|
20.7.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 238/14 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9787 — Česká spořitelna/Československá obchodní banka/Komerční banka/JV)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 238/05)
1.
Fl-10 ta’ Lulju 2020, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Česká spořitelna, a.s. (CS, iċ-Ċekja), li tappartjeni għall-Bank Erste Group AG (l-Awstrija), |
|
— |
Československá obchodní banka, a.s. (ČSOB, iċ-Ċekja), li jappartjeni għall-Grupp KBC (il-Belġju), |
|
— |
Komerční banka, a.s. (KB, iċ-Ċekja), li jappartjeni għall-Grupp Société Générale (Franza). |
CS, ČSOB u KB jakkwistaw skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ kumpanija ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta (il-“JV”, iċ-Ċekja).
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija maħluqa ġdida li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
CS: hija kumpanija bankarja li topera fiċ-Ċekja, li tipprovdi servizzi bankarji u finanzjarji lil individwi, impriżi żgħar u ta’ daqs medju, muniċipalitajiet u entitajiet oħra tas-settur pubbliku kif ukoll lil korporazzjonijiet u istituzzjonijiet finanzjarji multinazzjonali. |
|
— |
ČSOB: hija kumpanija bankarja li topera fiċ-Ċekja. ČSOB toffri prodotti u servizzi bankarji lil kull grupp ta’ klijenti, jiġifieri individwi, SMEs u lil klijenti korporattivi u istituzzjonali. |
|
— |
KB: hija kumpanija bankarja li topera fiċ-Ċekja u fiż-ŻEE, li tipprovdi firxa wiesgħa ta’ servizzi bankarji bl-imnut, korporattivi u ta’ investiment. |
|
— |
Il-JV se tipprovdi servizzi ta’ identifikazzjoni elettronika fiċ-Ċekja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura ssimplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9787 — česká spořitelna/Československá obchodní banka/Komerční banka/JV
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
E-mail: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks +32 22964301
Indirizz tal-posta:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).