<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑35/13</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62013CJ0035</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:306">EU:C:2014:306</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>9</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>9</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAT-<DATE ISO="20140508">8.5.2014</DATE> — KAWŻA C‑35/13</P><P>ASSICA U KRAFT FOODS ITALIA</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (Id-Disa’ Awla)</P><P><DATE ISO="20140508">8 ta’ Mejju 2014</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Agrikoltura</KEYWORD><KEYWORD>Prodotti agrikoli u prodotti tal-ikel</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KEE) Nru 2081/92</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 2</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni ratione materiae</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni fit-territorju nazzjonali</KEYWORD><KEYWORD>Assenza ta’ reġistrazzjoni Komunitarja</KEYWORD><KEYWORD>Konsegwenzi</KEYWORD><KEYWORD>Protezzjoni tad-denominazzjonijiet marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom</KEYWORD><KEYWORD>Kundizzjonijiet</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑35/13,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Corte suprema di cassazione (l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tat-<DATE ISO="20121213">13 ta’ Diċembru 2012</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl-<DATE ISO="20130124">24 ta’ Jannar 2013</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Assica - Associazione Industriali delle Carni e dei Salumi,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Kraft Foods Italia SpA</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Associazione fra produttori per la tutela del <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">La Felinese Salumi SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Salumificio Monpiù Srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Salumi Boschi Fratelli SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Gualerzi SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Alinovi Tullio di Alinovi Giorgio &amp; C. Snc,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Salumificio Gastaldi di Gastaldi Franco &amp; C. Snc,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Boschi Cav. Umberto SpA,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fereoli Mario &amp; Figlio Snc,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Salumificio Ducale Snc di Morini &amp; Tortini,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Fereoli Gino &amp; Figlio Snc,</HT></P><?PAGE NO="2"?><P><HT TYPE="BOLD">Ronchei Srl,</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Salumificio B.R.B. Snc,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Id-Disa’ Awla),</P><P>komposta minn M. Safjan, President tal-Awla, J. Malenovský (Relatur) u K. Jürimäe, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: E. Sharpston,</P><P>Reġistratur: A. Impellizzeri, Amministratur,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub u wara s-seduta tad-<DATE ISO="20140109">9 ta’ Jannar 2014</DATE>,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għall-Assica - Associazione Industriali delle Carni e dei Salumi, minn N. Lipari u M. Casini, avukati,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Associazioni fra produttori per la tutela del <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, La Felinese Salumi SpA, Salumificio Monpiù Srl, Salumi Boschi Fratelli SpA, Gualerzi SpA, Alinovi Tullio di Alinovi Giorgio &amp; C. Snc, Salumificio Gastaldi di Gastaldi Franco &amp; C. Snc, Boschi Cav. Umberto SpA, Fereoli Mario &amp; Figlio Snc, Salumificio Ducale Snc di Morini &amp; Tortini, Fereoli Gino &amp; Figlio Snc, Ronchei Srl u Salumificio B.R.B. Snc, minn S. Magelli, avukat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Procuratore generale della Repubblica presso la Corte suprema di cassazione, minn R. Russo, Sostituto Procuratore Generale,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn P. Gentili, Avvocato dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn D. Triantafyllou u P. Rossi, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2 tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92, tal-<DATE ISO="19920714">14 ta’ Lulju 1992</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 13, p. 4), kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 535/97, tas-<DATE ISO="19970317">17 ta’ Marzu 1997</DATE> (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 3, Vol. 20, p. 352, iktar ’il quddiem ir-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>Regolament Nru 2081/92<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>).