|
6.6.2006 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
31 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-22 ta' Mejju 2006
dwar l-estensjoni tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping lir-Repubblika ta' Malta
(Innotifikata fid-dokument bin-numru C(2006)1990)
(It-test bil-Malti biss huwa awtentiku)
Test b'rilevanza għaż-ŻEE
(2006/382/KE)
IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,
wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva tal-Kunsill 94/57/KE tat-22 ta' Novembru 1994 dwar ir-regoli u l-istandards komuni għall-ispezzjoni tal-bastimenti u l-organizzazzjonijiet tal-perizji u għall-attivitajiet rilevanti ta’ l-amministrazzjoniet marittimi (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 4(3) tagħha,
Wara li kkunsidrat l-ittra ta' l-awtoritajiet Maltin, bid-data tal-15 ta' Settembru 2004, li talbet l-estensjoni għal Malta tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping (minn hawn 'il quddiem “HRS”), mogħti skond l-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 94/57/KE,
Billi:
|
(1) |
Ir-rikonoxximent limitat imsemmi fl-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 94/57/KE jingħata lill-organizzazzjonijiet imsejħa “soċjetajiet tal-klassifika” li jissodisfaw il-kriterji kollha ta' l-Anness tad-Direttiva għajr dawk li huma stipulati fil-punti 2 u 3 tas-sezzjoni A (Ġenerali), iżda huwa limitat fiż-żmien u fl-ambitu tiegħu biex iħalli lill-organizzazzjonijiet ikkonċernati jiksbu aktar esperjenza. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2001/890/KE (2) tat lill-HRS ir-rikonoxximent mitlub mill-Greċja skond l-Artikolu 4(3) tad-Direttiva. Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/623/KE (3) estendiet dan ir-rikonoxximent għal perjodu ta' tliet snin b'bidu mit-3 ta' Awissu 2005, b'effetti limitati għal Greċja u għal Ċipru. |
|
(3) |
Il-Kummissjoni, flimkien ma' l-awtoritajiet marittimi Maltin, ivverifikat li l-HRS kienet tissodisfa l-kriterji kollha ta' l-Anness tad-Direttiva 94/57/KE għajr dawk li huma stipulati fil-punti 2 u 3 tas-sezzjoni A (Ġenerali) tad-Direttiva msemmija. Barra minn hekk, l-HRS obbligat ruħha li tfittex tilħaq l-għan li twassal il-prestazzjonijiet tagħha għall-medja ta' l-organizzazzjonijiet rikonoxxuti. |
|
(4) |
Il-miżuri stipulati f'din id-Deċiżjoni huma konformi ma' l-opinjoni tal-Kumitat COSS stabbilit skond l-Artikolu 7 tad-Direttiva 94/57/KE. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-effetti tar-rikonoxximent limitat tal-Hellenic Register of Shipping li ngħata permezz tad-Deċiżjoni 2001/890/KE huma estiżi għar-Repubblika ta' Malta.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika ta' Malta.
Magħmula fi Brussell, nhar it-22 ta' Mejju 2006.
Għall-Kummissjoni
Jacques BARROT
Viċi President
(1) ĠU L 319, tat-12.12.1994, p. 20. Id-Direttiva kif emendata l-aħħar bid-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2002/84/KE (ĠU L 324, tad-29.11.2002, p. 53).