Official Journal L 044 , 17/02/1994 P. 0033 - 0034
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0054
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 56 P. 0054
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta' Frar 1994 li tfassal lista proviżorja ta' pajjiżi terzi li minnhom l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam tal-kaċċa salvaġġa. (94/86/KE) IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 92/45/KEE tas-16 ta' Ġunju 1992 dwar il-problemi ta' saħħa pubblika u ta' saħħa ta' l-annimali li għandhom x'jaqsmu mal-qtil tal-kaċċa salvaġġa u t-tqegħid fis-suq ta' laħam tal-kaċċa salvaġġa [1], kif emendata bid-Direttiva 92/116/KKE [2], u partikularment l-Artikolu 16(2) u (3) tagħha, Billi l-importazzjoni ta' laħam tal-kaċċa salvaġġa għandha ssir minn pajjiżi terzi jew partijiet ta' pajjizi terzi li jkunu kapaċi joffru lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni garanziji ekwivalenti għall-kondizzjonijiet preskritti għat-tqegħid fis-suq tal-Komunità; Billi biex titħaffef is-sistema ġdida ta' kontrolli, huwa meħtieġ li titfassal lista proviżorja tal-pajjiżi terzi jew tal-partijiet ta' pajjiżi terzi kkonċernati, minn fejn l-importazzjoni ta' laħam tat-tjur tal-kaċċa salvaġġa jew ta' laħam tal-kaċċa salvaġġa oħra tkun awtorizzata; Billi hemm raġuni tajba biex wieħed jiddistingwi l-importazzjoni awtorizzata ta' laħam frisk ta' annimali tad-dwifer mill-pajjizi terzi li jidhru fil-lista ta' l-Ewwel Parti ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE [3], kif l-aħħar emendata bid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/507/KEE [4]; Billi, meta tikkunsidra l-adattament għas-sistema l-ġdida li jsegwi l-adozzjoni ta' dawn il-listi, hemm raġuni tajba biex wieħed jaħseb minn qabel għall-perjodu ta' żmien biex dawn jibdew japplikaw; Billi l-miżuri li għalihom tipprovdi din id-Deċiżjoni huma skond l-opinjoni tal-Kumitat Veterinarju Permanenti, ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI: Artikolu 1 L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam tat-tjur tal-kaċċa salvaġġa mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista ta' L-Ewwel Parti ta' l-Anness. L-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam tal-kaċċa salvaġġa minbarra laħam tat-tjur tal-kaċċa salvaġġa mill-pajjiżi terzi li jidhru fil-lista tat-Tieni Parti ta' l-Anness. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mill-1 ta' Lulju 1994. Artikolu 3 Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri. Magħmula fi Brussell, fis-16 ta' Frar 1994. Għall-Kummissjoni René Steichen Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 268, ta' l-14.9.1992, p. 35. [2] ĠU L 62, tal-15.3.1993, p. 1. [3] ĠU L 146, ta' l-14.6.1979, p. 15. [4] ĠU L 237, tat-22.9.1993, p. 36. -------------------------------------------------- ANNESS Il-listi li ġejjin huma listi b'mod ġenerali u l-importazzjoni għandha tissodisfa l-kundizzjonijiet rilevanti għas-saħħa ta' l-annimali u għas-saħħa pubblika. PART I Lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri għandhom jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam tat-tjur tal-kaċċa salvaġġa: - Il-lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam frisk tat-tjur li tidher fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 94/85/KE [1], barra minn dawk il-pajjiżi terzi li għandhom il-permess li jesportaw laħam frisk tat-tjur lejn il-Komunità bis-saħħa tat-tħaddim tad-derogi fl-Artikolu 4, paragrafi 3 u 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 93/342/KEE [2]. - Greenland PART II Lista ta' pajjiżi terzi minn fejn l-Istati Membri jawtorizzaw l-importazzjoni ta' laħam tal-kaċċa salvaġġa minbarra laħam tat-tjur tal-kaċċa salvaġġa: A. Għal-laħam ta' annimali salvaġġi b'difer mifruq u ta' dawk b'difer sod: il-pajjiżi li jidhru fil-kolonni xierqa għal-laħam frisk ta' annimali salvaġġi b'difer mifruq u annimali salvaġġi b'difer sod fl-ewwel parti ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 79/542/KEE magħduda kull restrizzjoni preskritta fil-kolonna għar-rimarki speċjali għal-laħam frisk. B. Għal-laħam tal-kaċċa salvaġġa minbarra dik li għaliha jirreferu l-Ewwel Parti u t-Tieni Parti (A) hawn fuq: il-pajjiżi terzi li jidhru fl-ewwel parti ta' l-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Nru 79/542/KEE. [1] ĠU L 44, tas-17.2.1994, p. 31. [2] ĠU L 137, tat-8.6.1993, p. 24. --------------------------------------------------