</TXT></NP><NP><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn l-Assica – Associazione Industriali delle Carni e dei Salumi (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Assica<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/>) u Kraft Foods Italia SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Kraft Foods<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), minn naħa, u l-Associazione fra produttori per la tutela del <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/> (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>Associazione fra produttori<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/>) u min-naħa l-oħra, La Felinese Salumi SpA, Salumificio Monpiù Srl, Salumi Boschi Fratelli SpA, Gualerzi SpA, Alinovi Tullio di Alinovi Giorgio &amp; C. Snc, Salumificio Gastaldi di Gastaldi Franco &amp; C. Snc, Boschi Cav. Umberto SpA, Fereoli Mario &amp; Figlio Snc, Salumificio Ducale Snc di Morini &amp; Tortini, Fereoli Gino &amp; Figlio Snc, Ronchei Srl u Salumificio B.R.B. Snc, fejn dawn it-tnax-il-kumpannija huma kollha membri tal-Associazione fra produttori,<?PAGE NO="3"?> fir-rigward tal-kundizzjonijiet li fihom tista’ tintuża denominazzjoni ġeografika sabiex tirreferi għal prodott magħmul barra miż-żona korrispondenti meta din id-denominazzjoni ma hijiex rikonoxxuta bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew bħala indikazzjoni ġeografika protetta fis-sens tar-Regolament Nru 2081/92.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>3</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2081/92 kien jistipula, fil-premessi seba’, disa’ u tnax tiegħu, dan li ġej:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>Billi, madanakollu, hemm differenzi fil-prassi nazzjonali għall-implementazzjoni tad-denominazzjoni ta’ oriġini jew indikazzjonijiet ġeografiċi; billi għandha tiġi prevista prassi tal-Komunità; billi struttura ta’ regoli tal-Komunità dwar il-protezzjoni tippermetti l-iżvilupp ta’ indikazzjonijiet geografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini; billi minħabba illi tipprovdi metodu iktar uniformi din l-istruttura tiżgura kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi ta’ prodotti li għandhom dawn l-indikazzjonijiet u b’hekk tittejjeb il-kredibilità tal-prodotti f’għajnejn il-konsumaturi;</P><P>[…]</P><P>Billi l-iskop [kamp ta’ applikazzjoni] ta’ dan ir-Regolament huwa llimitat għal ċerti prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel fejn hemm konnessjoni bejn il-prodott jew l-ikel u l-oriġini ġeografika; madanakollu dan l-iskop jista’ jiġi mwessa’ sabiex jinkludi prodotti jew prodotti tal-ikel oħrajn;</P><P>[...]</P><P>Billi sabiex igawdu minn protezzjoni f’kull Stat Membru l-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-deskrizzjonijiet ta’ l-oriġini għandhom jiġu reġistrati fuq livell Komunitaju; billi skrizzjoni fir-reġistru għandha wkoll tipprovdi informazzjoni lil dawk involuti fil-kummerċ u lill-konsumaturi<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>.</P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) tar-Regolament Nru 2081/92, kien jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-protezzjoni tal-Komunità għad-denominazzjoni ta’ oriġini u l-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel għandha tingħata skond dan ir-Regolament.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>denominazzjoni ta’ oriġini<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="2019" ID="QE0010"/>: dan ifisser l-isem ta’ reġjun, post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali, pajjiż, użati sabiex jiddeskrivu prodott agrikolu jew prodott tal-ikel:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>illi joriġinaw f’dak ir-reġjun, post speċifiku jew pajjiż; u</P></ITEM><ITEM><P>li għandhom kwalitajiet jew karatteristiċi li huma kkawżati essenzjalment jew esklussivament minħabba ambjent ġeografiku partikolari inklużi l-fatturi naturali u umani tiegħu, u li l-produzzjoni, l-ipproċessar u t-tħejjija tagħhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>indikazzjoni ġeografika<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="2019" ID="QE0011"/>: tfisser l-isem ta’ reġjun, ta’ post speċifiku jew, f’każijiet eċċezzjonali ta’ pajjiż, użati biex jiddeskrivu prodott agrikolu jew prodott tal-ikel:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>illi joriġinaw f’dak ir-reġjun, post speċifiku jew pajjiż, u</P></ITEM><?PAGE NO="4"?