1.2016, p. 2).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2019/C63/05 tal-14 ta’ Frar 2019 li taħtar tmien membri tal-Kumitat Konsultattiv Ewropew tal-Istatistika (ĠU C 63, 18.2.2019, p. 4).