><ITEM><P>li jippossjedu kwalità, reputazzjoni jew karatteristiċi oħra speċifiċi marbuta ma’ dik l-oriġini ġeografika u li l-produzzjoni u/jew l-ipproċessar u/jew it-tħejjija tagħhom iseħħu fiż-żona ġeografika definita.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 13(1), ta’ dan l-istess regolament:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="013.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-ismijiet irreġistrati għandhom jkunu protetti kontra:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>kull użu kummerċjali dirett jew indirett ta’ isem irreġistrat fir-rigward ta’ prodotti li m’humiex koperti bir-registrazzjoni biss jekk dawk il-prodotti jistgħu jiġu pparagunati mal-prodotti reġistrati taħt dak l-isem jew sakemm l-użu tal-isem jisfrutta r-reputazzjoni tal-isem protett;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>kwalunkwe użu ħażin, imitazzjoni jew evokazzjoni, anke jekk l-oriġini vera tal-prodott hija ndikata jew jekk l-isem protett huwa tradott jew użat flimkien ma’ xi espressjoni bħal m’huma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>stil<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>tip<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>metodu<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>kif prodott fi<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>imitazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>, jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>simili<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>kull indikazzjoni oħra falza jew qarrieqa dwar il-provenjenza, l-oriġini, in-natura jew il-kwalitajiet essenzjali tal-prodott, fuq ġewwa jew fuq barra tal-pakkett, fir-reklamar jew fid-dokumenti dwar il-prodott in kwestjoni, u l-ippakkjar tal-prodott f’reċipjent, li jistgħu jagħtu impressjoni qarrieqa dwar l-oriġini tiegħu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>kull prattika oħra li tista’ tiżvija lill-pubbliku dwar l-oriġini vera tal-prodott.</TXT><P>Meta isem irreġistrat jkun jinkludi l-isem ta’ prodott agrikolu jew prodott tal-ikel li huwa meqjus bħala ġeneriku, l-użu ta’ dak l-isem ġeneriku u l-prodott agrikolu jew il-prodott tal-ikel m’għandux jitqies li bħala kuntrarju għal (a) jew (b) fl-ewwel subparagrafu.<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2081/92 tħassar permezz tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 510/2006, tal-<DATE ISO="20060320">20 ta’ Marzu 2006</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjonijiet tal-oriġini għall-prodotti agrikoli u l-oġġetti tal-ikel (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, L 335M, p. 213). Madankollu, fid-dawl tad-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, din tal-aħħar tibqa’ rregolata bir-Regolament Nru 2081/92.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 31(1) u (2) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 198, li jistabbilixxi regoli għall-adattament għal-leġiżlazzjoni interna fil-qasam tal-proprjetà industrijali għar-rekwiżiti obbligatorji tal-Ftehim dwar l-aspetti tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali li jirrigwardaw il-kummerċ - Uruguay Round (decreto legislativo n. 198 – Adeguamento della legislazione interna in materia di proprietà industriale alle prescrizioni obbligatorie dell’accordo relativo agli aspetti dei diritti di proprietà intellettuale concernenti il commercio - Uruguay Round), tad-<DATE ISO="19960319">19 ta’ Marzu 1996</DATE> (suppliment ordinarju tal-GURI Nru 64), fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 198/1996), jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="031.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Indikazzjoni ġeografika tfisser kull terminu li jidentifika pajjiż, reġjun jew lokalità, meta jintuża sabiex jiddeskrivi prodott li joriġina minnhom u li l-kwalità, ir-reputazzjoni jew il-karatteristiċi tiegħu huma dovuti esklużivament jew essenzjalment għall-ambjent ġeografiku tal-oriġini inklużi l-fatturi naturali, umani u tradizzjonali.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="031.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA>Bla ħsara għad-dispożizzjonijiet tal-[Artikolu] 2598.2 tal-Kodiċi Ċivili u tad-dispożizzjonijiet speċjali, u bla ħsara għad-drittijiet tat-trade mark miksuba preċedentement <HT TYPE="ITALIC">in bona fide</HT>, l-użu ta’ indikazzjonijiet ġeografiċi u l-użu ta’ kull denominazzjoni, meta dawn jindikaw jew jippreżentaw prodott, li jindika jew jissuġġerixxi li l-prodott ġej minn post ieħor differenti mill-post reali tal-oriġini,<?PAGE NO="5"?> jew li l-prodott għandu l-kwalitajiet li huma speċifiċi għal dawk li ġejjin minn post deskritt permezz ta’ indikazzjoni ġeografika, jikkostitwixxu att ta’ kompetizzjoni żleali meta dan ikun ta’ natura li jqarrqu lill-pubbliku.<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>8</NO.P><TXT>Is-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> huwa salami magħmul unikament mil-laħam tal-majjal. Ismu ġej mill-belt ta’ Felino, agglomerazzjoni li tinsab fil-provinċja ta’ Parma (l-Italja).</TXT></NP><NP><NO.P>9</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="19980130">30 ta’ Jannar 1998</DATE>, l-Associazioni fra produttori ressqet proċeduri kontra Kraft Jacobs Suchard SpA (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>Kraft Jacobs Suchard<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/>) quddiem it-Tribunale di Parma għal kompetizzjoni żleali minħabba li din il-kumpannija kienet offriet għall-bejgħ salami imsemmi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>, meta dan kien ġie mmanifatturat barra mit-territorju tar-reġjun ta’ Parma, jiġifieri fil-Lombardija, fi Cremona (l-Italja).</TXT></NP><NP><NO.P>10</NO.P><TXT>La Felinese Salumi SpA, Salumificio Monpiù Srl, Salumi Boschi Fratelli SpA, Gualerzi SpA, Alinovi Tullio di Alinovi Giorgio &amp; C. Snc, Salumificio Gastaldi di Gastaldi Franco &amp; C. Snc, Boschi Cav. Umberto SpA, Fereoli Mario &amp; Figlio Snc, Salumificio Ducale Snc di Morini &amp; Tortini, Fereoli Gino &amp; Figlio Snc, Ronchei Srl, Salumificio B.R.B. Snc intervenew insostenn ta’ din l-assoċjazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Assica, li tagħha hija membru Kraft Jacobs Suchard, interveniet fil-proċedura insostenn ta’ din tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>12</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tad-<DATE ISO="20010209">9 ta’ Frar 2001</DATE>, it-Tribunale di Parma qies li l-Associazione fra produttori ma setgħatx tinvoka r-Regolament Nru 2081/92, peress li d-denominazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/> la kienet tikkostitwixxi denominazzjoni ta’ oriġini protetta u lanqas ma kienet indikazzjoni ġeografika protetta fis-sens tal-imsemmi regolament. It-Tribunale di Parma madankollu sostna li l-Associazione fra produttori setgħat tinvoka d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 31 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 198/1996. B’konsegwenza ta’ dan, sa fejn ikkonstatat li l-prodotti kkummerċjalizzati minn Kraft Jacobs Suchard ma kinux ġejjin mit-territorju ta’ Parma filwaqt li s-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/> kien kiseb reputazzjoni fost l-konsumaturi fid-dawl tal-karatteristiċi tiegħu, li kienu jirriżultaw minn partikolarità marbuta mall-ambjent ġeografiku, it-Tribunale di Parma kkundanna lil Kraft Jacobs Suchard għal att ta’ kompetizzjoni żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>13</NO.P><TXT>Kraft Jacobs Suchard, li saret Kraft Foods, u l-Assica appellaw minn din is-sentenza.</TXT></NP><NP><NO.P>14</NO.P><TXT>Permezz tas-sentenza tat-<DATE ISO="20060112">12 ta’ Jannar 2006</DATE>, il-Corte d’Appello di Bologna ċaħdet dan l-appell minħabba li, b’mod partikolari, il-protezzjoni pprovduta mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 198/1996 ma kinitx tmur kontra r-Regolament Nru 2081/92 u li r-reġistrazzjoni ta’ denominazzjoni bħala denominazzjoni ta’ oriġini protetta jew bħala indikazzjoni ġeografika protetta kienet biss neċessarja sabiex tibbenefika mill-protezzjoni mogħtija minn dan ir-regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Assica u Kraft Foods appellaw fil-kassazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>16</NO.P><TXT>Insostenn tal-appell tagħhom, l-Assica u Kraft Foods iqisu li s-sistema ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ta’ oriġini prevista mir-Regolament 2081/92 tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali milli tagħti dritt esklużiv sabiex tintuża denominazzjoni ta’ oriġini nieqsa minn reġistrazzjoni Komunitarja. Fi kwalunkwe każ, huma jqisu li l-eżistenza ta’ protezzjoni mogħtija lil denominazzjoni ta’ oriġini tippreżumi l-eżistenza ta’ leġiżlazzjoni speċifika, li ma hijiex preżenti fil-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="6"?><NP><NO.P>17</NO.P><TXT>Huwa f’dawn iċ-ċirkustanzi, li l-Corte suprema di cassazione ddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2081/92 għandu jiġi interpretat bħala li jeskludi li assoċjazzjoni ta’ produtturi tista’ tipprevalixxi ruħha mid-dritt esklużiv li tuża, [fl-Unjoni], denominazzjoni ta’ oriġini ġeografika wżata fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex isir riferiment għal tip speċifiku ta’ salami, mingħajr ma tkun kisbet preliminarjament minn tali Stat Membru, att ġuridikament vinkolanti, li fih ikunu stabbiliti l-konfini taż-żona ġeografika ta’ produzzjoni, ir-regoli tal-produzzjoni u l-kundizzjonijiet eventwali li l-produtturi għandhom jissodisfaw sabiex jibbenefikaw mid-dritt li jużaw id-denominazzjoni inkwistjoni?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2081/92, liema reġim għandu japplika fis-suq [tal-Unjoni] u, barra minn hekk, fis-suq ta’ Stat Membru, fir-rigward ta’ denominazzjoni ġeografika li ma tkunx ġiet irreġistrata kif previst f’dan ir-regolament?<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domandi preliminari</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ammissibbiltà</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>18</NO.P><TXT>L-Associazioni fra produttori ssostni li t-talba għal deċiżjoni preliminari hija inammissibbli, sa fejn id-domandi magħmula ma humiex oġġettivament neċessarji għas-soluzzjoni tal-kwistjoni fil-kawża prinċipali. Fil-fatt, fil-kawża prinċipali, din l-assoċjazzjoni qatt ma kkunsidrat li hija detentur ta’ dritt esklużiv tad-denominazzjoni ġeografika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, iżda talbet biss li Kraft Foods tiġi kkundannata abbażi tad-dispożizzjonijiet li jissanzjonaw il-kompetizzjoni żleali.</TXT></NP><NP><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 267 TFUE, ibbażata fuq separazzjoni ċara tal‑funzjonijiet bejn il-qrati nazzjonali u l-Qorti tal-Ġustizzja, hija biss il-qorti nazzjonali, li quddiemha titressaq it-tilwima u li jkollha tassumi r-responsabbiltà għad-deċiżjoni ġudizzjarja eventwali, li għandha tevalwa, fid-dawl tal-karatteristiċi partikolari tal-kawża, kemm in-neċessità kif ukoll ir-rilevanza tad-domandi li hija tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja (sentenza Aziz, C‑415/11, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 34).</TXT></NP><NP><NO.P>20</NO.P><TXT>F’dan is-sens, meta talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni jew il-validità tad-dritt tal-Unjoni, iċ-ċaħda mill-Qorti tal-Ġustizzja ta’ tali domanda hija possibbli biss meta jidher b’mod evidenti li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda konnessjoni mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali, meta l-problema tkun ta’ natura ipotetika jew inkella meta l-Qorti tal-Ġustizzja ma jkollhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi li jkunu sarulha (sentenza Aziz, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:164">EU:C:2013:164</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35).</TXT></NP><NP><NO.P>21</NO.P><TXT>Issa, dan ma huwiex il-każ fil-kawża ineżami. Fil-fatt, sabiex issostni li Kraft Foods wettqet att ta’ kompetizzjoni żleali meta użat id-denominazzjoni ġeografika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/>, l-Associazione fra produttori tibbaża ruħha fuq il-premessa li tgħid li huma biss il-produtturi tas-salami li jinsabu fir-reġjun ta’ Parma, li hija tirrappreżenta, li għandhom id-dritt esklużiv li jinvokaw din id-denominazzjoni. Barra minn hekk, għall-finijiet tal-verifika tal-fondatezza tar-rikors ippreżentat mill-Associazione fra produttori, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika li din l-assoċjazzjoni tista’ tinvoka l-eżistenza ta’ dritt esklużiv, għall-produtturi li jissodisfaw ċerti rekwiżiti, għad-denominazzjoni ġeografika <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Salame Felino<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>22</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kkunsidrat bħala li huwa evidenti li l-interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni mitluba ma għandha ebda rabta mal-fatti jew mas-suġġett tal-kawża prinċipali.</TXT></NP><?PAGE NO="7"?><NP><NO.P>23</NO.P><TXT>Peress li mill-proċess lanqas ma jirriżulta li l-problema hija ta’ natura ipotetika jew inkella li l-Qorti tal-Ġustizzja ma għandhiex għad-dispożizzjoni tagħha l-punti ta’ fatt u ta’ liġi neċessarji sabiex tirrispondi b’mod utli għad-domandi magħmula lilha, it-talba għal deċiżjoni preliminari ma tistax tiġi kkunsidrata bħala inammissibbli.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tieni domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>24</NO.P><TXT>Permezz tat-tieni domanda tagħha, li jixraq li tiġi eżaminata fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk ir-Regolament Nru 2081/92 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprovdi sistema ta’ protezzjoni, lil denominazzjoni ġeografika nieqsa minn reġistrazzjoni Komunitarja.</TXT></NP><NP><NO.P>25</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda qabel kollox is-sistema li għandha tiġi applikata fis-suq tal-Unjoni, fir-rigward ta’ denominazzjoni ġeografika nieqsa minn reġistrazzjoni, għandu jiġi nnotat li, fid-data ta’ meta seħħew il-fatti fil-kawża prinċipali, l-unika sistema ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ġeografiċi prevista mid-dritt tal-Unjoni kienet dik stabbilita mir-Regolament Nru 2081/92.</TXT></NP><NP><NO.P>26</NO.P><TXT>Issa, kif jirriżulta mit-tnax-il premessa u mill-Artikolu 13(1) ta’ dan ir-regolament, sabiex jingħata l-benefiċċju ta’ sistema ta’ protezzjoni prevista minnu, l-imsemmi regolament stabbilixxa obbligu ta’ reġistrazzjoni Komunitarja tad-denominazzjonijiet ġeografiċi (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Chiciak u Fol, C‑129/97 u C‑130/97, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1998:274">EU:C:1998:274</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 25 u 26).</TXT></NP><NP><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, fis-suq Komunitarju, meta denominazzjoni ġeografika ma tkunx irreġistrata, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Regolament Nru 2081/92, din ma tistax tibbenifika minn sistema ta’ protezzjoni prevista minn dan tal-aħħar.</TXT></NP><NP><NO.P>28</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda, sussegwentement, is-sistema li għandha tiġi applikata fis-suq ta’ Stat Membru, mill-ġurisprudenza jirriżulta li għalkemm ir-Regolament Nru 2081/92 għandu l-għan li jipprevedi sistema ta’ protezzjoni uniformi u eżawrjenti (ara s-sentenza Budějovický Budvar, C‑478/07, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:521">EU:C:2009:521</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 114), din l-esklużività ma tipprekludix, madankollu, li tiġi applikata sistema ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ġeografiċi li ma hijiex koperta mill-kamp ta’ applikazzjoni tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Warsteiner Brauerei, C‑312/98, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:599">EU:C:2000:599</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 54).</TXT></NP><NP><NO.P>29</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mid-disa’ premessa u mill-Artikolu 2(2)(b) tar-Regolament Nru 2081/92 jirriżulta li s-sistema ta’ protezzjoni prevista minn din id-dispożizzjoni hija limitata għad-denominazzjonijiet marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom teżisti rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Budějovický Budvar, C‑216/01, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:618">EU:C:2003:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 76).</TXT></NP><NP><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li, id-denominazzjonijiet dwar il-provenjenza ġeografika li jservu unikament sabiex jippromwovu l-oriġini ġeografika ta’ prodott, indipendentement mill-karatteristiċi partikolari tiegħu, ma jaqgħux taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2081/92 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Warsteiner Brauerei, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:599">EU:C:2000:599</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 44).</TXT></NP><NP><NO.P>31</NO.P><TXT>Għaldaqstant, is-sistema ta’ protezzjoni li tista’ tiġi applikata, f’dan il-każ, fis-suq ta’ Stat Membru, għad-denominazzjoni ġeografika nieqsa minn reġistrazzjoni Komunitarja hija dik prevista għad-denominazzjonijiet ġeografiċi marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-każ ineżami, hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika jekk is-sistema ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet ġeografiċi stabbilita mid-Digriet Leġiżlattiv Nru 198/1996 tissodisfax dan ir-rekwiżit.</TXT></NP><?PAGE NO="8"?><NP><NO.P>33</NO.P><TXT>Għalkemm il-qorti tar-rinviju tasal għall-konklużjoni li l-imsemmija sistema għandha l-għan li tipproteġi d-denominazzjonijiet ġeografiċi marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom, għandu jitfakkar li, sabiex tali sistema tkun tista’ tiġi applikata, din għandha tissodisfa r-rekwiżiti imposti fuqha mid-dritt tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, żewġ kundizzjonijiet għandhom jiġu ssodisfatti jiġifieri, minn naħa, l-applikazzjoni tagħha ma tistax tippreġudika l-għanijiet tar-Regolament Nru 2081/92 (ara, f’dan is-sens, is-sentenza Warsteiner Brauerei, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2000:599">EU:C:2000:599</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 49) u, min-naħa l-oħra, din ma tistax tfixkel il-moviment liberu tal-merkanzija msemmi fl-Artikolu 28 KE (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza Budějovický Budvar, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:618">EU:C:2003:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punti 95 sa 97).</TXT></NP><NP><NO.P>34</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, fid-dawl tal-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Nru 2081/92, sabiex l-għanijiet ta’ dan tal-aħħar ma jiġux ippreġudikati, il-protezzjoni mogħtija minn sistema nazzjonali ma għandux ikollha l-effett li tiggarantixxi lill-konsumaturi li l-prodotti li jibbenefikaw minn din il-protezzjoni għandhom kwalità jew karatteristika partikolari, iżda unikament li dawn il-prodotti ġejjin tabilħaqq miż-żona ġeografika msemmija.</TXT></NP><NP><NO.P>35</NO.P><TXT>Għal dak li jirrigwarda t-tieni kundizzjoni, għandu jiġi nnotat li sistema nazzjonali ta’ protezzjoni tad-denominazzjonijiet, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, anki meta applikata kemm għall-prodotti nazzjonali kif ukoll għal dawk importati fit-territorju tal-Istat ikkonċernat, tista’ tiffavorixxi il-kummerċjalizzazzjoni tal-prodotti ta’ oriġini nazzjonali b’dannu għal prodotti importati (sentenza Pistre <HT TYPE="ITALIC">et</HT>, C‑321/94 sa C‑324/94, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1997:229">EU:C:1997:229</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 45).</TXT></NP><NP><NO.P>36</NO.P><TXT>Konsegwentement, tali leġiżlazzjoni għandha tiġi meqjusa bħala miżura li għandha effett ekwivalenti għal restrizzjoni kwantitattiva fuq il-moviment liberu tal-merkanzija, imsemmija fl-Artikolu 28 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>37</NO.P><TXT>Għalkemm tali restrizzjoni tista’ tiġi ġġustifikata minn raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali ta’ protezzjoni tal-kompetizzjoni ġusta jew mill-protezzjoni tal-konsumaturi (ara, b’mod partikolari, f’dan is-sens, is-sentenza Budějovický Budvar, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2003:618">EU:C:2003:618</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 109), leġiżlazzjoni nazzjonali partikolari, sabiex tkun kompatibbli mad-dritt tal-Unjoni, għandha tkun applikabbli b’mod li ma huwiex diskriminatorju, tkun adattata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li tfittex li tilħaq u ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq tali għan (sentenza Corporación Dermoestética, C‑500/06, <REF.DOC.ECR><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2008:421">EU:C:2008:421</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, punt 35 u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP><NP><NO.P>38</NO.P><TXT>Hija l-qorti tar-rinviju li għandha tivverifika, minn naħa, li l-applikazzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni ma għandhiex l-għan jew l-effett li tiggarantixxi lill-konsumaturi li l-prodotti li huma kkummerċjalizzati taħt denominazzjoni ġeografika speċifika għandhom kwalità jew karatteristika partikolari u, min-naħa l-oħra, li l-implementazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni issir għal raġuni imperattiva ta’ interess ġenerali, li ssir b’mod li ma huwiex diskriminatorju, li hija adattata sabiex tiggarantixxi t-twettiq tal-għan li tfittex li tilħaq u li ma teċċedix dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq tali għan.</TXT></NP><NP><NO.P>39</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda għandha tkun li r-Regolament Nru 2081/92 għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprovdix sistema ta’ protezzjoni lil denominazzjoni ġeografika nieqsa minn reġistrazzjoni Komunitarja, iżda li din tista’ tiġi protetta, jekk ikun il-każ, bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda denominazzjonijiet ġeografiċi marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom, sakemm, madankollu, minn naħa, l-implementazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni ma tippreġudikax l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 2081/92, u min-naħa l-oħra, ma tfixkilx il-moviment liberu tal-merkanzija msemmi fl-Artikolu 28 KE, ċirkustanzi li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti nazzjonali.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="9"?><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel domanda</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>40</NO.P><TXT>Permezz tal-ewwel domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi, jekk l-Artikolu 2 tar-Regolament Nru 2081/92 għandux jiġi interpretat bħala li jeskludi l-fatt li assoċjazzjoni ta’ produtturi, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, tista’ tinvoka dritt esklużiv li tuża, fl-Unjoni kollha, denominazzjoni ġeografika użata fit-territorju ta’ Stat Membru sabiex isir riferiment għal tip speċifiku ta’ salami, mingħajr ma tkun kisbet preliminarjament minn tali Stat Membru, att ġuridikament vinkolanti, li fih ikunu stabbiliti l-kundizzjonijiet u l-limiti marbuta mal-protezzjoni ta’ tali denominazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, peress li huwa paċifiku li d-denominazzjoni ġeografika inkwistjoni ma bbenefikatx minn reġistrazzjoni Komunitarja fid-data ta’ meta seħħew il-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, u fid-dawl tar-risposta mogħtija lit-tieni domanda, għandu jiġi kkonstatat li l-assoċjazzjoni ta’ produtturi inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma tistax, fi kwalunkwe każ, tinvoka, abbażi tar-Regolament Nru 2081/92, id-dritt esklużiv li tuża, fl-Unjoni kollha, tali denominazzjoni ġeografika.</TXT></NP><NP><NO.P>42</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma hemmx lok li tingħata risposta għall-ewwel domanda.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP><NO.P>43</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Id-Disa’ Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2081/92 tal-<DATE ISO="19920714">14 ta’ Lulju 1992</DATE>, dwar il-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi u d-denominazzjoni tal-oriġini tal‑prodotti agrikoli u l-prodotti tal-ikel, kif emendat bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 535/97, tas-<DATE ISO="19970317">17 ta’ Marzu 1997</DATE>, għandu jiġi interpretat fis-sens li ma jipprovdix sistema ta’ protezzjoni lil denominazzjoni ġeografika nieqsa minn reġistrazzjoni Komunitarja, iżda li din tista’ tiġi protetta, jekk ikun il-każ, bis-saħħa ta’ leġiżlazzjoni nazzjonali li tirrigwarda denominazzjonijiet ġeografiċi marbuta mal-prodotti li fil-konfront tagħhom ma teżisti l-ebda rabta partikolari bejn il-karatteristiċi tagħhom u l-oriġini ġeografika tagħhom, sakemm, madankollu, minn naħa, l-implementazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni ma tippreġudikax l-għanijiet imfittxija mir-Regolament Nru 2081/92, kif emendat bir-Regolament Nru 535/97, u min-naħa l-oħra, ma tiksirx il-moviment liberu tal-merkanzija msemmi fl-Artikolu 28 KE, ċirkustanzi li għandhom jiġu vverifikati mill-qorti nazzjonali.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>